La Vallette Multi Manager Property Fund — Prospett Supplimentari - MFSA
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 36820 u 35704 u cioè: B’referenza għall-Prospett Supplementari viġenti tal-La Valette Multi Manager Property Fund tal-10 t’Awwissu 2010, jaf il-Ministru li dan kollu qed iseħħ f’wiċċ l-Awtorita għas-Servizzi Finanzjarji u taħt imnieħirha li allura qiegħda turi ruħha bla personalità u impotenti li tinforza r-Regolamenti tagħha stess li jeżiġu li Prospett irid ikollu “the essential elements of which to be kept up to date” sabiex “for investors to make informed judgement about the investment proposed to them”, inkluż informazzjoni dwar “the investment objectives, policies and restrictions of the scheme, together with the extent of use of leverage”?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tinġħata f’seduta oħra.
Siġġiewi — Fawwara - trinka għal high tension cable
Question
Jista' l-Ministru jgħid għaliex ix-xogħol li sar fuq it-trinka għal high tension cable fil-Fawwara s-Siġġiewi, li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament u sal-lum ghadu ma ngħatax it-tarmak?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tinġħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jara li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma tara l-każ tal-anzjan li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament li jgħix waħdu u ilu bla ilma għal dawn l-aħħar erbat ijiem?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi minn investigazzjoni li saret, irriżulta li ma kien hemm l-ebda rapport fuq dan il- każ.
Uffiċċjali mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma żaru s-sit. Ġie stabbilit li xi żmien ilu kienet saret xi manutenzzjoni interna privata mill-istess sid.
Jista jkun li in-nuqqas ta’ ilma kien ġej minħabba f’hekk għax il-pressa fiż-żona hija normali.
Ħ'Attard — industrial estate - xogħol ta' resurfacing tat-triq
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'sar mix-xogħol ta' resurfacing tat-triq fl-industrial zone ta' Ħ'Attard liema xogħol suppost sar xi tliet snin ilu, skont mistoqsija parlamentari 11766 u li sal-lum ma sar xejn? Jista' jgħid ukoll f'liema stadju wasal il-master plan għal dan l-industrial estate li ukoll ilu jiġi mwiegħed tliet snin?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-Malta Industrial Parks lestiex xi xogħlijiet ta’ resurfacing fiż-żona imsemmija fl-2011. Minn dak iż-żmien kienu qed isiru xi xogħoljiet ta’ kostruzzjoni minn Island Beverages Co Ltd b’użu ta apparat u vetturi relatati li qed jagħmlu użu mit-toroq taż-żona ta’ spiss. Għalhekk ma kienx meqjus għaqli li jitkomplew it-toroq qabel dan ix-xogħol jitlesta biex ma jkunx hemm ir-riskju li issir ħsara lit-toroq u b’hekk jinħlew il-finanzi investiti fihom.
Il-Malta Industrial Parks qed tħeġġeġ lin-negozji taż-żona biex jiffurma tenant’s association taħt is-Service Charge Regime li gie mħabbar reċentament bejnha u il-Malta Chamber of Commerce, sabiex kwistjonijiet bħal dawn jigu indirizzati bejn l-okkupanti u l-MIP abbażi tad-disponibilita tal-fondi.
Jekk l-okkupanti jagħqdu din l-assoċjazzjoni, id-disinn tal-master plan għandu jkun parti mid-diskussjonijiet bejnhom u bejn il-Malta Industrial Parks sabiex kwistjonijiet u nuqqasijiet partikulari fit-tmexxija taż-żona jigu ndirizzati minn qabel.
Jista' l-Ministru jieħu passi ħalli Triq Ħal Far u cioè dik li tieħdok għal Għar Ħasan tiġi mdawla?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi r-responsabbilita ta’ liema toroq jiġu mdawla kienet għaddiet f’idejn il-Kunsilli Lokali jew Transport Malta fil-kas ta’ toroq arterjali.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — infiq fuq fuel
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali ta' flus għall-fuel/petrol/diesel li jintuża mill-Ministeru matul l-ewwel għaxar xhur tas-sena 2012? Jista' jipprovdi informazzjoni separata għal dik li hija l-istess ċifra għad-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħtu?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jagħti lista ta’ konsulenti Maltin u barranin (individwi jew kumpaniji) li l-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta għamlet użu minnhom minn 2008 sal-lum? Jista' jgħid jekk kull servizz mogħti ġiex magħżul wara sejħa għall-offerti jew b'direct order? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw? Għal kemm perjodu ta' żmien kienu ingaġġati? Jekk iżjed minn sena jew term wieħed, għal kemm il-term jew sena mill-ewwel darba li ġew appuntati biex jagħtu dan is-servizz ilhom jagħmlu dan? Kemm kienu il-fees u spejjeż oħra relatati li tħalsu? Jekk il-każ fuq it-terminu ta' żmien li matulu kienu qed jipprovdu dan is-servizz kemm tħalsu globalment fuq medda ta' żmien minn mindu ġew appuntati l-ewwel darba? Kemm kienet ir-rata kull siegħa tal-fees li tħallsu ?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 36766 u jagħti lista ta' konsulenti Maltin u barranin (individwi jew kumpaniji) li l-Ministeru tiegħu, inkluż l-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu għamel użu minnhom minn 2008 sal-lum? Jista' jgħid jekk kull servizz mogħti ġiex magħżul wara sejħa għall-offerti jew b'direct order? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw? Għal kemm perjodu ta' żmien kienu ingaġġati ? Jekk iżjed minn sena jew term wieħed, għal kemm-il term jew sena mill-ewwel darba li ġew appuntati biex jagħtu dan is-servizz ilhom jagħmlu dan? Kemm kienu il-fees u spejjeż oħra relatati li tħallsu? Jekk il-każ fuq it-terminu ta' żmien li matulu kienu qed jipprovdu dan is-servizz kemm tħalsu globalment fuq medda ta' żmien min mindu ġew appuntati l-ewwel darba? Kemm kienet ir-rata kull siegħa tal-fees li tħallsu ?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 36767 u jagħti dettalji dwar karozzi mixtrija jew mikrija u li qiegħdin għall-użu tal-uffiċjali fil-Ministeru tiegħu, inkluż l-enti kollha li jaqgħu taħtu? Kemm hi l-ispiża ta' kull sena għas-snin 2010, 2011 u 2012 fuq dan ir-rigward mill-Ministeru u mill-enti kollha li jaqgħu taħtu?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 36768 u jagħti lista tal-benefikanti minn sponsorships u donazzjonijiet li ngħataw mill-Ministeru tiegħu, inkluż l-enti kollha li jaqgħu taħtu , dawk li kienu ta' 'l fuq minn €2500 kull għotja fis-snin 2010, 2011 u 2012? Kemm ingħata lill kull benefikant? Kif ġew magħżula biex jibbenefikaw minn dawn il-fondi?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
kumpanija tar-reklamar Lighthouse and Ashley — direct orders
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 36809 u 29642 u jgħid b'mod dettaljat wieħed, wieħed u waħda, waħda x'kuntratti u direct orders ingħataw mill-Ministeru tiegħu u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu lill-kumpanija tar-reklamar Lighthouse and Ashley fil-perjodu bejn l-1 ta' Jannar 2007 sal-lum, inkluż il-valur tagħhom, għal liema skop kien ordnat ix-xogħol relattiv u kemm f'kull każ tħallsu flejjes fuq l-istess direct orders? Kemm jonqos li jitħallsu f'kull każ skont il-każ partikolari, filwaqt li għal kull ħlas jgħid ma' liema sejħa għall-offerti jew direct order hu marbut?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — ammont ta' flus lill-avukat u l-kumpanija
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 35920, jista' l-Ministru jirrikonsidra li jirrispondi din il-mistoqsija peress li tirrigwardja suġġett ta' interess pubbliku fir-rigward tal-Air Malta?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-informazzjoni mitluba hi kif tidher hawn taħt:
Euros
Jan - Dec 08
5,823.43
Jan - Dec 09
5,823.48
Jan - Dec 10
5,823.48
Jan - Dec 11
11,955.88
Jan - Sep 12
10,500.03
Jista' l-Ministru jindika liema kienu l-kuntratti tal-gvern tas-sigurtà li ġew terminati fl-aħħar ġimgħat wara li instab li l-kuntrattur ma kienx qiegħed jagħti l-kundizzjonijiet minimi tax-xogħol lill-ħaddiema tiegħu? Jista' jindika huwiex se jinvestiga b'mod ulterjuri kuntratti oħrajn tas-sigurtà li ilna snin nisimgħu dwarhom fil-mezzi tax-xandir?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi skont direttivi maħruġin mid-Dipartiment tal-Kuntratti permezz ta’ Ċirkolari 16/2012, kellhom jiġu tterminati 4 kuntratti li kienu jinvolvu lill-Ministeru ta’ l-Edukazjoni u l-Impjieg, l-Awtorita tax-Xandir, l-Isptar Mater Dei u l-Korporazjoni Enemalta. Billi l-valur tal-kuntratti involuti jaqgħu taħt il-klassifika ta’ kuntratti Dipartimentali, kull Dipartiment qed jieħu ħsieb jagħmel l-arranġamenti hu għat-terminazjoni u l-għoti ta’ kuntratti ġodda għax xiri ta’ dawn is-servizzi.
Kull allegat abbuż tal-kundizjonijiet tal-ħaddiema jiġu investigati mid-Direttur tar-Relazjonijiet Industrijali u ta’ l-Impjieg u mill-Pulizija. F’ każ li xi kumpanija tinstab ħatja mill-Qorti, il-Gvern m’ huwiex se jiddejjaq li jittermina l-kuntratti mal-kumpanija, li jkunu oriġinaw fil-perjodu li fih isiru l-abbużi u li jkunu għadhom fis-seħħ.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 36611 u jispjega għaliex ħaddiema tal-Air Malta li għażlu l-Voluntary Redundancy Scheme jew l-Early Retirement Scheme ingħataw id-dritt, kif kellu jkun, li jibbenefikaw mill-benefiċċji tal-Early Retirement Card, imma l-istess ħaġa ma ġratx fil-każ ta’ ħaddiema tal-Air Malta li għażlu li jingħataw impjieg alternattiv? Jidhirlu li din il-proċedura ma kenitx ġusta ma’ ħaddiema tal-Air Malta li għażlu li jinstabilhom impjieg alternattiv? Jista' jieħu passi biex huma wkoll jingħataw rikonoxximent tas-snin ta’ servizz li taw lill-Air Malta billi jkollhom aċċess għall-vantaġġi mogħtija mill-Early Retirement Card?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-ħaddiema tal-Air Malta li għażlu li japplikaw għall-impjieg alternattiv u ġew magħżula qegħdin jibbenefikaw minn rebated travelfuq titjiriet tal-Air Malta skont il-policies tal-kumpanija
Jista' l-Ministru jikkonferma jekk fil-kuntratt iffirmat mal-Maltco, ġiex assigurat ix-xogħol tar-riċevituri tal-lottu?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi il-ftehim iffirmat mill-Gvern mal-Maltco jipprovdi sabiex l-konċessjonarju (Maltco) jieħu passi biex jilħaq ftehim mal-bejjiegħa awtorizzati tan-‘National Lottery Games’ u ‘Additional Games’(Lotto Receivers) li l-konċessjonarju hu liċenzjat li jopera.
Jista' l-Ministru jgħid il-għaliex lampa ġdida li twaħħlet fi Triq Dun Ġorġ Fenech kantuniera ma' Triq Marcel Attard Vagnolo Ħal Qormi bin-numru S134 sal-lum għadha ma nxtelgħitx minkejja li għaddew diversi xhur?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li l-lampa imsemmija ġiet imqabbda mas-sistema tal-elettriku fid-29 ta’ Frar 2012. Sadanittant żviluppat ħsara fiha li qatt ma ġiet irrapurtata lill-Korporazzjoni Enemalta. Sussegwentament il-ħsara ġiet imsewwija fil-11 ta’ Ottubru 2012.
Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu l-istudji ta' fattibilità li l-gvern kien qed jagħmel dwar il-proposta ta' Sargas sabiex joperaw Power Station ġdida f'Delimara flimkien ma' dawk eżistenti, liema studji issa ilhom isiru madwar sena?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.
Jista' l-Ministrui jgħid kemm ġiet iġġenerata enerġija permezz tal-pannelli solari minn mindu l-gvern beda jwaħħal l-smart metres u jagħti indikazzjoni ta' dawn l-ammonti?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Rapport Regolatorju tal-MFSA — La Vallette Multi Manager Propery Fund tal-BOV
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 35701 u cioè:B’referenza għar-Rapport Regolatorju tal-Awtorità għas-Servizzi Finanzajrji ta’ Malta dwar misselling mill-Bank of Valletta in kwantu għal La Vallette Multi Manager Property Fund, jaf il-Ministru li l-biċċa l-kbira tal-mijiet ta’ konsumaturi li għamlu l-ilment tagħhom ta’ misselling mal-Awtorità, ħafna minnhom sa 18-il xahar ilu, jifformaw parti minn dik il-faxxa tal-populazzjoni l-aktar vulnerabbli li tikkonsisti f’ċittadini anzjani li jippruvaw ilaħħqu mal-ħajja fuq il-pensjoni soċjali minkejja l-ispejjeż riżultat tal-mard kroniku tagħhom, u li ħafna minn dawk li ilmentaw – mhux biss il-pensjonanti li ssemmew qabel – għandhom livell akkademiku bażiku u edukazzjoni finanzjarja mill-aktar fqira, u li sa frattant, lkoll ġew kategorizzati bħala “Experienced Investors” mill-Bank of Valletta bl-iskop li jbiegħulhom il-Fond, u li dawn li lmentaw lkoll taw evidenza dokumentata lill-MFSA li la huma investituri ta’ esperjenza fuq livell sostantiv u lanqas wieħed formali?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
La Vallette Multi Manager Property Fund — Prospett Supplimentari
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 35702 u cioè: B’referenza għall-Prospett Supplementari viġenti tal-La Valette Multi Manager Property Fund tal-10 t’Awwissu 2010, jista’ l-Ministru jgħid jekk jafx li l-La Valette Multi Manager Property Fund għadu miftuħ għal sottoskrizzjonijiet ġodda abbażi tal-Prospett Supplementari viġenti tal-10 t’Awwissu 2010? Jista’ jgħid jekk jafx li tul dawn l-aħħar xhur inġiebet diversi drabi għall-attenzjoni taċ-chairman u tad-Direttur Ġenerali tal-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta li l-verżjoni viġenti tal-Prospett Supplementari tal-La Valette Multi Manager Property Fund, jiġifieri dik tal-10 t’Awwissu 2010, tikser il-liġijiet tal-Att dwar is-Servizzi tal-Investiment kif ukoll ir-Regoli maħruġa bis-saħħa tagħha mill-istess Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta, u dan bi ħsara għal konsumaturi li għandhom dritt jistrieħu fuq Prospett ta’ prodott ta’ investiment u li jkunu qed jikkunsidraw jidħlu f’dan il-Fond?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata f’seduta oħra.