Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #35236 Sitting 486 2012-06-04 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru tal-Intern

kunsilli lokali — nies li jagħmlu xogħol ta' avukat

Question

Jista' l-Prim Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-persuni li jagħmlu xogħol ta’ avukat mal-Kunsilli Lokali ta’ Birkirkara, is-Swieqi, Sta Venera, il-Belt Valletta, Ħal-Lija, tas-Sliema, l-Imtarfa, Ħal-Kirkop u San Pawl il-Baħar u l-kuntratti tagħhom? Jekk m’hemm ebda kuntratt, jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra xi kitba oħra li jista’ jkun hemm u jgħid il-kriterija li ntużaw biex tintagħżel il-persuna kkonċernata u kemm dawn jitħallsu fis-sena?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba. Intant infurmat li d-Dipartiment għall-Gvern Lokali qed jiġbor kopja tal-kuntratti mitluba mingħand il-Kunsilli Lokali rispettivi. Inkun nista’ npoġġi kopja tagħhom fuq il-Mejda tal-Kamra hekk kif jintemm dan l-eżerċizzju.
Leg 11 PQ #35241 Sitting 486 2012-06-04 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Ministeru tal-Intern

Ministeru tal-Intern — direttivi tal-Unjoni Ewropea

Question

Jista' l-Prim Ministru jelenka d-direttivi kollha tal-Unjoni Ewropeja flimkien mal-korrispettiv Att Malti li bih dawn id-direttivi ġew introdotti fis-sistema legali Maltija? Jista' jinkludi dawk id-direttivi li ġew transposed kemm fl-Atti Parlamentari, avviżi legali jew atti oħra, inklużi dawk amministrattivi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt f’mistoqsija parlamentari numru 35239.
Leg 11 PQ #35258 Sitting 486 2012-06-04 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO PRECA To: Ministeru tal-Intern

rapport tal-bord tal-inkjesta dwar il-Forensic Unit

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 35050 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport tal-bord tal-inkjesta li twaqqaf lejn nofs is-sena 2011 u li kkonkluda x-xogħol lejn l-aħħar tal-istess sena, dwar il-Forensic Unit?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ġentilment nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-twegiba għall-Mistoqsija Parlamentari numru 35050.
Leg 11 PQ #34969 Sitting 482 2012-05-29 Oral · Interim From: ĊENSU GALEA To: Ministeru tal-Intern

San Pawl il-Baħar — ċitazzjonijiet ta' kontravenzjonijiet tat-traffiku

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 34716, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar f'liema toroq ingħataw iċ-ċitazzjonijiet li ħarġu l-istess ċitazzjonijiet? Kif jitqabbel in-numru ta' 58 ċitazzjoni għal dawk li huma l-Ħdud fl-ewwel xhur ta' din is-sena (qabel it-13 ta' Mejju 2012)?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat illi din l-informazzjoni għadha qed tinġabar.