Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #26735 Sitting 365 2011-06-14 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Qorti tal-Maġistrati

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'qed jagħmel il-Ministru biex prattika perikoluża ferm u kerha immens li qed taqbad art f'xi ta' awli tal-Qorti tal-Maġistrati fejn Maġistrat jiddeċiedi sentenza però ma jagħtix kopja ta' dik is-sentenza lill-akkuzat/imputat ma tibqax għaddejja? Huwa sew li jiġri dan meta t-terminu għall-appell huwa wieħed qasir immens u s-sentenzi ġieli qed jingħataw fl-aħħar ġurnata qabel jiskadi t-terminu tal-appell bil-lanjanza tad-deputati reġistraturi in kwestjoni tkun li jinsabu understaffed?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi minn verifiki li saru mal-awli kollha tal-Maġistrati irriżulta li meta tintalab sentenza minn avukat peress li jkun se jappella minn tali sentenza, din tiġi ppreparata u dattilografata. Ħafna mill-maġistrati jesiġu li qabel ma tinħareġ kopja tal-imsemmija sentenza, din tiġi kollezzjonata mill-istess Maġistrat sabiex tkun tista' tinħareġ kopja legali tal-istess sentenza.
Leg 11 PQ #26754 Sitting 365 2011-06-14 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Presidenti tal-club tal-football

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-pulizija ħaditx passi dwar allegazzjonijiet li saru mid-deput li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, meta kien qed jitkellem fuq l-abbozz ta' liġi dwar il-logħob fejn allega ċerti affarijiet fuq presidenti ta' clubs tal-football? Sar xi tip ta' rapport lill-Pulizija? Jekk fl-affermattiv minn min sar?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi l-Pulizija se teżamina l-kontenut tad-diskors imsemmi mill-Onorevoli Interpellant.
Leg 11 PQ #26758 Sitting 365 2011-06-14 Oral · Final From: ANĠLU FARRUGIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Korp tal-Pulizija — Overtime

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-pożizzjoni tal-gvern dwar l-overtime li għadu ma tħallasx fil-Korp tal-Pulizija mill-1993 'l quddiem?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġiba ta' Mistoqsija Parlamentari numru 26114.
Leg 11 PQ #26089 Sitting 364 2011-06-13 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

każijiet ta' annulamenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm każijiet ta' annulamenti mill-Istat u mill-Knisja li għaddejjin proċeduri dwarhom minn persuni residenti Għawdex kif ukoll kemm minn dawn l-annullamenti kienu jikkonċernaw residenti Għawdxin fis-snin 2006-2011?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi fil-preżent in-numru ta' kawżi pendenti dwar dikjarazzjoni ta’ annullamenti ta’ żwieġ quddiem il-Qorti tal-Maġistrati (Għawdex) (Ġurisdizzjoni Superjuri) (Sezzjoni tal-Familja) huwa ta' sitta. In-numru ta’ kawżi pendenti, kif ukoll dawk deċiżi, dwar dikjarazzjoni ta’ annullament ta’ żwieġ bejn l-2006 u l-2010 huwa kif jidher fit-tabella t'hawn taħt:- Sena Numru ta’ kawżi pendenti dwar annullament ta’ żwieġ Numru ta’ kawzi decizi dwar annullament ta’ zwieg 2006 19 7 2007 16 8 2008 15 6 2009 17 7 2010 22 13 2011 (sat-23 ta’ Mejju) 6 3 Ta’ min jinnota illi l-figuri indikati bħala pendenti għal kull sena jistgħu u, anzi, probabilment jirreferu għall-istess kawżi ċioe' jekk kawża nbdiet fis-sena 2006 u baqgħet pendenti sas-sena 2010, din se tibqa’ tidher f’din l-istatistika matul il-ħames snin indikati. Infurmat ukoll illi ma tinżammx statistika dwar in-nazzjonalità jew ir-residenza tal-partijiet fil-kawżi, iżda l-fatt biss li kawża tiġi preżentata fil-Qorti ta’ Għawdex – u mhux f’dik ta’ Malta – hija indikazzjoni biżżejjed li l-partijiet (jew almenu xi ħadd minnhom) ikun residenti Għawdex. L-informazzjoni mogħtija tirrigwarda biss każijiet ta’ annullament mogħtija mill-Istat. Ninsab infurmat illi fil-preżent in-numri ta' kawżi pendenti dwar dikjarazzjoni ta’ annullamenti ta’ żwieġ huwa ta' sitta.
Leg 11 PQ #26485 Sitting 364 2011-06-13 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Kuntistabbli — ċitazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jagħti breakdown ta' kemm hu n-numru ta' ċitazzjonijiet li nħarġu mill-kuntistabbli matul l-ewwel erba' xhur tas-sena?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi matul l-ewwel erba' xhur ta' din is-sena, in-numru ta' ċitazzjonijiet li nħarġu mill-Pulizija kien ta' 37,828.
Leg 11 PQ #26486 Sitting 364 2011-06-13 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Faċilità Korettiva ta' Kordin — persuni li temmew is-sentenza

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li temmew is-sentenza tagħhom fil-Faċilità Korettiva ta' Kordin matul l-ewwel erba' xhur ta' din is-sena? Kemm minnhom kienu ċittadini Maltin?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi matul l-ewwel erba' xhur ta' din is-sena kien hemm 69 persuna barranija u 73 Maltin li temmew is-sentenza tagħhom fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin. Infurmat ukoll illi kien hemm ukoll 3 persuna barranija u 57 Maltin li temmew is-sentenza tagħhom matul l-ewwel erba' xhur ta' din is-sena però ma ħarġux mill-faċilità peress li qegħdin jistkontaw sentenza oħra.
Leg 11 PQ #26487 Sitting 364 2011-06-13 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Korp tal-Pulizija — kuntistabbli li spiċċaw

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' kuntistabbli li spiċċaw mill-Korp fl-ewwel erba' xhur tas-sena? Xi grad kellhom?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi matul l-ewwel erba' xhur ta' din is-sena kien hemm 30 membru li spiċċa mill-Korp tal-Pulizija kif spjegat fit-tabella t'hawn taħt:- Spettur Surġent Maġġur Kuntistabbli Total Għalqu s-60 sena 1 1 Mewt 1 1 R iżenji 1 2 3 Pensjoni 1 24 25 TOTAL 30
Leg 11 PQ #26687 Sitting 364 2011-06-13 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

investigazzjoni tal-Pulizija tal-kelba Sweetie

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex waslet l-investigazzjoni tal-Pulizija tal-kelba, Sweetie li bdiet fil-15 ta' Settembru 2010 u li kienet inqatlet bil-velenu fit-Taqsima tal-Klieb ġewwa l-Protezzjoni Civili fit-23 ta' Lulju 2010? Jista' jgħid jekk l-investigazzjoni ntemmitx u jekk iva, x'kien ir-rizultat? Jista' jgħid min kienu l-persuni li ġew investigati fuq dan il-każ u jekk din għadha mhux konkluża min għad fadal biex jiġi nterrogat? Jista' l-Ministru jinvestiga għaliex it-tliet dog handlers li kienu huma li nsistew b'qawwa mad-Direttur tal-Protezzjoni Ċivili li jsir ir-rapport fuq il-mewt tal-kelba lill-Pulizija, ġew trasferiti? Jista' jgħid għalfejn ma saritx inkjesta fuq il-mewt ta' din il-kelba mħarrġa?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Kif diġà spjegajt fir-risposta li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 21324, ninsab infurmat illi t-tliet dog handlers kienu ġew trasferiti f’sezzjonijiet oħra tad-dipartiment wara li huma stess urew ix-xewqa mad-Direttur tal-Protezzjoni Ċivili biex ma jibqgħux jaħdmu ġewwa dik is-sezzjoni. Infurmat ukoll illi wara li d-dipartiment irċieva riżultat preliminari mill- vet li kien għamel l-awtopsa fuq il-kelba fejn kien ħareġ li seta’ kien hemm suspett li l-kelba setgħet ġiet maqtula, il-każ għadda minnufih għal għand il-Pulizija biex titwettaq investigazzjoni sħiħa, liema investigazzjoni għadha mhix konkluża.
Leg 11 PQ #26692 Sitting 364 2011-06-13 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Persuni li weħlu sentenza ta' ħabs — moħqrija fuq annimali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm persuni weħlu sentenza ta' ħabs fuq moħqrija tal-annimali sena b'sena mill-2007 sa 2011?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi mis-sena 2007 sallum, kien hemm 8 persuni li weħlu sentenzi ta’ ħabs sospiżi wara li kienu nstabu ħatja mill-Qorti fuq akkużi ta’ moħqrija fuq annimali, 1 fl-2009, 3 fl-2010 u 4 din is-sena.
Leg 11 PQ #26477 Sitting 360 2011-06-08 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Holdups reġistrati lill-pulizija

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 25962, jista' l-Ministru jagħti l-informazzjoni għar-rigward tar-reati ta' serq kwalifikati ai termini tal-Artikolu 261 tal-Kodiċi Kriminali, Kap 9?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Kif diġa' spjegajt, għalkemm il-kelma hold up ma teżistix fil-kuntest legali, dan huwa serq li jkun ikkwalifikat bil-vjolenza kif ukoll bis-sekwestru momentarju tal-persuna. Ninsab infurmat illi matul l-ewwel erba' xhur ta’ din is-sena, ġew irrapurtati lill-Pulizija 23 serqa ta’ dan it-tip. Tlettax (13) minn dawn saru permezz ta’ sikkina waqt li l-għaxra (10) l-oħra saru permezz ta’ arma tan-nar jew imitazzjoni ta’ arma tan-nar. Ħmistax (15) minn dawn is-serqiet irrapurtati kellhom valur iddikjarat ta’ anqas minn €500; tlieta (3) minnhom b’valur iddikjarat ta’ anqas minn €1,400; erba’ (4) b’valur iddikjarat ta’ anqas minn €15,000 u waħda (1) minnhom li kellha valur iddikjarat ta’ €75,000. Minn dawn it-tlieta u għoxrin (23) serqa rrapurtata ġew solvuti ħdax (11) minnhom u ċioe 47% tagħhom. Il-persuni responsabbli minn dan is-serq ġew imressqa l-Qorti u għaddejin proċeduri kriminali.

Leg 11 PQ #26503 Sitting 360 2011-06-08 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Persuni mressqa l-Qorti — membri tal-korp tal-Pulizija li ġew attakkati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tressqu persuni l-Qorti f'dawn l-aħħar ħames snin akkużati li ħebbew u attakkaw membri tal-Korp tal-Pulizija waqt il-qadi ta' dmirijiethom? Kemm minn dawn instabu ħatja mill-Qorti? X'pieni ingħataw dawn il-persuni li nstabu ħatja?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi mis-sena 2007 sal-aħħar ta’ Mejju ta’ din is-sena kien hemm 361 persuna li tressqu l-Qorti fuq akkużi li ħebbew jew attakkaw membri tal-Korp tal-Pulizija waqt il-qadi ta’ dmirijiethom. Infurmat ukoll illi minn dawn kien hemm 254 persuna li nstabu ħatja. Il-pieni mogħtija kienu jinkludu priġunerija, sentenza sospiża, probation u multa.

Leg 11 PQ #26362 Sitting 359 2011-06-06 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Qorti t'Għawdex — bejgħ ta' xorb lill-minorenni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tressqu nies il-Qorti t'Għawdex in konnessjoni ma' bejgħ ta' xorb lill-minorenni minn mindu ġiet in vigore l-liġi?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi l-Pulizija ressqet 3 persuni quddiem il-Qorti t'Għawdex b'konnessjoni ma' bejgħ ta' xorb u alkoħol lill-persuni minuri.

Leg 11 PQ #26363 Sitting 359 2011-06-06 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Qorti t'Għawdex — tlajjar u prostituzzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tressqu nies il-Qorti t'Għawdex in konnessjoni ma' tlajjar jew prostituzzjoni f'dawn l-aħħar sentejn u jindika l-etajiet u s-sess tal-persuni mressqa?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi matul l-2009 u l-2010 ma kien hemm ebda persuna li tressqet quddiem il-Qorti t'Għawdex fuq każi ta' prostituzzjoni.

Leg 11 PQ #26364 Sitting 359 2011-06-06 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Qorti t'Għawdex — vjolenza domestika

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tressqu nies il-Qorti t'Għawdex in konnessjoni ma' vjolenza domestika f'dawn l-aħħar sentejn u jagħti l-etajiet tal-persuni akkużati? Jista' jgħid kemm weħlu, kemm minnhom ġew liberati, jew proċediment eżawrit stante rinunzja tal-vittma?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi fil-Qorti t'Għawdex il-Pulizija ressqet 96 każ quddiem il-Qorti t'Għawdex kif spjegat fit-tabella t'hawn taħt:- 2009 2010 Total Każijiet imressq quddiem il-Qorti t’Għawdex 58 38 96 Każijiet misjuba ħatja Nil 1 1 Każijiet liberati 21 8 29 Każijiet dikjarati proċediment eżawrit 37 22 59 Każijiet pendenti quddiem il-Qorti Nil 7 7

Leg 11 PQ #26365 Sitting 359 2011-06-06 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Qorti t'Għawdex — traffikar u użu ta' droga

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tressqu nies il-Qorti t'Għawdex f'dawn l-aħħar sentejn in konnessjoni ma' traffikar u użu ta' droga separatament u jindika l-età u s-sess tal-persuni mressqa?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi matul l-2009 u l-2010 il-Pulizija ressqet 15-il persuna quddiem il-Qorti t’Għawdex fuq każijiet ta’ traffikar ta’ droga u 23 persuna fuq pussess ta’ droga. L-età tal-akkużati kienet tvarja bejn is-16 u l-57 sena.