Peress li għall-mistoqsija li għamilt ingħatajt risposta li r-risposta se tingħata f’xi seduta oħra, jista’ l-Ministru jagħti raguni għaliex l-informazzjoni għadha ma ngħatatx? Jista’ jagħti l-informazzjoni mitluba għall-mistoqsija parlamentari 32187 (datata 21 ta' Frar 2012)?
Response (DEMARCO, MARIO)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li fiha l-lista ta' każijiet li kienu meqjusa bħala eżegwibbli, bir-riferenza tagħhom, meta nħareġ l-Avviż, il-lokalità u x'inhi l-kontravenzjoni, hekk kif rikjest mill-Onorevoli Interpellant.
Irrid ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Att igħid illi l-Awtorita` " tista' " twettaq azzjonijiet diretti meta jgħaddu ċertu skadenzi legali. Pero' mhux bil-fors li t-teħid t'azzjoni diretta hija l-unika soluzzjoni. Dik hija deċiżjoni interna u amministrattiva, u l-lista li qed tingħadda fil-fatt hija l-lista li l-uffiċċjali li joħorġu l-Avviżi kkunsidraw li kienu saru esegwibbli. Għal din ir-raġuni, mhux qed tingħata data ta' meta l-każijiet "ġew mgħoddija għal
direct action
" għax din mhix fissa. Sfortunatament, fil-passat peress li kien hemm qasma bejn ħafna uffiċċjali li joħorġu l-Avviżi u l-waħdiet li jwettqu l-Azzjonijiet Diretti, l-uffiċċjali li joħorġu l-Avviżi kienu jibagħtu l-
files
kollha li jkunu għaddewlhom l-iskadenzi legali sabiex tittieħed azzjoni diretta fuqhom. Dan wassal biex matul dawn l-aħħar 20 sena, baqgħu jiżdiedu dawn il-każijiet, li ħafna drabi l-anqas kienu jiġu aġġornati.
Dan l-aħħar, qegħdin jiġu kkunsidrati mezzi alternattivi oħrajn kif jiġu indirizzati dawn il-każijiet, per eżempju permezz ta' multi, limitazjonijiet fuq possibiltajiet ta' ħruġ ta' permessi u liċenzji, u ta' prosekuzzjoni kriminali.
Fil-kunsiderazzjoni dwar taħt liema kundizzjoni tista' tinħareġ liċenzja għall-kaċċa fir-rebbiegħa, jista' l-Ministru jgħid jekk il-kaċċaturi humiex se jiġu kostretti jilbsu faxxa bħal ma kienu kostretti l-istaġun li għadda li permezz tagħha wieħed jista' faċilment jidentifika persuna min oħra, liema distinzzjoni tmur kontra dak li kien ġie kundanat mit-Tribunal ta' Nunenburgu u dan stante li l-ement diskriminatorji li tali distinzjoni ġib magħha?
Response (DEMARCO, MARIO)
Il-faxxa li qiegħed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant hija waħda mill-miżuri li ddaħlu sabiex igħin fl-infurzar tal-liġijiet tal-kaċċa. Hu fl-interess tal-kaċċatur ġenwin li tissaħħaħ l-infurzar u li jinqata’ kull abbuż. Għalhekk ma narax l-utilita’ li jitnaqqsu miżuri ta’ nfurzar f’każ li l-Gvern jiddeċiedi li jiftaħ l-istaġun tal-kaċċa f’din ir-Rebbiegħa.
Jista' l-Ministru jgħid kemm mill-membri fuq il-Bord ta' Diretturi ta' Heritage Malta - tneħħi r-rappreżentant tal-Università ta' Malta - għandu rikonoxximenti akkademiċi fil-qasam tal-heritage/restawr/tmexxija ta' siti kulturali? Saru talbiet biex nies fi ħdan il-qasam tar-restawr/patrimonju/tmexxija ta' siti kulturali jkunu membri fil-bord de quo? Jekk dawn m'aċċettawx it-talba li saritilhom, għaliex dawn għamlu tali rifjut?
Response (DEMARCO, MARIO)
Kollettivament il-membri tal-Bord iġibu magħhom esperjenzi u kwalifiki varji li jkopru l-oqsma ta’: Wirt Kulturali, Arti, Arkeoloġija, Restawr, Turiżmu, Management, Ippjanar Strateġiku, Finanzi, Tmexxija ta’ Mużewijiet u Siti.
It-talbiet li saru kienu ndirizzati direttament lill-persuni li huma membri f’dan il-Bord u li kollha aċċettaw it-talba li saritilhom biex ikunu membri fil-Bord tad-Diretturi ta’ Heritage Malta.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-kwalifiki li għandu s-sinjur li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, biex dan ingħata l-inkarigu li jokkupa l-pożizzjoni ta' CEO ta' Heritage Malta?
Response (DEMARCO, MARIO)
Ninsab infurmat li l-persuna imsemmija huwa gradwat u għandu Baċellerat tal-Arti. Infurmat ukoll li għal dawn l-aħħar disa’ snin dejjem okkupa pożizzjoni ta’ tmexxija fis-Servizz Pubbliku fejn fl-aħħar snin serva bħala Segretarju Permanenti. Infurmat ukoll li s-selection panel ta’ Heritage Malta unanimament sabuh bħala l-persuna addattata għall-kariga msemmija u kien għalhekk li ntalbet id-detailing tiegħu mal-Aġenzija skond Art 18 tal-att dwar il-Patrimonju Kulturali (Kap 445).
B'referenza għall-Forti Sant' Anġlu u x-xogħlijiet li saru fuq dan is-sit, jista' l-Ministru jgħid kemm tħallsu l-arkitetturi li d-dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament u għala dan ix-xogħol ma sarx mis-sitt periti li tħaddem Heritage Malta?
Response (DEMARCO, MARIO)
Ninsab infurmat li bi preparazzjoni għall-applikazzjoni eventwali għall-proġett ta’ restawr fuq il-Forti Sant Anġlu, is-Segretarjat Parlamentari responsabbli mill-Kultura ħareġ sejħa għall-offerti għal servizzi ta’ periti f’Jannar 2010, li ntrebaħ minn DeMicoli & Associates. Dan ix-xogħol, li kien jinkludi surveying, deterioration mapping, riċerka u d-dokumentazzjoni kollha meħtieġa, sal-ħruġ tal-permessi mill-MEPA, sewa €154,700.
Fl-2010 Heritage Malta kellha tliet periti fid-dipartiment tal-Proġetti u kien hemm perit bħala
manager
fid-dipartiment tal-Konservazzjoni. Għalhekk sabiex ikun jista’ jibda l-proċess ta’ applikazzjoni tal-MEPA b’mod immedjat u minħabba l-iskala ta’ l-istess proġett, ma kienx possibli li dan ix-xogħol isir direttament minn Heritage Malta.
Inżid ukoll li Heritage Malta kienet involuta fil-proċess kollu ta’ xogħolijiet li qegħdin isiru fuq dan is-sit, inkluż fil-ħruġ u l-adġudikazzjoni ta’ dan it-tender.
B'referenza għas-sigurtà fil-Forti Sant'Anġlu, jista' l-Ministru jgħid x'għamel il-gvern biex jassigura s-sigurtà (safety)? X'nefqa saret? In-nefqa kif saret - permezz ta' direct order jew wara sejħa għal offerti? Jista' jgħid jekk l-Ordni ta' Malta [SMOM] u l-consortium li se tibni spa u li t-tnejn jokkupaw parti mill-Forti ikkontribewx għan-nefqa tas-sigurtà?
Response (DEMARCO, MARIO)
Ninsab infurmat li mill-2008 sa l-aħħar tal-2011 intnefqu €131,862 sabiex ikun hemm preżenza kontinwa ta’ uffiċjal tas-sigurta’ fil-forti u dan sabiex jiġi kkontrollat l-aċċess u jitwaqqaf kull tip ta’ abbuż li kien qed isir fl-istess forti. Dan is-servizz ingħata għal ftit żmien minn G4S Security Services (Malta) Ltd, li kienu diġa’ jagħtu servizz lil Heritage Malta f’siti oħra, sakemm imbagħad inħareġ tender u intrebaħ minn Signal 8 Security. Dan is-servizz kien u għadu jiġi mħallas minn Heritage Malta.
Għar-rigward tas-siti ta' Tas-Silġ u San Pawl Milqi, jista' l-Ministru jikkonferma kemm damu l-missjoniet arkijelogi Taljani jaħdmu f'dawn is-siti u kemm-il rapport ġie ppreżentat tal-ħidma tagħhom? Jista' jikkonferma li l-Sovrintendent tal-Wirt Kulturali għandu kontroll fuq ir-reparti li nstabu u li qegħdin fis-swar ta' Bormla? Min jieħu ħsieb il-manutenzjoni ta' dan il-post? Hemm inventarju tal-mijiet ta' kaxxi f'reparti li hemm f'dan il-post?
Response (DEMARCO, MARIO)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Għar-rigward tat-Tempji ta' Tarxien, jista' l-Ministru jikkonferma kemm-il sena ilu li l-BOV offrew €262,054 u li minnhom intnefqu biss €36,855? Possibli li ma nstabx mod kif il-kumplament tal-isponsorship jintuża', per ezempju għal proġetti ta' konservazzjoni tal-istess tempju?
Response (DEMARCO, MARIO)
Ninsab infurmat li l-ftehim bejn Heritage Malta u l-BOV dwar it-Tempji ta’ Hal Tarxien kien iffirmat fl-2003. Dan il-ftehim jistipula li l-fondi pprovduti ghandhom jintuzaw esklussivament ghall-bini tac-Centru ghall-Vizitaturi. Ghall-kumplament tal-mistoqsija nirreferi lill-Onor Interpellant ghat-twegiba li jiena tajt ghal mistoqsija numru 32834.
San Pawl il-Baħar — restawr fuq it-torri Wignacourt
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta hu mistenni li jinbeda x-xogħol ta' restawr fuq it-torri ta' Wignacourt f'San Pawl il-Baħar?
Response (DEMARCO, MARIO)
Bħalissa l-konsulenti tal-Awtorita’ Maltija tat-Turiżmu fuq dan il-proġett flimkien mad-diliġenti ta’ “Din l-Art Helwa” qed jirrevedu dettalji tekniċi tar-restawr wara li reġa’ sar ‘rectified photogrammetric survey’ u qed jiġi ffinalizzat id-dokument tal-offerta għat-tender. Għaldaqstant ix-xoghol huwa mistenni li jkun jista jibda wara s-sajf li ġej.
Ministeru għat-Turiżmu, l-Ambjent u l-Kultura — tqassim ta' fuljetti u materjal ieħor fid-djar
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm tqassmu fuljetti u materjal ieħor fid-djar matul l-aħħar sitt xhur? Jista' jagħti d-dettalji tal-materjal imqassam fid-djar, x'tip ta' karta intużat, fejn ġie stampat il-materjal, kemm sewa kull fuljett jew materjal li ntbagħat u jekk tqassamx bil-posta jew xi mezz ieħor? Jekk b'mezz ieħor, min qassamhom?
Response (DEMARCO, MARIO)
Ninforma lill-Onor Interpellant illi l-Ministeru tat-Turiżmu, l-Ambjent u l-Kultura ma qassam l-ebda fuljetti u materjal ieħor fid-djar matul l-aħħar sitt xhur.
Qasam tal-Iskart Perikoluż u tossiku — operaturi maqbuda f'attivitajiet illegali
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet fejn operaturi Maltin fil-Qasam tal-Iskart Perikoluż u/jew tossiku nqabdu f'attivitajiet illegali barra l-pajjiż mill-bidu tas-sena 2011 sal-lum? X'ġara f'kull każ? Kien hemm każijiet fejn iddaħħlet id-dwana Maltija u jekk iva, liema kienu?
Response (DEMARCO, MARIO)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma kienu irrapuratati l-ebda każijiet fejn operaturi Maltin fil-Qasam tal-Iskart Perikoluż u/jew tossiku nqabdu f'attivitajiet illegali barra l-pajjiż mill-bidu tas-sena 2011 sal-lum.
Ministeru għat-Turiżmu, l-Ambjent u l-Kultura — ammont ta' flus lill-avukat u l-kumpanija
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont totali ta' flus imħallas tul dawn l-aħħar ħames snin mill-Ministeru tiegħu, kif ukoll minn entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, lill-avukat li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament? Kemm kien l-ammont ta' flus imħallas lill-kumpanija, li d-dettalji dwarha ukoll qed jingħataw separatament li jifforma parti minnha?
Response (DEMARCO, MARIO)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, tabella bl-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux minnu li l-korsijiet li kienet tagħmel Heritage Malta fil-qasam tar-restawr u l-cultural heritage management issa għaddew f'idejn dipartiment partikolari fi ħdan l-Università ta' Malta? Għaliex sar dan? Meta ttieħdet din id-deċiżjoni? Kemm-il kors infetaħ f'restawr u/jew cultural hertiage management minn mindu l-korsijiet m'għadhomx f'idejn Heritage Malta iżda għaddew f'idejn l-Università ta' Malta? X'assessment jagħmel dwar id-deċiżjoni de quo?
Response (DEMARCO, MARIO)
Ninsab infurmat li l-korsijiet li kienet qed tmexxi Heritage Malta dwar ir-restawr u l-management tal-wirt kulturali għaddew f’idejn id-Dipartiment tal-Wirt Mibni fi ħdan il-Fakulta’ tal-Ambjent Mibni tal-Universita’ ta’ Malta, wara ftehim li ntlaħaq bejn Heritage Malta u l-Universita’ fl-2010. Dan sar bil-għan li jsir użu aħjar tar-riżorsi taż-żewġ entitajiet u hekk it-tnejn li huma jkunu jistgħu jiffukaw fuq l-ispeċjalizzazzjonijiet rispettivi tagħhom.
Minn dak in-nhar ma’ nfetaħ l-ebda kors iżda l-kors attwali fil-livell ta’ Baċellerat fil-Konservazzjoni u Restawr qed jigi
'phased out’
u l-aħħar studenti ser jispiċċaw f’Ġunju tal-2013. Għalkemm illum l-entita’ responsabbli minn dawn il-korsijiet hija l-Universita ta' Malta, Heritage Malta qiegħda u ser tibqa' tagħti l-għajnuna u s-sapport kollu possibbli. Fir-rigward tal-kumplament tal-mistoqsija nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru responsabbli mill-Edukazzjoni.
Jista' l-Ministru jindika kemm huma l-ammonti ta' flus miġbura sal-aħħar ta' Marzu 2012, taħt l-iskema tal-Commuted Parking Payment Scheme lokalità b'lokalità?
Response (DEMARCO, MARIO)
Infurmat illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
lukandi, aparthotels eċċ. — numru totali ta' sodod
Question
Jista' l-Ministru jgħid fl-2011 x'kien in-numru totali ta' sodod f'lukandi, aparthotels, tourist villages, guesthouses u hostels f'Malta u f'Ghawdex? X'kien in-numru totali ta' sodod f'host families u holiday furnished premises u x'kien it-total ta' akkomodazzjoni kollettiva u privata?
Response (DEMARCO, MARIO)
F’Malta u Għawdex, fis-sena 2011 kien hawn liċenzjati 38,880 sodda f’lukandi, aparthotels, tourist villages, guesthouses u hostels. Dawn huma meqjusa bħala akkomodazzjoni kollettiva.
Fl-istess sena kien hawn
Host Families
liċenzjati li setgħu jipprovdu 3,678 sodda u
holiday furnished premsies
liċenzjati
li setgħu jipprovdu 6,318 sodda. Il-kategoriji ta’
host
family
u
holiday furnished premsies
huma meqjusa bħal akkomodazzjoni privata.
Għalhekk in-numru totali ta’ sodod f’akkommodazzjoni kollettiva u privata kien ta’ 48,876
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar il-Fireworks Festival li se jinżamm matul dan ix-xahar din is-sena? F'liema lokalitajiet se jinżamm u meta nbdew id-diskussjonijiet mal-kunsilli lokali differenti dwar il-kordinazzjoni ta' dan l-istess festival fil-lokalitajiet differenti? Fil-każ ta' San Pawl il-Baħar, fejn se jinżamm dan il-festival u meta ġie deċiż li jintuża dan il-post għal dan il-għan?
Response (DEMARCO, MARIO)
Il-Malta International Fireworks Festival din is-sena ser isir bejn id-29 t’April u l-ewwel ta’ Mejju ġewwa l-Port il-Kbir il-Belt Valletta. L-ewwel jumejn ser naraw kompetizzjoni bejn sitt timijiet internazzjonali inkluż fabbrika tan-nar Maltija, dik ta’ San Mikiel ta’ Ħal-Lija filwaqt li fl-ewwel ta’ Mejju ser issir il-presentazzjoni lir-rebbieħa tal-festival u spettaklu tal-għeluq minn kumpanija Taljana.
Marbut ma’ dan il-festival, ser isiru numru ta’ attivitajiet oħra bejn it-23 u t 28 ta’ April fejn ser jingħataw diversi wirjiet minn għadd ta’ kmamar tan-nar Maltin u barranin. Dawn l-attivitajiet ser jsiru fl-okkazjoni ta’ Konferenza Internazzjonali dwar il-logħob tan-nar
(International Symposium on Fireworks)
li ser issir għall-ewwel darba f’Malta fejn mistenni jattendu ’l fuq minn 300 delegat minn 40 pajjiż differenti minn madwar id-dinja għall-konferenza u numru sabieħ ieħor jakkumpanjawhom.
Dawn l-attivitajiet ser isiru madwar Malta u Għawdex kollu u se jibdew l-Imdina (fl-inħawi tal-Imtarfa), ikomplu l-Mellieħa u San Pawl il-Baħar u fl-aħħar ġewwa l-Port il-Kbir. Is-Sibt pero’ id-delegati ser jittieħdu ġewwa l-Gżira Għawdxija fejn apparti li jaraw x’toffri din il-gżira ser jittieħdu ġewwa l-Għarb fejn ser issir l-attitivita’ magħrufa bħala “Seħer il-Punent”.
Id-diskussjonijiet mal-kunsilli lokali fejn ser isiru l-attivitajiet msemmija bdew lejn l-aħħar nofs tas-sena 2011 u ġew ikkonfermati kollha sa Ottubru 2011.
L-attivita’ ta’ San Pawl il-Baħar se ssir il-Ħamis 26 ta’April 2012 fil-promenade magħrufa bhala “Dawret il-Gżejjer” fejn se tittella wirja ta’ logħob tan-nar tal-art minn 8 kmamar tan-nar Maltin.
Jista' l-Ministru jinforma l-Kamra kemm daħlu ħaddiema ġodda jaħdmu ma’ kull direttorat tal-Awtorità dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (Corporate Services Directorate, Planning Directorate, Environment Directorate, Enforcement Directorate) u l-uffiċċju taċ-chairman wara l-21 ta’ Ġunju 2010.
Response (DEMARCO, MARIO)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk jinħtieġx permess sabiex sid ta' caravan ikun jista' iqatta' sajf fl-area riservata fl-Armier ? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid kif jista' jinkiseb dan il-permess?
Response (DEMARCO, MARIO)
Ninforma lill-Onor Interpellant li tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Kultura, Patrimonju Nazzjonali u Valletta 2018 — orgranigramma tal-awtoritajiet
Question
Jista' l-Ministru jippreżenta organigramma tal-awtoritajiet/entitajiet kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu fis-setturi tal-:
a) kultura;
b) patrimonju nazzjonali; u
ċ) Valletta 2018?
Mingħajr ma jindika l-ismijiet tal-persuni li jokkupaw il-karigi rispettivi, jista' jindika ħdejn kull kargia l-iskala pubblika jew l-ekwivalenza tal-iskala pubblika għal kull kariga?
Response (DEMARCO, MARIO)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabelli bl-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
Ministeru għat-Turiżmu, l-Ambjent u l-Kultura — konsulenti
Question
Jista' l-Ministru jgħid min huma l-konsulenti li jaħdmu fil-Ministeru, fid-dekastru u entitajiet li jaqgħu taħtu? F'liema qasam jagħtu konsultazzjoni? X'salarju u kundizzjonjiet għandhom?
Response (DEMARCO, MARIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.