Jista' l-Ministru jagħti lista tal-ħaddiema li wara l-1 ta' Jannar 2011 bdew jaħdmu t-telework fl-istess dipartiment f'Għawdex u lista ta' dawk li ġew f'Għawdex trasferiti f'dipartimenti oħra wara din l-istess data u llum qed jaħdmu t-telework f'Għawdex? Jista' jgħid id-data meta għamlu t-talba biex ikunu jistgħu jaħdmu t-telework jew biex jiġu trasferiti f'dipartimenti oħra f'Għawdex?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-mistoqsija mhix ċara u ma tispeċifikax għal liema dipartiment qed jirreferi. Ghaldaqstant, nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jagħmel il-mistoqsija b'mod li tkun tista' tiġi mwieġba.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu preżentament in-numru ta' persuni li għandhom warrant biex jipprattikaw bħala avukati, nutara u prokaturi legali separatament? Kemm f'kull każ huma nisa u rġiel?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma tinżammx statistika ta’ persuni li preżentement għandhom il-warrant biex jipprattikaw bħala avukati u prokuraturi legali. Dan għaliex l-uffiċċju minfejn isir ix-xogħol konness mal-ħruġ tal-warrants, ma jkunx infurmat meta persuna fil-pussess ta’ tali warrant tmut u għaldaqstant ma tistax tinżamm statistika korretta.
Dwar persuni li preżentement għandhom il-warrant biex jipprattikaw bħala nutar, nissuġġerixxi lill-Onorevoli Interpellant jirreferi din il-parti tal-mistoqsija lill-Ministru ikkonċernat.
Ministeru tal-Ġustizzja, Konsultazzjoni Pubblika u l-Familja — entitajiet tal-internal audit
Question
Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk l-entitajiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li preżentament għandhom funzjoni ta' internal audit? Jista' jgħid liema minn dawn l-entitajiet irrikorrew għas-servizz ta' ditti tal-awdituri biex jingħatalhom dan is-servizz? F'kull każ, jista' jgħid:
a) liema ditta tal-awdituri ġiet mqabbda;
b) kemm qed tiġi mħallsa kull sena tal-funzjoni tal-internal audit;
ċ) f'kull każ, min huma l-awdituri esterni u jekk l-awdituri interni humiex l-istess ditta? F'każ li l-istess, kemm qed jitħallsu tal-funzjoni tal-awditjar estern;
d) kemm huwa t-turnover tal-entità li taqa' taħt il-Ministeru; u
e) kemm għandha impjegati l-entità?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi d-Dipartimenti u l-entitajiet li jaqghu tahti, b’mod partikolari fejn ma hemmx ‘Internal Audit’ ad hoc jaghmlu uzu mill-‘Internal Audit and Investiagtions Department’. Manadankollu, is-segwenti hija l-informazzjoni ghall-2011 minn entitajiet li ghamlu uzu minn awdituri esterni skond kif imnizzel;
- Kummissjoni Nazzjonali ghal Promozzjoni tal-Ugwaljanza; Awditur estern li thallas €826. It-turnover tal-NCPE kien ta’ €230,000 u bhalissa timpjega 15-il persuna.
- Fondazzjoni ghas-Servizzi ghall-Harsien Socjali; Awditur Estern li thallas €6,685. Il-Fondazzjoni ma kelliex turnover imma subventions ta’ €12,902,417 u timpjega 679 persuna.
- Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Dizabilta’; Awditur estern li thallas €1,230. it-turnover kien ta’ €670,000 u timpjega 22 persuna fuq bazi full-time u 4 persuni part-time.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm anzjani li għandhom 'il fuq minn 80 sena u li sal-aħħar ta' Mejju 2012 kien għadhom ma ngħatawx il-bonus ta' €300 li ngħata mal-budget ta' din is-sena għall-anzjani ta' 'l fuq minn 80 sena?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onor interpellant li sal-11 ta’ Mejju 2012 kien hemm madwar 80 anzjan li applikaw u li għadhom ma ngħatawx l-għotja tat-€300. Il-proċess biex dan il-ħlas isir ser isir fil-jiem li ġejjin.
Jista' l-Ministru jgħid s'issa kemm hemm kunsilli lokali li bbenifikaw mill-iskema Binja Tiegħi, id-Dar Tiegħi?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant, illi matul l-2011 ibbenefikaw 17-il kunsill lokali minn din l-iskema li permezz tagħha saru xogħlijiet ta’ manutenzjoni fi 199 binja bi spiża ta’ €995,000.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex l-Awtorità tad-Djar wara diversi talbiet minn persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, għadha ma weġbitx l-ittra mibgħuta?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna in kwestjoni toqgħod ġo post tal-gvern fit-tielet sular u applikat biex ibiddel nhar it-22 t’April, 2010. Hija tixtieq li jiġi allokata post terran, peress li għandha problemi ta’ saħħa, fil-lokalità ta’ Ħaż-Żabbar. Mil-lista tat-tpartit m’hemm ħadd interessat biex immur fil-lokalità ta’ Bormla u fil-preżent l-Awtorità tad-Djar m’għandiex postijiet fil-pjan terran vakanti fil-lokalità ta’ Ħaz Żabbar.
Aġenzija Sapport — għajnuna lil persuni b'diżabilità fil-komunità
Question
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 29678, jista’ l-Ministru jgħid kemm ilhom jistennew is-37 persuna li jingħataw is-servizz fil-komunità wara li ġew approvati li jkollhom dan is-servizz?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li prezentament hemm tletin (30) persuna jistennew li jingħataw is-Servizz fil-Komunita wara li gew approvati li jkollhom dan is-servizz. Dan ghax kien hemm tnaqqis fil-‘waiting list’ minhabba li numru ta’ persuni bdew jiehdu s-servizz. Minn dawn it-tletin hemm hames persuni li diga qeghdin jiehdu s-servizz izda talbu zieda fuq in-numru ta’ sieghat li qed jiehdu. Hemm persuna li qed tistenna risposta meta se ssirilha operazzjoni qabel ma tkun tista’ tinghata s-servizz u persuna ohra li qed tistenna risposta ghal xoghol ghax ghanda bzonn xi ghajnuna ghal mat-tifel taghha. Ghaldaqstant dawn it-tnejn ta’ l-ahhar ma jistghux jinghataw is-servizz qabel ma jinfurmaw lill-Agenzija huma.
Ghalhekk huma tlieta u ghoxrin (23) is-sitwazzjonijiet li ghadhom ma bdewx jiehdu servizz. Minn dawn, hemm wiehed u ghoxrin persuna li qed tistenna servizz fil-Komunita ghal-socjalizazzjoni u hemm zewg persuni li ghandhom bzonn assistenza personali.
L-Agenzija taghmel l-almu taghha sabiex is-servizz jibda jigi pprovdut mill-aktar fis possibbli billi tevalwa kull sitwazzjoni li tigi approvata ghal Servizz fil-Komunita’ u tara kif is-servizz jista’ jibda jigi pprovdut specjalment f’dawk is-sitwazzjonijiet li jkollhom bzonn assistenza personali. L-Agenzija taghmel l-ahjar uzu mir-rizorsi taghha biex taqdi lill-klijenti li jkollhom bzonn dan is-servizz. Meta l-klijent jibda jinghata dan is-servizz, dan jibqa’ ghaddej ghal snin peress li n-natura tal-bzonn hi tali, ghaldaqstant, is-sitwazzjonijiet huwa rari li jinghalqu.
Fil-maggoranza tas-sitwazzjonijiet gew approvati s-servizz bejn l-2011 u 2012.
Jista' l-Ministru jgħid kemm se jingħalqu area offices tas-Social Security Department u liema huma l-lokalitajiet li se jkunu affetwati? Jista' jgħid kemm area offices se jiftħu ġodda fil-gżira Għawdxija?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onor Interpellant li ebda Uffiċċju Distrettwali tas-Sigurta’ Soċjali m’hu se jingħalaq. Nikkonferma ukoll li m’hu se jinfetaħ ebda Uffiċċju Distrettwali ġdid ġewwa Għawdex. Inżid ninforma lill-Onor Interpellant li d-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali bħalissa qiegħed jestendi s-servizzi tiegħu tal-Customer Care minn numru ta’ Kunsilli Lokali, fosthom il-Gudja, Ħ’Attard, il-Mellieħa, il-Għargħur, Pembroke, San Pawl il-Baħar u kif ukoll ix-Xagħra u l-Għarb Għawdex. Hemm ippjanati Kunsilli Lokali oħra fil-futur.
Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex l-Awtorità tad-Djar twieġeb din l-ittra li d-dettlaji dwarha qed jintbagħtu separatament?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-applikazzjoni tal-applikanta in kwestjoni qegħda pproċessata mal-applikazzjonijiet l-oħra. Hija tikri post mill-privat u tħallas kera ta’ €2, 796. fis-sena però tibbenefika minn sussidju fuq il-kera li jammonta għall-€966.69 fis-sena. Dan ifisser li din il-persuna tħallas minn butha kera ta’ €152.44 fix-xahar.
L-Awtorita’ tad-Djar pre¿entament għandha 231 persuna li jibbenefikaw minn sussidju tal-kera i¿da li wkoll għandhom applikazzjoni għall-akkomodazzjoni alternattiva.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 35418, jista' l-Ministru jinfurmani kemm huwa l-perċentwal ta' 7425 għal dak li huma numru ta' romol feminili li jieħdu l-pensjoni f'pajjiżna?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli nterpellant li jien infurmat li n-numru ta’ romol feminili li jirċievu Pensjoni għar-Romol ta’ inqas minn €500 fix-xahar bħala perċentwal għan-numru ta’ romol feminili kollu f’pajjiżna hu ta’ 47.8 fil-mija.
Ċentri ta' Matul il-Jum — impjegati li ma baqgħux jaħdmu
Question
Jista' l-Ministru jindika kemm kienu dawk l-impjegati li ma baqgħux jaħdmu fiċ-Ċentru ta' Matul il-Jum minn 2004 sal-lum? X'kienu l-grades tagħhom? Kemm daħlu impjegati ġodda minflokhom biex jaħdmu f'dawn iċ-ċentri?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-ONorevoli Interpellant li l-Agenzija SAPPORT bdiet tassumi t-tmexxija taċ-Ċentri ta' Matul il-Jum mis-sena 2007 u ghaldaqstant m’ghandhiex dettalji ta’ dawk l-impjegati li ma baqghux jahdmu maċ-Ċentri qabel din is-sena. Fis-sena 2008 l-Agenzija SAPPORT bdiet tassumi r-responsabbilta’ amministrattiva tal-impjegati taghha ghaċ-Ċentri ta' Matul il-Jum u ghaldaqstant l-informazzjoni moghtija fit-tabella t’hawn taht tirrifletti mis-sena 2008 ‘il quddiem.
Impjegati li tterminaw
Grad
Impjegati godda
40
Care/Support Workers
51
1
Services Executive
1
4
Social Workers
9
2
Head
2 Leaders (titlu ġdid)
7
Professional Support Workers (PSW)
9
2
Occupational Therapists
2 Professional Support Workers
1
Kok
0
2
Administrative Support Worker
2
1
Customer Care Clerk
1
2
Nurses
2
1
Health Attendant
0
2
Assistant Heads
0
1
Senior Tradesman
0
3
General Hand
0
1
Labourer
0
2
Driver
1
TOTALS
72
80
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġiet tiswa l-kċina l-kbira li hemm fiċ-Ċentru tal-Matul il-Jum f'Wied il-Għajn? Kemm kien joħroġ ikel minn din il-kċina qabel l-2004? Kemm qed jiġu ppreparati snacks llum f'din il-kċina? Fiex jikkonsistu dawn is-snacks?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-kcina l-kbira li hemm fic-Centru ta’ Matul il-Jum ta’ Wied il-Ghajn saret fis-sena 1998 u giet inawgurata fit-3 ta’ Lulju ta’ l-istess sena. L-Agenzija SAPPORT bdiet tassumi r-responsabbilta’ u t-tmexxija ta’ dawn ic-Centri mill-2007 u ghaldaqstant m’ghandha l-ebda dettalji ta’ kemm giet tiswa din il-kcina minhabba l-fatt li fl-1998 ic-Centri ma kienux mmexxija minnha.
Il-kcina l-kbira ta’ Wied il-Ghajn qabel kienet tintuza biex jigi preparat l-ikel kollu li jintuza mic-Centri ta’ Matul il-Jum madwar Malta izda llum il-gurnata fiha qed jigi preparat l-i
snack
ghall-klijenti ta’ Wied il-Ghajn biss. L-i
snack
tac-centri l-ohra qed jigi preparat fic-Centri rispettivi taghhom. Dawn is-
snacks
jikkonsistu f’ikel nutrittiv bhal laham, tigieg, hut, patata, ghagin, torti, haxix, insalata, ftajjar u panini.
Dawn l-i
snacks
gew imfassla wara konsultazzjoni ma’
nutritionist
kif ukoll ma’
speech language therapists.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm coaches tal-Gvern fiċ-Ċentru ta' Matul il-Jum qabel l-2004? Kemm hemm llum coaches biex ikunu jistgħu jintużaw regolarment mill-persuni b'diżabilità li jattendu fiċ-Ċentru ta' Matul il-Jum?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li qabel is-sena 2007, meta ċ-Ċentri bdew jiġu amministrati mill-Aġenzija Sapport l-ammont ta’ coaches tal-Gvern li kienu jintuzaw fic-centri ta’ Matul il-Jum kien dak ta’ sitta. Fis-sena 2012, l-ammont ta’ coaches li qed jintuzaw regolarment mill-persuni b’dizabilita’ fic-Centri ta’ Matul il-Jum huwa ta’ tlieta. Dan it-tnaqqis sar wara li gew skreppjati numru ta’ coaches peress li ma kienx finanzjarjament vijabbli li jigu msewwija. L-Agenzija Sapport tutilizza s-servizz ta' coaches u minibuses privati ukoll.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-proġetti li ġew iffinanzjati mill-MEUSAC mal-Kunsill Lokali ta' Ghawdex u ma' għaqdiet mhux governativi matul l-2011 u l-2012 sal-aħħar ta' Mejju?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-MEUSAC ma tiffinanzjax progetti.
Bulebel — ħinijiet tax-xogħol ta' ħaddiema f'fabbrika
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 35555 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk hemmx xi arranġement speċjali mal-Labour Office biex fabbrika partikulari f’Bulebel li timpjega għadd kbir ta' ħaddiema barranin li nifhem li qegħdin jaħdmu f’mod regolari f’pajjiżna, bl-awtorizazzjoni tad-dipartiment ikkonċernat, fejn dawn spiss jaħdmu mis-sebgħa ta' filgħodu sas-sebgħa u nofs ta' filgħaxija kuljum inklużi s-Sibtijiet u l-Ħdud u fejn dawn jingħataw jum wieħed biss off li minkejja t-talbiet tagħhom biex ikun il-Ħadd, ħafna drabi jispiċċa jkun is-Sibt, darba kull ħmistax? Huwa aċċettabbli li dawn spiss jiġu sfurzati wkoll jaħdmu overtime sad-disgħa u nofs ta' filgħaxija b’ €0.75 fis-siegħa?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijal u tal-Impieg ma jagħtix awtorizzazzjonijiet jew jiffaċilità arranġamenti li jmorru kontra l-obbligi legali ta’ min ihaddem. L-Onor Interpellant hu mitlub jagħti d-dettalji tal-fabbrika li qed jirreferi għaliha ħalli jsiru l-aċċertamenti neċessarji.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 26702, jista’ l-Ministru jgħid jekk id-Dipartiment tal-Istandards fil-Ħarsien Soċjali għandux issa l-istandards meħtieġa u jekk sarux konsultazzjonijiet pubbliċi u mal-entitajiet oħra biex jibdew isiru spezzjonijiet regolari fid-Djar Residenzjali tal-Persuni b’Diżabilità u fiċ-Ċentri ta’ Matul il-Jum bħalma jsiru fid-Djar Residenzjali tal-Anzjani?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi dawn l-istandards qed jinħadmu. Malli jkunu lesti bħala draft jinbeda proċess ta' konsultazzjoni pubblika u mal-entitajiet li jipprovdu dan is-servizz. Sadanittant, l-Aġenzija Sapport fi hdan il-Fondazzjoni tal-Ħarsien tas-Servizzi Socjali tilqa' u tinvestiga kull ilment li jista' jkun hemm fl-għoti tas-servizzi lil persuni b'diżabiltà.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux permess bil-liġi li residenzi privati jwaħħlu CCTV cameras iħarsu fuq residenzi tal-ġirien tagħhom?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli INterpellant illi skont artikolu 5(a) tal-Att dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data, l-Att ma japplikax “għall-ipproċessar ta’ data personali meta dak l-ipproċessar jitwettaq minn persuna naturali fil-kors ta’ attivita` purament personali”. Fil-kuntest ta’ CCTV cameras, fejn dawn jitwaħħlu minn persuni fuq residenzi privati u r-rekordjar tal-immaġini tramite l-istess apparat jintuża biss għal skop purament personali, l-Att ma japplikax. Il-provvedimenti tal-Att japplikaw fejn l-irrekordjar ta’ immaġini permezz ta’ dawn il-cameras imur oltre minn dak purament personali bħal, per eżempju, f’każi fejn l-immaġini jiġu live-streamed fuq l-internet jew inkella ppubblikati fuq xi mezz ta’ komunikazzjoni.
Madankollu dan l-Uffiċċju dejjem jirrakomanda illi fejn persuni jwaħħlu CCTV cameras fuq r-residenzi privati, huma għandhom jiżguraw illi jillimitataw ir-rekordjar mill-apparat sal-perimitru tal-propjeta` tagħhom, mingħajr ma jaqbdu żoni pubbliċi jew propjetajiet biswit tagħhom. Tajjeb ukoll li jingħad illi fejn persuna tħoss li xi CCTV camera mwaħħla fuq residenza privata tkun qed toħolqilha fastidju, l-każ għandu jiġi rappurtat lill-Pulizija.
Jista' l-Ministru jara l-każ tal-koppja anzjana li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li ġiet mitluba tħallas €800 għall-kiri tal-appartmenti, meta kull ma jaqbdu fis-sena hu €678?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuni in kwestjoni għas-sena 2012 kellhom dħul ta’ €9552 u mhux €678 kif intqal fil-mistoqsija. Il-Kera sussidjata għalhekk hija ta’ €700 fis-sena . L-inkwilini ġew informati b’dan nhar il-21 ta’ Ġunju 2012.
Ministeru tal-Ġustizzja, Konsultazzjoni Pubblika u l-Familja — tnaqqis baġitarju
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm mit-tnaqqis baġitarju tal-€40 miljun tnaqqsu s'issa mill-Ministeru, dekasteri u entitajiet li jaqgħu taħtu xahar b'xahar sa Mejju 2012?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Nirreferi l-Onorevoli Interpellant li l-budget tal-Gvern jinħadem fuq bazi ta' sena. Għalhekk nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta tiegħi f'mistoqsija Parlamentari 32635 mogħtija f’seduta 459 tal-21 ta’ Marzu, 2012
Ministeru tal-Ġustizzja, Konsultazzjoni Pubblika u l-Familja — ħaddiema
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema f'kull segretarjat tal-Ministeru tiegħu li mhumiex civil servants? Xi grad għandhom? X'inhu xogħolhom?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fis-Segretarjat tiegħi hawn 6 persuni li mhumiex taċ-Ċivil fil-gradi ta’ Kap tas-Segratarjat, 2 Uffiċjali tas-Segretarjat, Charwoman kif ukoll 2 xufiera.