Tista’ l-onor Ministru tgħid, f’Malta u f’Għawdex separatament, kemm kien fl-aħħar tal-2010 u tal-2011:
a) Il-labour supply; nisa għalihom u rġiel għalihom;
b) in-numru ta’ nies jaħdmu
full-time
, nisa għalihom u rġiel għalihom skont l-attivià ekonomika;
ċ) in-numru ta’ nies, nisa għalihom u rġiel għalihom, jaħdmu iżda li kellhom xogħol
part-time
bħala x-xogħol ewlieni tagħhom skont l-attività ekonomika; u
d) in-numru ta’ nies jaħdmu
part-time
, nisa għalihom u rġiel għalihom skont l-attività ekonomika?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista’ l-Ministru tgħid f’Malta u f’Għawdex separatament fl-aħħar tal-2010 u tal-2011 kemm kien hemm nies jirreġistraw għax-xogħol, dawk ta’ bejn il-15-il sena u l-24 għalihom u dawk ta’ ‘il fuq minn 25 sena għalihom kif ukoll nisa għalihom u rġiel għalihom;
a) kemm kienet il-popolazzjoni tal-età tax-xogħol, nisa għalihom u rġiel għalihom u skont l-età, ie dawk ta’ bejn il-15-il sena u l-24 għalihom u dawk ta’ ‘il fuq minn 25 sena;
b) ir-rata ta’ attività, il-forza lavorattiva totali (
labour force
) bħala persentaġġ tal-popolazzjoni totali tal-età tax-xogħol kif ukoll il-forza lavorattivi tal-irġiel bħal persentaġġ tal-irġiel tal-età tax-xogħol u il-forza lavorattivi tan-nisa bħal persentaġġ tan-nisa tal-età tax-xogħol;
ċ) in-numru ta’ nies inattivi, nisa għalihom u rġiel għalihom;
d) il-paga medja gross annwali skont id-diversi setturi tal-attività ekonomika?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Peress li l-iskola tas-subien tal-Marsa tal-Kulleġġ San Ġorġ Preca li tilqa' tfal li li għandhom sfidi soċjali iktar minn tfal oħra (rata ta' assenteiżmu għoli, sfidi finanzjarji eċċ.) se tingħalaq is-sena d-dieħla u se tiġi trasportata fi skola f'Ħaż-Żebbuġ bil-klassijiet li jifdal (cioè Form 2, 3 u 4 ta' bħalissa), tista' l-Ministru tgħid:
a) għaliex ittieħdet din id-deċiżjoni;
b) jekk sarux aċċertamenti dwar jekk l-iskola ta' Ħaż-Żebbuġ hijiex addattata għal dawn it-tfal u jekk għandhiex l-ambjent li jixraq lil dawn l-istudenti u jagħmilx sens li dawn it-tfal bi sfidi soċjali forsi iktar minn oħrajn jintbagħtu f'din l-iskola li ma fihiex spazji miftuħin fejn jilagħbu t-tfal;
ċ) għaliex ntgħażlet skola f'Ħaż-Żebbuġ meta l-istudenti ġejjin minn Wied il-Għajn, Ħaż-Żabbar, Marsa, Belt, Furjana u Pietà u ma ntgħażlitx skola iktar viċin? Ma taħsibx il-Ministru li dan se jżid fl-assenteiżmu ta' dawn l-istudenti li issa jekk jitilfu l-private se jkollhom jaqbdu żewġ rotot biex jaslu;
d) għaliex dawn l-istudenti se jintbagħtu fi skejjel oħra meta l-istudenti kollha tal-iskejjel l-oħra kollha li qegħdin phasing out ma ntbagħtux fi skejjel oħra;
e) x'se jsir mill-iskola tal-Marsa; u
f) hekk huwiex minnu li l-kunsill tal-iskola bagħat ittra lill-Ministru tal-Edukazzjoni fejn talbu li tinbidel id-deċiżjoni u x'kienet ir-risposta tal-Ministru?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Saret evalwazzjoni u diskussjoni dwar il-binja tal-Marsa u minn aspett edukattiv l-Edukaturi jemmnu li l-binja tal-iskola ta’ Ħa¿-¯ebbuġ hija binja fi stat aħjar minn dik tal-Marsa. Wieħed ma jridx jinsa li tul dawn is-snin kien hemm diversi ilmenti mill-għalliema stess dwar il-binja tal-Marsa. L-iskola ta’ Ħa¿-¯ebbuġ toffri spazji differenti għall-attivitajiet edukattivi diversi u l-edukaturi huma tal-fehma li dawn huma adattati biex joffru edukazzjoni ta’ kwalita’ lit-tfal li ser jmorru fiha.
It-tfal se jiġu offruti trasport mil-lokalità tagħhom sa l-iskola u d-Direttorat ma jarax li l-assentei¿mu ji¿died minħabba distanza li hemm bejn il-lokalitajiet u l-iskola. Mhux minnu li dawn l-istudenti ser jintbagħtu f’iskejjel oħra imma kollha ser imorru fl-iskola ta’ Ħa¿-¯ebbuġ.
Għad trid tittieħed deċi¿joni dwar x’ser jiġri mill-iskola tal-Marsa.
Tista' l-Ministru tgħid kemm ilu l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament ingaġġat mill-Ministeru/Direttorat tal-Edukazzjoni fil-proċess ta' bidla fil-kurrikulu? Kemm tħallas s'issa u kemm fadallu mill-kuntratt tiegħu?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-individwu li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament ġie ingaġġat b’ Contract for Service għall-perjodu mit-2 ta’ Mejju 2011 sal-31 ta’ Jannar 2013. L-ammont li tħallas s’issa kien ta’ €12,650 (mingħajr VAT). Skond il-kuntratt, il-massimu li jista jitħallas hu €21,490 (mingħajr VAT).
Ministeru/Direttorat tal-Edukazzjoni — proċess ta' bidla tal-kurrikulu
Question
Tista' l-Ministru tgħid fiex jikkonsisti x-xogħol tal-persuna li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament fil-proċess tal-bidla tal-kurrikulu u jekk il-Ministeru/Direttorat tal-Edukazzjoni humiex kuntenti bix-xogħol tiegħu peress li ħafna edukaturi lokali tkellmu u qalu kemm huma frustrati u mdejqin bih għax mhumiex isibuh ta' għajnuna tajba fit-tibdil li qed isir u ftit li xejn jagħti każ xi jkunu qed jgħidu u ma jkunux ippreparati sew għax-xogħol li jrid jagħmel għax mhux l-ewwel darba li x-xogħol li sar jerġa' jsir mill-ġdid?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-persuna msemmija huwa konsulent fejn tidħol il-kitba tas-sillabi. Is-sillabi qed jinkitbu mill-Uffiċjali Edukattivi, Kapijiet tad-Dipartiment, għalliema u edukaturi oħra Maltin.
Id-Dipartiment tal-Kurrikulu u
eLearning
huwa kuntent bl-andament tal-evalwazzjoni kritika li qed issir minn din il-persuna. Ix-xogħol mhux qed isir mill-ġdid izda qed isiru reviżjonijiet kontinwi kif jixraq f’biċċa xogħol bħal din, fejn hemm bżonn ta’ evalwazzjoni u reviżjoni kontinwa.
Ministeru/Direttorat tal-Edukazzjoni — ingaġġ ta' persuna għall-proċess ta-tibdil fil-kurrikulu
Question
Tista' l-Ministru tgħid kif ġie reklutat il-persuna li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament biex jagħmel ix-xogħol tiegħu mal-Ministeru/Direttorat tal-Edukazzjoni dwar tibdil fil-kurrikulu?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-persuna li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament huwa espert fl-Edukazzjoni għall-bżonnijiet speċjali. Dan kien ħadem fuq is-Syllabus Supplements li ġew ippubblikati fl-2007. Dan kien xogħol mibni fuq sistema ta’ livelli fi żmien meta dawn ma kienux parti mis-sistema edukattiva lokali. Ix-xogħol kien sar mill-Inclusive and Special Education Network ta’ l-iStudent Services Deparment fi ħdan il-Ministeru tal-Edukazzjoni.
Ix-xogħol fuq il-livelli ġie estiż biex jindirizza il-ħtieġa li l-istudenti kollha jkunu jistgħu jilħqu l-għola livell fis-suġġetti offruti f’kuntest ta’ klassi bi studenti b-abbilitajiet vari
.
Il-persuna li beda jgħin lid-Dipartiment tal-Kurrikulu u
eLearning
biex ikunu jistgħu jiġu mfassla l-għodod meħtieġa kien l-istess wieħed li ħadem fuq is-
Syllabus Supplements
imsemmija.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 34367, tista' l-Ministru tgħid kemm se jieħu żmien il-proċess biex tal-Public Broadcasting Service jiġbru l-informazzjoni mitluba peress li għadda żmien li għamilt din il-mistoqsija parlamentari?
Response (CRISTINA, DOLORES)
B’referenza għal mistoqsija parlamentari 34367, ninforma lil Onor. Interpellant li l-proċess biex tinġabar l-informazzjoni jieħu ż-żmien. Il-PBS qed tagħmel l-almu tagħha biex l-informazzjoni tinġabar sal-31 ta’ Mejju 2012.
Public Broadcasting Services — servizzi fuq pjanijiet u proġetti tal-Gvern
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 34364, tista' l-Ministru tagħti direzzjoni lill-amministrazzjoni tal-Public Broadcasting Services biex jiġbru l-informazzjoni mitluba billi sempliċiment iħarsu lejn ir-running orders tal-bullettini tal-aħbarijiet?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nirreferi għall-mistoqsija nru.34594 u ninforma lil-Onorevoli Interpellant li l-proċess biex tinġabar l-informazzjoni mitluba huwa aktar ikkumplikat minn kif qed jingħad. L-informazzjoni mitluba qiegħda tinġabar.
Tista' l-Ministru jgħid x’inhi r-rata li biha jitħallsu l-invigilators għall-eżamijiet tal-O u A levels? Kemm ilha ma tiġi revised? Hemmx xi ħsieb li dawn jiġu riveduti 'l fuq fil-ġejjieni qarib ?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Rata tal-ħlas tal-O Level
Invigilator 9.50 Eur
Supervisor 14.00 Eur
Rata tal-ħlas tal-A Level
Invigilator 11.65 Eur
Supervisor 16.30 Eur
S'issa m'hemmx il-ħsieb li r-rata tiġi riveduta.
Regolamenti tal-2012 dwar Istituzzjoni għal Studji Turistiċi
Question
B'referenza għall-Avviż Legali 131 tal-2012, msejjaħ Regolamenti tal-2012 dwar Istituzzjoni għal Studji Turistiċi, tista' l-Ministru tgħid jekk hemmx il-ħsieb li jsiru tibdiliet fil-forma u l-ammont ta' l-stipendji li qed jieħdu bħalissa l-istudenti li jattendu l-Istitut għall-Istudji Turistiċi fid-dawl ta' dak li tipprovdi klawżola 32 ta' dan l-avviż legali?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Fid-dawl ta' dak li tipprovdi klawsola 32 tal-avviż legali, s’issa ma hemm l-ebda ħsieb li tinbidel is-sistema ta’ l-istipendji li qed jieħdu bħalissa l-istudenti li jattendu l-Istitut għall-Istudji Turistiċi.
Tista' l-Ministru tgħid għaliex il-kors li qed jingħata lill-istudenti fil-kulleġġ San Injazju tal-BTEC qed jiġu mġiegħla jħallsu madwar €130 biex ikunu jistgħu jagħmluh anke lil dawk il-familji li għandhom il-ġenituri li jinsabu bla xogħol?
Response (CRISTINA, DOLORES)
M'hemm l-ebda ħlas għat-tagħlim tas-suġġetti vokazzjonali. Huwa l-assessjar u l-kwalifika tal-BTEC Engineering li qed jingħata lill-istudenti fil-Kulleġġ San Injazju li jiswew €130. L-istudenti kollha li qed jistudjaw il-kors tal-BTEC ngħataw il-possibiltà li jħallsu dan l-ammont fi ħlas ta’ darba jew tul it-3 snin li jkunu qed jistudjaw għal din il-kwalifika. Fil-każ ta’ familji li jkunu fuq is-servizzi soċjali jew ikollhom problemi ta’ ħlas, tintuża l-istess proċedura adottata fl-eżamijiet tas-SEC fejn istudenti minn familji b’diffikultajiet finanzjarji ma jħallsux għall-eżamijiet.
Il-Kulleġġ San Injazju ma rċieva l-ebda komunikazzjoni li hemm studenti milli ntgħażlu għall-kors tal-BTEC li l-ġenituri tagħhom jinsabu bla xogħol.
Id-Dipartiment tal-Eżamijiet għadu ma bagħatx il-formola tal-ħlas għall-kwalifika tal-BTEC lill-ġenituri.
Peress li klabb sajf jibda minn year 1, peress li f'Għawdex hemm nuqqas ta' faċilitajiet għall-ħarsien tat-tfal minkejja li hemm domanda kbira tista' l-Ministru tara jekk klabb sajf jistax jiġi estiż almenu għat-tfal ta' kinder 1 u 2?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Klabb sajf f’Għawdex huwa proġett miftuħ għal tfal li jkunu minn Year 1 'l fuq fejn ikun beda il-proċess ta' qari u kitba formali. Fil-kindergarten dan il-proċess ikun għadu ma bediex.
Tista’ l-Ministru tgħid għaliex il-kwalifika Access to HE Diploma Humanities/Social Sciences provduta minn Newcastle College mhux qed tiġi rikonoxxuta mill-Kunsill Malti għall-Kwalifiki minkejja li l-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament preżentat korrispondenza mill-Office of the Qualifications and Examinations Regulator (Ofqual) li turi li din il-kwalifika hija rikonoxxuta?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol — kawżi fuq awtoritajiet
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm kellha kawżi fil-konfront ta' awtoritajiet u/jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tagħha matul dawn l-aħħar ħames snin sena b'sena?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tinforma l-Kamra kemm hemm studenti li applikaw għat-TSSM Scholarship li suppost kellu jkoprilhom il-fees tagħhom għal korsijiet li huma ħadu f'St. Martin's Institute (bi ftehim bejn bank lokali, il-gvern u l-iskola)? Kemm minnhom ma ngħatawx dan l-ischolarship? Min ma ngħatax dan l-ischolarship, meta ġie informat li ma kienx se jingħata l-ischolarships? Jirriżultalha li l-istudenti li applikaw għat-TSSM Scholarship ingħataw l-intendere li kull student kien se jingħata l-ischolarship? Jekk iva, għaliex eventwalment kien hemm studenti li ma ngħatawx dan l-ischolarship?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kif inhi l-proċedura tal-entrance għaċ-childcare centres fl-iskejjel tal-gvern u għaliex qed jintalab l-income tal-familji li japplikaw?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Is-servizz Smartkids Childcare huwa offrut mill-Fondazzjoni tas-Servizzi Edukattivi u mhux mill-iskejjel tal-gvern. Dan is-Servizz jingħata lit-tfal bejn it-tlett xhur u tlett snin u l-familji tagħhom. Il-kontribuzzjoni tal-ġenituri għal dan is-servizz hi permezz ta’ eżami tal-mezzi. Għaldaqstant biex tinħadem din il-kontribuzzjoni hemm bżonn ta’ dokument uffiċjali li juri d-dħul tal-familja.
Tista' l-Ministru tgħid x'titolu għandu l-gvern fuq l-ex Pixxina Nazzjonali f'Wied il-Għajn? F'idejn min qiegħed il-pussess ta' din l-ex Pixxina Nazzjonali preżentament? Jekk kien hemm trasferiment tal-pussess mill-gvern favur terza persuna, x'kundizzjonijiet kien hemm għal tali trasferiment? Tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt relattiv? Min hu s-sid taż-żona prestina li hemm biswit l-ex Pixxina Nazzjonali preżentament, liema żona pristina tibqa' tieħdok sax-Xgħajra? Hemm xi piżijiet/drittijiet reali favur terzi f'din iż-żona?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-Gvern huwa s-sid tal-ex Pixxina Nazzjonali f’Wied il-Għajn. L-użu u l-pussess tal-ex Pixxina Nazzjonali huwa f’idejn il-Marsaskala Sports Club għal terminu ta’ 16-il sena li jista’ jkun imġedded għal żewġ temini oħra ta’ 16-il sena. Il-klabb qed iħallas is-somma ta’ €3,494 fis-sena għall-użu u l-pussess skont kif stabbilit fil-kuntratt li kopja tieghu qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex il-kumplament tal-mistoqsijiet jirreferihom lill-Ministru konċernat.
Tfal li mhumiex imorru skola minħabba li m'għandhomx learning support Assistant
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm tfal bħalissa li mhumiex jattendu l-iskola fl-iskejjel ta' Malta u Għawdex għax m'għandhomx learning support assistant għal xi raġuni jew oħra?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.