Tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kull tip ta' direttiva li ngħatat fl-aħħar snin fil-Public Broadcasting Services mill-Bord Editorjali?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Id-direttivi tal-Bord Editorial joħorġu permezz tal-Editur forma ta’ guidelines. Fil-kuntratti hemm ukoll provvedimenti għal dak li titlob il-liġi; dawn huma ta’ materja privata bejn il-PBS u l-Kuntratturi tagħha.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 28692, tista' l-Ministru tivverifika għaliex fil-każ ta' studenti tal-MCAST, għal dawk tal-ewwel sena għalkemm l-ismart card ingħatat f'Awwissu din infetħet fit-12 ta' Ottubru, 2011 u fil-każ tat-tieni sena, minkejja li l-card skadiet fl-aħħar tas-sena li għaddiet, din infetħet fid-9 ta' Ottubru, 2011? Tapprezza li meta l-ismart card tingħata daqshekk tard wara li tkun bdiet l-iskola, il-ġenituri jkollhom jixtru xi kotba u materjal ieħor minn buthom u dan meta mhux kulħadd jiflaħ għall-ispejjeż?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-istudenti l-ġodda kollha tal-MCAST bdew il-lezzjonijiet tagħhom bejn it-3 u t-8 ta’ Ottubru u li Smart Cards bdew jinfetħu gradatament u kors b’kors fl-istess ġimgħa biex l-istudenti jkunu jistgħu jixtru l-kotba u materjal ieħor skont il-bżonn.
Wieħed irid iżomm quddiem għajnejħ li l-istudenti l-ġodda kollha jkunu jridu jiġu reġistrati u jingħataw appuntament biex imorru jagħmlu u jiġbru l-card tagħhom fl-istess ħin li jkunu qed jiġu pproċessa l-applikazzjonijiet tas-settur post-sekondarju kollu li jammonta għal madwar 5000 applikazzjoni.
Ta’ min jgħid ukoll li kull applikazzjoni trid tiġi eżaminata individwalment u bir-reqqa biex jiġi assigurat li l-provvedimenti tal-liġi u l-Avviż Legali li jirregolaw l-Għotjiet ta’ Manteniment lill-iStudenti jkunu osservati.
Foundation for Tomorrow Schools — periti u inginiera impjegati
Question
Tista' l-Ministru tgħid jekk hemmx periti u inginiera impjegati mal-Foundation for Tomorrow Schools? Jekk fl-affermattiv, tista' tgħid min huma u kemm minnhom qed jaħdmu full-time u kemm minnhom jaħdmu part-time?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-Fondazzjoni għall-Iskejjel t’Għada għandha periti u inġiniera li kollha jaħdmu abbażi ta’ full-time.
Dawn huma l-Perit Andrew Ellul, il-Perit Leonard Żammit, il-Perit Vittorio Bonavia, il-Perit Dylan Cutajar Davis, il-Perit Franceska Catania, il-Perit Jonathan Saliba, l-Inġinier Albert Ellul u l-Inġinier Vincent Rapa.
Tista' l-Ministru tgħid kemm iggradwaw sena b'sena fl-aħħar ħames snin f:
a) Diploma;
b) Masters fl-Istudju tat-Traduzzjonijiet?
Tista' tgħid fl-aħħar ħames snin, sena b'sena kemm persuni bdew jaħdmu fil-Kummissjoni Ewropea bħala tradutturi fid-diversi skali? Kemm hemm Maltin li jaħdmu fid-diversi istituzzjonijiet Ewropej, istituzzjoni istituzzjoni u f'liema karigi?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra n-numru ta’ gradwati fl-aħħar ħames snin fil-Postgraduate Diploma u Master in Translation.
La l-Universitá ta’ Malta u lanqas il-Korporazzjoni tax-Xogħol u t-Taħrig ma għandha l-ebda informazzjoni dwar l-impieg ta’ dawn il-gradwati Maltin li jmorru jaħdmu barra min Malta.
Jista' l-Ministru jgħid kemm żdiedu l-ħaddiema self-employed fis-sena 2010? Jista' jgħid kemm ħaddiema self-employed waqqfu l-attività ekonomika tagħhom fis-sena 2010, kemm minnhom irtiraw minħabba l-età, kemm irtiraw sabiex isibu impjieg u kemm irtiraw minħabba falliment?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Skola Giovanni Curmi — żgħażagħ li daħlu f'xi kors
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm żgħażagħ li daħlu f'xi kors tal-Iskola Giovanni Curmi Naxxar fis-sena 2010-2011 u 2011-2012 u kemm minnhom kienu ġejjin mill-Junior College?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid x'records iżommu dawn l-istituzzjonijiet edukattivi: MCAST, Junior College, Skola Giovanni Curmi u l-Istitut għas-Servizzi Turistiċi dwar assentejiżmu, drop-out rate, performance tul il-kors u fl-eżamijiet tal-istudenti tagħhom? Tista' tpoġġi kopja fuq il-Mejda tal-Kamra tat-tagħrif dwar assentejżmu, drop out rate u performance fl-eżamijiet għas-sena 2010-2011?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Università ta’ Malta — numerus clausus fuq suġġetti
Question
Tista’ l-Ministru tgħid liema suġġetti ġie stabbilit numerus clausus għalihom (jew fit-terminoloġija l-ġdida ġew capped) għall-kors B.Ed li se jibda fis-sena akkademika 2011/2012 tal-Università ta’ Malta? Tista’ tgħid f’liema suġġetti se jiġu offruti postijiet inqas mis-snin ta’ qabel?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista’ l-Ministru tgħid għaliex din is-sena akkademika mhux se jiġi B.Ed fl-accounts li ilu sentejn ma jiftaħ u li kien se jerġa’ jiġi offrut din is-sena? F’liema skejjel jiġi mgħallem dan is-suġġett tal-accounts? Dawn l-iskejjel joffru teaching practice placement lill-istudenti tal-Fakultà tal-Edukazzjoni?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-Università qatt ma offriet is-suġġett Accounts fil-kors tal-B.Ed. (Hons). L-Università offriet il-PGCE fl-Accounts din is-sena. L-accounts ma jiġix mgħallem fl-iskejjel statali fil-livell obbligatorju imma f’xi skejjel tal-Knisja jew Indipendenti. Din is-sena ma kien hemm l-ebda skola li offriet it-Teaching Practice fl-Accounts u għalhekk l-Università daħħlet studenti fil-PGCE fil-Business Studies.
Tista' l-Ministru tikkonferma jekk sarux rapporti għand l-awtorità konċernata fir-rigward ta' aġir abbużiv li twettaq minn resident f'binja ta' 6 appartamenti ġewwa Santa Luċija, li d-dettalji dwarhom qed jintabgħtu separatament, fejn saħansitra l-individwu konċernat imblokka l-aċċess tal-arja ventilata sabiex ikun jista' jrabbi annimali li jinżammu f'gallinari fuq bejt komuni li dan ikkappara mingħajr il-kunsens tar-residenti l-oħra. Tista' tqiegħed kopja tar-rapport fuq il-Mejda tal-Kamra u tgħid x'passi ttieħdu fil-konfront tal-individwu kkonċernat?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-Awtorità tad-Djar irċeviet rapport rigward l-aġir ta’ inkwilini fil-blokk imsemmi. Saret inspezzjoni mill-Awtorità tad-Djar u r-rapport ġie mgħoddi lid-Dipartiment tal-Artijiet għall-azzjoni min-naħa tal-enforcement office tagħhom.
Tista' l-Ministru tgħid x'tip ta' struttura organizzattiva se ssir fil-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ u jekk meta jinħarġu l-calls,il-posts humiex se jintgħażlu minn dawk li għandhom pożizzjoni ta' management? Jekk fin-negattiv, tara l-Ministru li dan se jfisser aktar piż finanzjarju fuq it-taxpayer bħala additional costs?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-istruttura organizzattiva li hi ppjanat għall-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ hija mmirata sabiex l-organizzazzjoni tkun f’pożizzjoni aħjar li tilqa’ għall-isfidi li llum qed naffaċċjaw fid-dinja tax-xogħol. Sabiex organizzazzjoni tibqa’ relevanti trid taġġorna ruħha b’mod kontinwu u tabilħaqq dan l-eżerċizzju qed iservi sabiex il-korporazzjoni tagħmel aktar emfasi sabiex issaħħah is-servizzi li toffri:
1. biex tgħin lil dawk li qed ifittxu x-xogħol isibu impjieg aktar malajr;
2. biex tgħin lil min iħaddem sabiex isibu ħaddiema tajba għall-ażjenda tagħhom;
3. kif ukoll fit-tfassil u implimentazzjoni ta’ programmi ta’ taħriġ li jgħinu lil min qed ifittex ix-xogħol biex jikseb ħiliet aktar kif ukoll lil dawk li diġà qed jaħdmu sabiex itejbu l-ħiliet tagħhom u jżidu oħrajn ġodda.
Sabiex il-proċess tal-għażla ikun transparenti u ekwu, is-sejħiet illi se jsiru sabiex jimtlew il-kariga ta’ managers se jkunu miftuħin għall-impjegati kollha li jilħqu l-kriterji mitluba ma’ kull sejħa. Bħala parti mir-ristrutturrazzjoni l-korporazzjoni m’għandiex il-ħsieb li jiżdiedu n-numru ta’
managers
għaliex bħalissa fil-korporazzjoni hemm pożizzjonijiet vakanti ta’
managers
illi għad iridu jimtlew.
Tista' l-Ministru tara l-każ ta' ġuvni li ommu tgħix bir-relief, u li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament, li daħal l-MCAST u xtaq li jagħmel kors tal-IT iżda dan ġie mitlub li jerġa' jirrepeti s-suġġetti li huwa għadda minnhom u issa se jispiċċa bla stipendju, meta qabel dan kien jieħu ukoll s-supplimentarju?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-istudent imsemmi kien weħel minn xi suġġetti għal diversi drabi u reġa’ applika għal kors simili tal-istess livell.
Ir-regolamenti ta’ dan il-kors jistipulaw li l-istudenti li jeħlu u juru x-xewqa li jagħmlu l-kors mill-ġdid ikollhom jirrepetu il-
modules
kollha mingħajr eżenzjoni.
Studenti li jirreputi kors tal-istess livell ma jkunux intitolati għal stipendju. Huma jerġgħu jibdew jieħdu l-istipendju malli jimxu mis-sena li jkunu qed jirrepetu u jibdew is-sena ta’ wara.
Tista' l-Ministru tara l-kaz ta' transfer ta' persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, fejn anke intervjeniet il-union?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Dan il-każ diġa’ beda jkun ikkunsidrat u se jkompli jkun ikkunsidrat fuq il-merti tiegħu hekk kif l-impjegat ikkonċernat jippreżenta ċertifikat mediku maħruġ minn speċjalista.
tiġdid tal-karta għall-parkeġġ għal persuna b'diżabilità
Question
Tista' l-Ministru tgħid xi trid tagħmel il-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, biex iġġedded il-karta għall-parkeġġ għal persuna b'diżabilità peress li din tagħlaq fl-1 ta' Novembru 2011?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-Blue Sticker tal-persuna msemmija se tiskadi fit-3 ta’ Novembru 2011. Hi kienet ingħatat waħda temporanja għal sentejn. Biex iġġedded, trid timla paġna 3 u 6 tal-applikazzjoni u paġna 4 jimliha t-tabib. L-applikazzjoni tista' tinkiseb bil-Malti jew bl-Ingliż mill-uffiċini jew minn fuq il-website tal-KNPD.
Il-persuna tkun trid tibgħat ukoll 2 ritratti, wieħed minnhom iffirmat. Imbagħad ikollha appuntament mat-tabib tal-KNPD. Ma tridx terġa' tħallas.
Dipartiment tax-Xogħlijiet — gallariji f'qagħda ħażina
Question
Tista' l-Ministru permezz tad-Dipartiment tax-Xogħlijiet tinvestiga l-qagħda ħażina u perikoluża li jinsabu fiha l-gallariji mxaqqin kemm fil-ġenb u taħt l-appartamenti li d-dettalji tagħhom qed jintbagħtu separatament ? Tista' tgħid jekk hux possibli jsiru t-tiswijiet meħtieġa?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-customer care tal-Awtorità tad-Djar qatt ma rċeviet talba s’issa minn dawn l-inkwilini sabiex isiru xi xogħlijiet taħt l-iskema SM.
Tista' l-Ministru tgħid kemm beħsiebu jinvesti l-Gvern fil-korsa tal-karting il-ġdida ġewwa Ħal Far?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Gvern kien diġà għadda art lil Island Karting Club biex fuqha tinbena korsa tal-karting. Din l-art għandha valur ta’ €384,000. Mis-sena 2002 sal-lum il-gvern issusidja l-kera fuq din l-art b’valur ta’ €184,313.
Il-Gvern għadu attivament jikkonsidra kif jgħin lil motorsport billi jipprovdi aċċess għal faċilità adekawata għad-dilettanti kollha tal-karting mingħajr ma jagħti esklussivita lil xi klabb u mingħajr ma jeskludi l-ebda klabb tal-karting.
Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar kemm huma l-istudenti minn kull waħda mil-lokaliajiet tas-7, 11 u 12-il distrett elettorali, li hu mistenni li jiggradwaw din is-sena? F'liema oqsma ta' studju hu mistenni li jiggradwaw dawn l-istudenti?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.