Legislature:
Category:
Reset
Active:

Tas-Sliema, il-Gżira, San Ġiljan — Sanità

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 11415 li oriġinarjament saret lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa u jgħid kemm-il ġurdien mejjet inġabar mid-Dipartiment Tas-Sanità minn tas-Sliema, San Ġiljan u l-Gżira, rispettivament għal kull lokalità, f'Jannar 2023?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-rapporti dwar ilmenti ta’ ġrieden mejta li irċeviet id-Diviżjoni tat-Tindif u l-Manuntenzjoni matul il-xahar ta’ Jannar 2023, kienu s-segwenti: Sliema - 3 rapporti San Ġiljan - 2 rapporti Gżira - xejn

Tas-Sliema, il-Gżira, San Ġiljan — Sanità

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 11416 li oriġinarjament saret lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa u jgħid kemm-il ġurdien mejjet inġabar mid-Dipartiment tas-Sanità minn Tas-Sliema, San Ġiljan u l-Gżira, rispettivament għal kull lokalità, fi Frar 2023?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Diviżjoni tat-Tindif u Manutenzjoni ma rċeviet l-ebda rapporti dwar ilmenti ta’ ġrieden mejta fil-lokalitajiet imsemmija matul il-xahar ta’ Frar 2023.

Tas-Sliema, il-Gżira, San Ġiljan — Sanità

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 11417 li oriġinarjament saret lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa u jgħid kemm-il ġurdien mejjet inġabar mid-Dipartiment tas-Sanità minn Tas-Sliema, San Ġiljan u l-Gżira, rispettivament għal kull lokalità, f’Marzu 2023?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-rapporti dwar ilmenti ta’ ġrieden mejta li irċeviet id-Diviżjoni tat-Tindif u l-Manuntenzjoni matul il-xahar ta’ Marzu 2023, kienu s-segwenti: Sliema - 1 rapport San Ġiljan - xejn Gżira - xejn.

Tas-Sliema, Il-Gżira, San Ġiljan — Sanità

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 11418, li oriġinarjament saret lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa u jgħid kemm-il ġurdien mejjet inġabar mid-Dipartiment tas-Sanità minn tas-Sliema, San Ġiljan u l-Gżira, rispettivament għal kull lokalità, f’April 2023?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Diviżjoni tat-Tindif u Manutenzjoni ma rċeviet l-ebda rapporti dwar ilmenti ta’ ġrieden mejta fil-lokalitajiet imsemmija matul il-xahar t’April 2023.

Tas-Sliema, Il-Gżira, San Ġiljan — Sanità

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 11419, li oriġinarjament saret lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa u jgħid kemm-il ġurdien mejjet inġabar mid-Dipartiment tas-Sanità minn tas-Sliema, San Ġiljan u l-Gżira, rispettivament għal kull lokalità, f’Mejju 2023?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-rapporti dwar ilmenti ta’ ġrieden mejta li irċeviet id-Diviżjoni tat-Tindif u l-Manuntenzjoni matul il-xahar ta’ Mejju 2023, kienu s-segwenti: Sliema - 1 rapport San Ġiljan - 1 rapport Gżira - xejn

Kummissarju tal-Films – Allowance ta’ safar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm għandu allowance ta’ safar il-Kummissarju tal-Films li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament u jagħti rendikont ta’ infiq fuq safar li għamel madwar id-dinja fis-sena 2023?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

L-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.

Mediterrane Film Festival — Spiża

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 10771, 11052, 11803, 12116, 12664, 12995, 13193, 13466, 13709, 13954, 14091 u 14216 u jagħti break down dettaljat tal-ispiża totali għall-Mediterrane Film Festival li tinkludi lista tal-ismijiet ta’ kull persuna mistiedna mill-Kummissjoni Maltija tal-Films jew mill-Ministeru tiegħu u li tinkludi wkoll l-ispejjeż imħallsa minn fondi pubbliċi għal vjaġġar, akkomodazzjoni, trasport, ikel u xorb kif ukoll spejjeż oħra relatati għal kull persuna? Jista' jipprovdi break down finanzjarju għal kull nefqa li saret għas-serata tal-Gala Awards? Jista’ jippubblika lista sħiħa tal-ġurnalisti barranin li ġew mistiedna u r-rappurtaġġ li taw lil pajjiżna u jgħid jekk tali rappurtaġġ kienx imħallas ukoll u kemm? Jista’ wkoll jippubblika n-nefqa minn fondi pubbliċi f’forma ta’ break down finanzjarju għan-nefqa f’marketing li saret għal dan il-Festival?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

L-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.

Mediterrane Film Festival: The Golden Bee Awards — Luxury Board u VIPS Abbord

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 12110, 12431, 12666, 12997, 13195, 13464, 13707, 13924, 14093 u 14218 u jgħid x’kien l-iskop tal-luxury boat li abbord tagħha kien hemm VIPs u li ttieħdu fuq Manoel Island għal gala night tal-Mediterrane Film festival: The Golden Bee awards? X’inhu l-isem tad-dgħajsa u ta’ min hi? Jista’ jgħid ukoll kemm ġie jiswa l-pontoon li nbena f’Manoel Island biex tkun tista’ tittrakka l-luxury boat biex jitniżżlu l-VIPs u min ħallas għal dan il-pontoon? Jista’ jgħid kemm ġiet tiswa l-luxury boat b’kollox u jagħti l-lista tal-mistednin VIP li kienu fuq din id-dgħajsa?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

L-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.

Il-Marsa — Triq Aldo Moro – Tindif tal-kanal tal-ilma tax-xita

Question

Jista' l-Ministru jara li jitnaddaf il-kanal tal-ilma tax-xita li hemm taħt l-overpass bridge fi Triq Aldo Moro l-Marsa, n-naħa tal-Marsa Sports Complex, kif ukoll il-pompa tal-petrol, minħabba periklu ta' sadd minn materjal u ħmieġ ieħor?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Ministeru għat-Turiżmu – Nefqa fuq rigali

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk għandux xi fond mill-baġit ministerjali jew minn xi entità li taqa’ taħtu li minnhom jixtri rigali tat-tiġijiet u/jew rigali oħra?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li m’hemmx fond speċifiku li jismu rigali tat-tiġijiet u/jew rigali oħra.

Ministeru għat-Turiżmu – Direct Orders

Question

Jista' l-Ministru jipprovdi lista bid-dettalji tad-direct orders li ħarġu l-entitajiet jew l-awtoritajiet li jaqgħu taħt il-portafoll tiegħu fil-perjodu bejn Novembru 2022 u Novembru 2023, maqsuma skont l-awtorità jew l-entità u għal kull direct order separatament jgħid meta ngħatat, kemm kien l-ammont, lil min tħallas, lil min ingħatat id-direct order u x'servizz kien ġie ingaġġat?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Contracting Authority tippubblika din l-informazzjoni fuq il-Gazzetta tal-Gvern għal kull procurement li jsir għal kull perjodu ta’ sitt xhur, skont ir-Regolament 111(2) tal-Public Procurement Regulations.

Awtorità Maltija għat-Turiżmu — Arretrati ta' Liċenzji ta' operaturi turistiċi

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 574, 1842, 2466, 2817, 3157, 3718, 4254, 13856, 13956 u 14142 u jgħid l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu kemm għandha arretrati x’tiġbor f’liċenzji minn operaturi turistiċi mill-2013 sal-lum, maqsuma sena b’sena?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

L-informazzjoni tingħata f'seduta oħra.

Eks Malta Shipbuilding – Avvenimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk intefqux flus pubbliċi biex is-sit tal-Eks Malta Shipbuilding jiġi preparat biex jospita konferenzi u fieri? Jekk iva, jista’ jipprovdi elenku tal-ammonti kollha li ntefqu, u f'kull nefqa jispeċifika u jgħid jekk din ingħatatx b'tender, direct order, jew mod ieħor?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13729.

San Pawl il-Baħar – Triq San Publiju – Proġett

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14113 dwar proġett fi Triq San Publju, f’San Pawl il-Baħar, jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar x’irriżulta mill-ispezzjonijiet li saru mis-Sovrintendenza tal-Wirt Kulturali?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant biex tagħmel il-mistoqsija tagħha lill-Ministru kkonċernat.

San Pawl il-Baħar – Triq San Publiju – Proġett

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14113 dwar proġett fi Triq San Publju, f’San Pawl il-Baħar, jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar x’kienet ir-raġuni li qabel kienu ntalbu permessi DNO għall-istess xogħol?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

L-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.

San Pawl il-Baħar – Triq San Publiju – Proġett

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjanti għall-proġett fi Triq San Publju, f’San Pawl il-Baħar? Jista’ jgħid ukoll kemm hi l-istima ta’ dan il-proġett?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Filwaqt li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjanta tal-proġett, ninforma lill-Onor. Interpellant li l-istima skont it-tender hija ta’ €111,380.

San Pawl il-Baħar – Triq San Publiju – Proġett

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta hu mistenni li jkompli dan il-proġett fi Triq San Publju, f’San Pawl il-Baħar? Jista’ jgħid ukoll meta hu mistenni li jitlesta dan il-proġett?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġejt infurmat li l-ebda xogħlijiet ma jistgħu jsiru sakemm jinħarġu istruzzjonijiet ulterjuri min-naħa tas-Sovrintendenza tal-Wirt Kulturali. Il-perjodu ta’ żmien għat-tlestija tal-proġett huwa stmat li jdum 33 ġimgħa. Dan ma jqisx il-perjodu ta’ żmien tal-waqfien imsemmi.

Tourism Zones Regeneration Agency – xogħol fin-naħa t’isfel ta’ Malta

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10125, jista' l-Ministru jispjega permezz ta' pjanta u deskrizzjoni u/jew dokumenti oħra li jaħseb li huma xierqa, u jgħid x'inhuma t-tip ta' upgrades tas-central strip u r-roundabout li jagħtu għal pjazza prinċipali ta' Birżebbuġa ser isiru u għal liema qiegħed jirreferi?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan il-proġett huwa tal-Kunsill Lokali u għaldaqstant nirreferi lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.