Legislature:
Category:
Reset
Active:

MTA – Baġit għall-marketing

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10109 u jgħid jekk l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) għandhiex pjanijiet sabiex tistabbilixxi kriterji oġġettivi u trasparenti li jiġu ppubblikati sabiex jindikaw kif u min jista’ jibbenefika mill-baġit tagħha għall-marketing?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

L-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.

MTA – applikazzjonijiet għal lukandi ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10110 u jgħid kemm ġew sottomessi applikazzjonijiet għal lukandi ġodda lill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) fis-snin 2022 u 2023 u kemm minnhom ġew approvati? Jista’ jgħid ukoll kemm-il kamra u sodda fihom u f’liema lokalità jinsabu?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

L-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.

MTA – applikazzjonijiet għal lukandi ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10237 u jgħid x’inhi l-policy tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) għal dak illi jirrigwarda applikazzjonijiet għal lukandi ġodda ġewwa pajjiżna?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

L-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.

MTA – applikazzjonijiet għal-lukandi ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10238 u jgħid kemm daħlu applikazzjonijiet għal lukandi ġodda fis-sena 2022 u fis-sena 2023?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

L-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.

Ministeru għat-Turiżmu — persuni li għandhom disturbance allowance

Question

Jista' l-Ministru jgħid fil-Ministeru mmexxi minnu, kemm hemm persuni li bħalissa għandhom disturbance allowance, xi grad huma, kemm hemm f’kull grad, kemm hi din l-allowance għal kull xahar u għal kull sena, għal kull wieħed minnhom?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9573, ninfurmah li fis-Segretarjat ma hemm ħadd li jieħu xi tip ta’ disturbance allowance.

Ministeru għat-Turiżmu – karozzi leased/mikrija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm vetturi ġew leased/mikrija mill-Ministeru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Meta ġew leased/mikrija, mingħand min, kemm jiswew kull sena u min jużahom?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Filwaqt li nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet Parlamentari 6203 u 6222, ninformah li attwalment qed jiġu mikrija 30 vettura mill-entitajiet fi ħdan il-Ministeru: Supplier € 2000 Ltd 3,577 8,399 3,577 3,577 4,532 3,577 Aquarius Rent a Car 4,380 4,380 Blue Bird 3,285 3,650 3,285 Burmarrad Commercials 7,201 4,490 4,625 4,800 4,800 8,400 11,904 14,600 9,034 12,220 EV Green Power Ltd. 16,425 Garden of Eden 3,650 5,475 Jason's Cab Service 3,380 Meli Car Rental 4,004 5,460 Sterling 4,490 5,475 Zarb Coaches 10,826

Tas Sliema, San Ġiljan, Mellieħa, San Pawl il-Baħar, il-Belt u l-Gżira – turisti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu dawk it-turisti li matul il-btala tagħhom fl-2022 qagħdu f’lukandi/hostels/airbnb li jinsabu f’Tas Sliema, f’San Ġiljan, fil-Mellieħa, f’San Pawl il-Baħar, fil-Belt u fil-Gżira b’mod seperat?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika ma jippublikax statistika ta’ kemm joqogħdu turisti f’lokalitajiet differenti. L-unika distinzjoni li ssir hija fil-każ ta’ akkommodazzjoni kollettiva li hija mqassma fi statistiika separata għall-gżira ta’ Malta u l-gżejjer ta’ Għawdex u Kemmuna.

Malta Film Commission – films u reklami

Question

Jista’ l-Ministru jagħti informazzjoni dwar films, reklami, eċċ. li saru matul l-aħħar sena taħt il-kappa tal-Malta Film Commission (MFC)?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

L-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.

Ix-Xemxija – żona tal-Eks Mistra Village – twaqqigħ u tqattigħ ta’ trinek

Question

Jista’ l-Ministru jispjega għaliex iż-żona tal-Eks Mistra Village x-Xemxija fejn għadhom għaddejjin ix-xogħlijiet, kienet eskluża mil-lokalitajiet turistiċi? Għalfejn din l-area Triq Raddett ir-Roti ma wasslitx sa tarf bħal kull triq oħra fil-lista, fejn mhux permess li jsir twaqqigħ u qtugħ ta’ trinek wara l-15 ta’ Ġunju?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

L-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.

Bed capacity tal-lukandi f’Malta

Question

Jista’ l-Ministru jindika jekk jaqbilx mal-pożizzjoni tal-Ministru għall-Finanzi illi l-bed capacity preżenti tal-lukandi hawn Malta huwa biżżejjed sabiex jakkomoda kull żieda prevista ta’ turisti f’Malta u li Malta għalhekk m’għandhiex bżonn tibni aktar lukandi?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-mistoqsija li għamel ma taqax fil-parametri tal-Artiklu 27(3) tal-Istanding Orders.

MTA – applikazzjonijiet għal-lukandi ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi l-policy tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) għal dak illi jirrigwarda applikazzjonijiet għal lukandi ġodda ġewwa pajjiżna?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

L-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.

Applikazzjonijiet għal lukandi ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu applikazzjonijiet għal lukandi ġodda fis-sena 2022 u fis-sena 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

L-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.

Applikazzjonijiet għal lukandi ġodda approvati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew approvati applikazzjonijiet għal lukandi ġodda fis-sena 2022 u fis-sena 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid kemm hu t-total tal-bed capacity approvat fis-snin rispettivi?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

L-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.

Applikazzjonijiet għal lukandi ġodda rifjutati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew rifjutati applikazzjonijiet għal lukandi ġodda fis-sena 2022 u fis-sena 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

L-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.

Proġetti f’Għawdex u Kemmuna mill-MTA

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi proġetti saru mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) ġewwa Għawdex u Kemmuna matul l-aħħar sentejn u kemm kienet in-nefqa? Jista’ jgħid ukoll xi proġetti saru jew se jsiru mill-MTA ġewwa Għawdex u Kemmuna matul is-sena 2023 u kemm se tkun in-nefqa?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

L-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.

Skemi għall-attivitajiet kulturali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huma l-fondi li ġew allokati mill-Ministeru li hu responsabbli minnu għall-iskema għall-attivitajiet kulturali 2023/2024 li għaliha setgħu japplikaw il-kunsilli lokali?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellanta għat-tweġiba tal-mistqosija parlamentari 9964.

Belt Valletta — Lift - kuntatt f'każ ta' emerġenza

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9786, fejn ġejt informat li l-awtorità responsabbli mill-manutenzjoni tal-lift ta' Bieb il-Belt hija l-Cleansinig and Maintenance Division, jista' l-Ministru jgħid xi jrid isir u ma' min irid isir kuntatt f'każ ta' emerġenza?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ġejt infurmat li l-lift li jwassal minn ħdejn il-Parlament sa Ġnien Laparelli huwa mgħammar b’apparat illi hekk kif tingħafas il-buttuna tal-emerġenza mill-utent, isir kuntatt kemm fuq mobile ta’ persuna inkarigata kif ukoll fuq in-numru tal-customer care tad-Diviżjoni.

MTA – spiża fuq Marketing — Local & Intl., Digital, Brands, VMIM & Events

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tal-ispiża tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) għas-sena 2022 fuq ‘Marketing - Local & Intl., Digital, Brands, VMIM & Events’ li, skont il-Financial Statements sottomessi fil-Parlament, ammontaw għas-somma totali ta’ €56,279,024?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

L-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.

MTA – Għajnuna lil entitajiet u organizzazzjonijiet għal marketing

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema individwi, entitajiet u organizzazzjonijiet ingħataw għajnuna mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) fis-sena 2022 taħt il-baġit tal-MTA għal-‘Marketing - Local & Intl, Digital, Brands, VMIM & Events’?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

L-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.