kampjuni tal-urina għall-finijiet ta' teħid ta' droga
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il test sar fuq kampjuni tal-urina tal-priġunieri biex tiġi ttestjata għall-finijiet ta' teħid ta' droga, mis-sena 1998 sas-sena 2011, sena b’sena b’mod separat? Kemm instabu pożittivi u kemm instabu negattivi?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi għall-perijodu ta' bejn l-2000 u l-2003 ma kienetx tinżamm statistika, għalhekk l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant qed tingħata għall-perijodu ta' bejn l-2004 u l-2011 fit-tabella t'hawn taħt:-
Sena
Total ta' Testijiet
Posittivi
Negattivi
Rifjutati
2004
426
50
365
11
2005
250
101
115
34
2006
391
52
295
44
2007
495
65
366
64
2008
599
110
411
78
2009
372
17
331
24
2010
266
2
263
1
2011
240
3
236
1
persuni li nqabdu jippruvaw idaħħlu xi ħaġa projbita fil-ħabs
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li nqabdu jippruvaw idaħħlu xi ħaġa projbita ġol-ħabs mis-sena 1998 sas-sena 2011, sena b’sena, b’mod separat u x'kienu l-affarijiet li ppruvaw idaħħlu?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija s-segwenti:-
Sena
Droga
Flus
Mobile Phones
Oggetti ohra
1998
Nil
1999
1
2000
1
2001
1
2002
2
2003
1
2004
3
2005
13
1
Karta ta' €20
1
Bicca Elastic plastic
2006
9
2007
11
1
2008
6
1
{Sim Card)
2009
14
3
Pen drive,
Air pistol,
pakkett
2010
16
2011
14
2
priġunieri li ddaħlu l-isptar minħabba overdose ta' droga
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu prigunieri fl-Isptar San Luqa u fl-Isptar Mater Dei b'overdose ta' droga mis-sena 1998 sas-sena 2011 sena b’sena b’mod separat? X'passi ttieħdu? F’liema diviżjoni jew sezzjoni kienu qed jinżammu l-priġunieri f’kull każ?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi ma jirriżultax li kien hemm priġunieri li daħlu fl-Isptar San Luqa u fl-Isptar Mater Dei b'overdose ta' droga fil-perijodu indikat mill-Onorevoli Interpellant.
Faċilità Korrettiva ta’ Kordin — priġunieri li mietu b'overdose ta' droga
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm mietu priġunieri fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin b'overdose ta' droga mis-sena 1998 sas-sena 2011 sena b’sena b’mod separat? F’liema diviżjoni jew sezzjoni kienu qed jinżammu l-priġunieri f’kull każ?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi ma jirriżultax li xi priġunier miet fil-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin b'overdose ta' droga fis-snin indikati mill-Onorevoli Interpellant.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm priġunieri ilum fil-ħabs wara li ġew mogħtija pieni mill-qorti? Kemm minn dawn kienu hemm għal aktar minn darba u kemm-il darba kienu diġà hemm ?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi sas-19 ta' Diċembru 2011, in-numru ta' priġunieri li qed jiskontaw sentenza ta' piena ta' priġunerija huwa ta' 392 kif spjegat fit-tabella t'hawm taħt:-
Numru ta’ drabi fil-Faċilita'
Numru ta’ priġunieri
1
219
2
68
3
18
4
20
5
15
6
19
7
8
8
5
9
5
10
1
11
6
12
2
13
2
15
1
17
2
19
1
Jista' l-Ministru jgħid jekk hix il-policy tal-awtoritajiet tal-ħabs li dawk il-priġunieri li jirrifjutaw li joqogħdu għat-test tad-droga, jitilfu l-eliġibilità tagħhom għall-privileġġi li jikkwalifikaw għalihom il-priġunieri kollha?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi, skont ir-Regolament Dwar il-Ħabs, min jonqos milli jagħti kampjun huwa kkunsidrat li huwa posittiv u jittieħdu passi dixxiplinari kontra tiegħu. Infurmat ukoll illi l-privileġġi li jgawdu priġunieri fil-Faċilita' huma marbutin ma' mġieba tajba u li persuna tkun drug free, għaldaqstant, fiċ-ċirkustanza li rrefera għaliha l-Onorevoli Interpellant, il-persuna kkonċernata titlef ċertu privileġġi.
Priġunieri li rrifjutaw li joqogħdu għat-test tad-droga
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' priġunieri li bejn is-sena 2000 u l-2011, sena b'sena, irrifjutaw li joqogħdu għat-test tad-droga?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi għall-perijodu ta' bejn l-2000 u l-2003 ma kienetx tinżamm statistika, għalhekk l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant qed tingħata għall-perijodu ta' bejn l-2004 u l-2011 fit-tabella t'hawn taħt:-
Sena Numru ta' Priġunieri
2004 11
2005 34
2006 44
2007 64
2008 78
2009 24
2010 1
2011 1
Awtoritajiet tal-ħabs — testijiet tad-droga fuq il-membri tal-istaff tal-ħabs
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk hix il-policytal-awtoritajiet tal-ħabs li minn żmien għal żmien isiru testijiet tad-droga fuq il-membri tal-istaff tal-ħabs?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Mhux il-policy tal-awtoritajiet tal-Faċilita’ li minn żmien għal żmien isiru testijiet għad-droga fuq l-istaff. Il-proċedura hi li meta jiġu impjegati membri ġodda, jsir test mediku fuq kull impjegat ġdid u dawk li jirriżultaw posittiv għal xi tip ta' droga jitwaqqaf l-ingaġġ immedjatament. Ninsab infurmat illi meta jkun hemm suspett li xi membru tal-istaff qed juża xi tip ta’ droga dan jiġi investigat bħal kull persuna oħra.
Jista' l-Ministru jagħti lista tal-apparat li jagħmlu użu minnu l-awtoritajiet tal-ħabs biex jiġġieldu l-preżenza tad-droga fl-istess ħabs? Jista' jgħid meta nxtara l-aħħar minn dan l-apparat? Jista' jgħid hemmx il-ħsieb li fix-xhur li ġejjin jinxtara iktar apparat? Jekk fl-affermattiv, jista' jagħti lista ta' dan l-apparat?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat li attwalment fil-Faċilita’ Korrettiva ta' Kordin ma hemmx xi apparat speċifiku li jintuża sabiex tindika il-presenza ta’ xi tip ta’ droga.
Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern — informazzjoni dwar safar
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globalment għal kull safra separata (inkluż flights, subsistence allowance u accommodation) li fiha kien involut il-Ministru u fejn japplika s-Segretarju Parlamentari, inkluż l-uffiċjali li marru magħhom, fejn kienet id-destinazzjoni u min akkumpanjahom matul l-2009?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant
Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern — informazzjoni dwar safar
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globalment għal kull safra separata (inkluż flights, subsistence allowance u accommodation) li fiha kien involut il-Ministru u fejn japplika s-Segretarju Parlamentari, inkluż l-uffiċjali li marru magħhom, fejn kienet id-destinazzjoni u min akkumpanjahom matul l-2010?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Faċitlità Korrettiva ta’ Kordin — affarijiet li mhumiex permessibbli
Question
Jista l-Ministru jghid kemm saru tfittxijiet f’ċelel fil-Faċitlità Korrettiva ta’ Kordin bejn l-1999 u llum, sena b’sena b’mod separat? Jista' jgħid kemm kienu l-okkażjonijiet sena b’sena b’mod separat meta nstabu affarijiet li mhumiex permessibbli? Jista' jagħti lista ta’ x’kienu dawn l-affarijiet mhux permessibbli? Jista jgħid x’passi ttieħdu?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi tali informazzjoni, flimkien ma' kull okkorrenza ta' matul il-jum u l-lejl, tkun reġistrata sekwenzjalment b'mod manwali. Għaldaqstant, meta wieħed jikkonsidra kemm jiġu reġistrati okkorrenzi li jikkonċernaw numru sostanzjali ta' divizjonijiet u priġunieri, mhix faċli sabiex tali informazzjoni tinġabar f'qasir żmien. Apparti minn dan, numru ta' dokumenti kienu ġew distrutti bin-nirien waqt irvellijiet li seħħew fl-2004 u l-2005, jew inkella tgħarrqu minħabba l-kundizzjoni tal-ambjent fejn kienu miżmuma.
L-affarijiet li mhumiex permissibbli huma kif jidher hawn taħt:-
· Sustanzi illegali – eroina, kannabis, kokaina,
steroids
u affarjiet relatati ma' teħid ta' dawn is-sustanzi bħal
citric acid
,
foil
, karti irrumblati forma ta' kanna irqiqa
· Armi irregulari – magħmulin minn biċċiet tal-injam, plastik, perspex, ħadid u material ieħor e.g.
toothbrushes
bi xfafar imwaħħlin.
· Inbid magħmul minn frott iffermenta
· Mediċina e.g. pilloli u methodone
· Apparat ta' tpinġija (tattoos) magħmulin minn biros u mutur zgħir ta' xi
cassette player
.
·
Mobile Phones
,
chargers
u
sim cards
· DVDs pornografiċi
·
Pen drives
u
internet keys
· Sigaretti, tabakk u telecards aktar minn dak permess
·
TV sets
,
DVD players
,
laptops
,
radios
u fannijiet li ma mhux suppost kienu fiċ-ċellel.
· Karti tal-logħob.
Fil-każi ta’ sejba ta' sustanza illegali il-pulizija dejjem giet infurmata sabiex tinvestiga u sussegwement tressaq nies il-Qorti.
Fil- każijiet l-oħra ttieħdu passi dixxiplinari skont Ir-Regollamenti tal-Habs tal-1995.
Fil-preżent qed isir studju strateġiku ta' kif id-dokumentazzjoni eżistenti tkun tista' tigi maqluba għal-sistema digitali.
Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern — karozzi mixtrija
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista ta’ karozzi mixtrija mill-Ministeru tiegħu u minn dipartimenti, awtoritajiet, entitajiet, aġenziji eċċ li jaqgħu taħtu mill-2008 sal-2011 għal uffiċjali fil-gradi ta’ chairpersons, diretturi ġenerali, kapijiet eżekuttivi u diretturi? Jista' jgħid x’mudell kienet kull karozza? Jista' jgħid x’kienet l-ispiża fuq kull karozza? Jista' jgħid f’liema grad kienu l-uffiċjali li għalihom inxtrat kull karozza? Jista' jgħid kemm kienet l-ispiża tal-fuel fuq kull waħda minn dawn il-karozzi, sena b’sena b’mod separat?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi fl-2008 ma nxtrawx karozzi mill-Ministeru u d-Dipartimenti u Entitajiet li jaqgħu taħtu. L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant għas-snin 2009, 2010 u 2011 hija s-segwenti:-
Jista' l-Ministru jgħid x'xogħlijiet qed isiru fil-preżent fl-Għarb Għawdex mill-Kunsill Lokali?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi xogħlijiet li qed isiru fil-preżent fl-Għarb mill-Kunsilli Lokali huma s-segwenti:-
· Xogħlijiet fuq il-playing field fi Triq Tumas Cassar.
· Xogħol fuq tmien toroq permezz ta’ ftehim PPP u li qed isiru f’fażijiet. S’issa nbdew xogħlijiet fi Triq il-Knisja u Pjazza Żjara tal-Madonna. Dalwaqt jinbeda x-xogħol fi Triq Trux.
· Proġett taċ-Ċentru Ċiviku.
· Xogħol fi sqaq fi Triq Frenċ tal-Għarb
· Xogħol fuq Child Care Centre (proġett Eco-Gozo)
· Proġetti ta’ restawr u konservazzjoni permezz ta’ Miżura 323 tal-Unjoni Ewropea, foshom ir-restawr tal-Knisja tal-Madonna taż-Żejt, tal-Kappella ta’ San Dimitri, tal-Arkata fi Triq Sdieri, ħitan tas-sejjieħ, studju u restawr tas-Salib tal-Pjazza. S’issa inbdew ix-xogħljiet fuq il-Knisja taż-Żejt.
· Proġett OBIMED – Italia-Malta.
Ministeru tal-Ġustizzja u Intern — xogħol ta' back office
Question
Jista l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema fil-Ministeru u dipartimenti u uffiċini kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu jagħmlu xogħol ta' back office?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat li huwa diffiċli biex tindentifika minn mill-impjegati fil-Minsiteru, dipartiment u uffiċini ikun qed jagħmel xogħolijiet ta' back office peress li filwaqt li ċerti drabi l-membri tal-istaff ikunu qed iwettqu dmirijiet ta' back office, drabi oħra ikunu qed jagħmlu xogħol li ma jkunx jiġi klassifikat bħala back office work.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 30695, jista' l-Ministru jgħid jekk il-Kunsill Lokali ta' Ħaż-Żebbuġ huwiex konxju mill-ħsara li ġa ġarbet din it-triq ftit xhur biss wara li tlestiet, hekk kif jidher fir-ritratti li qegħdin jintbagħtu separatament? L-istess ritratti jindikaw li hemm aktar postijiet fejn il-ħxuna minima ta' 50mm tarmak ma ntlaħqitx kif ukoll hemm ħsara li tindika li (fejn hemm il-ħsara) materjal tat-tip type 1 hu prattikament ineżistenti? Jista' jgħid jekk il-Kunsill Lokali ta' Ħaż-Żebbuġ hux qed jieħu azzjoni dwar dan?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat li l-Kunsill Lokali ta’ Ħaż Żebbuġ hu konxju tal-ħsara li qed jirreferi għaliha l-Onorevoli Interpellant. Infurmat fil-fatt li l-Kunsill Lokali ddiskuta l-materja matul il-laqgħa tal-5 ta’ Diċembru. F’din il-laqgħa l-Kunsill Lokali kien infurmat li diġa saret laqgħa mal-kuntrattur li għamel ix-xogħlijiet. Hu ntalab li jerġa’ jagħmel ix-xogħol mill-ġdid fejn hemm il-ħsara.
Intant mit-testijiet li saru fuq ix-xogħol jirriżulta li f’partijiet tat-triq il-ħxuna ma’ ġietx rispettata. F’dan id-dawl infurmat ukoll li l-periti tal-Kunsill Lokali ħarġu multi lill-kuntrattur fejn dawn l-ammonti tnaqqsu mill-kont tat-triq.
Kunsill Lokali ta' Ħaż-Żebbuġ — Triq l-Isqof Caruana - asfaltar
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Kunsill Lokali ta' Ħaż-Żebbuġ hux kuntent bix-xogħol ta' asfaltar li sar riċentement fi Triq l-Isqof Caruana fl-istess lokal? Jekk fin-negattiv, jista' jgħid x'azzjoni qed jieħu l-istess kunsill lokali?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat li l-Kunsill Lokali ta’ Ħaż Żebbuġ mhux kuntent bix-xogħol li qed jirreferi għalih l-Onorevoli Interpellant. Il-materja kienet diskussa fil-laqgħa tal-Kunsill tal-5 ta’ Diċembru li għadda fejn kien deċiż li l-kuntrattur jintalab jerġa’ jagħmel l-iscarifying tal-medda tat-triq mill-Kunsill sa’ salib it-toroq u jerġa’ jingħata t-tarmak. Dan wara li l-periti tal-Kunsill Lokali kkonfermaw li x-xogħol li sar ma kienx ta’ kwalità tajba.
Kunsill Lokali tan-Naxxar — aċċess ħieles għall-karozza
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu jżomm milli jkun hemm aċċess ħieles biex l-individwu li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament, ikun jista' jipparkja l-karozza fi Triq Labour Avenue numru 9 meta l-Kunsill Lokali tan-Naxxar għadu m'għamel xejn?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tan-Naxxar li qatt ma rċieva xi talba jew ilment partikolari mingħand ir-residenti konċernat. Dan ir-resident jista’ jressaq it-talba tiegħu lill-Kunsill Lokali għall-kunsiderazzjoni tiegħu, bħal ma jista’ jagħmel kull resident ieħor. Hekk kif il-Kunsill jirċievi t-talba jkun jista’ jipproċedi.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna nstabet ħatja fl-aħħar ħames snin, li għexet mill-qligħ tal-prostituzzjoni u x'kienu l-pieni li ngħataw?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif hekk kif mitlub mill-Onorevoli Interpellant ma jinżammx taħt forma ta’ statistika. Infurmat ukoll illi l-uffiċċju tal-kondotti tal-Pulizija iżomm statisitka ta’ kemm ikun hemm każi ta’ sejbien ta’ ħtija dwar reati partikolari, pero' mhux bin-numru ta’ persuni. Minn din l-istatistika jirriżulta illi bejn l-2007 u l-2011 ġew irreġistrati 573 każ ta’ ħtija fuq każi ta’ prostituzzjoni. Il-pieni mogħtija kienu jinkludu priġunerija, sentenza sospiża, probation, liberta' kondizzjonata, multa u ċanfira jew twiddiba.