Karozzi tal-linja - Persuni bi sfidi ta’ mobilità - Spezzjonijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid xi spezzjonijiet isiru fuq il-karozzi tal-linja sabiex jiġi aċċertat li l-platform tal-istess karozzi tal-linja (li tintuża minn persuni li għandhom sfidi ta’ mobilità) tkun qiegħda taħdem? Jista’ jgħid ukoll x’inhi l-frekwenza ta’ dawn l-ispezzjonijiet?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Public Transport Unit fi ħdan Transport Malta twettaq medja ta 1,644 spezzjoni fix-xahar. Bħala parti minn dawn l-ispezzjonijiet isiru spezzjonijiet fuq ir-rampi li jkunu qegħdin jaħdmu tajjeb, li il-“Priority Seats” li hemm fuq kull karrozza tal-linja huma f’kondizzjoni tajba u aċċessibbli, kif ukoll fuq l-ispazju provdut għas-siġġu tar-roti li iċ-ċintorin tas-sigurtà jiffunzjona kif suppost kif ukoll li is-sedili f’dan l-ispazju jitilgħu ’il fuq.
Garaxxijiet b’servizz ta’ car leasing/car hire - Rekwiżiti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma r-rekwiżiti ta’ garaxx biex jopera servizz ta’ car leasing/car hire, fost l-oħrajn u jekk huwiex meħtieġ permess ta’ Public-Service Garage?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi operatur li joffri servizzi ta’ kiri ta’ vetturi għandu bżonn jissodisfa l-kriterji elenkati f’Taqsima V tal-Leġislazzjoni Sussidjarja 499.68.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn ċittadini mhux Maltin li għandhom karozza reġistrata f’isimhom fl-2025 u sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll kemm kien hemm ċittadini mhux Maltin li kellhom karozza reġistrata f’isimhom bejn l-2013 u l-2024, maqsuma sena b’sena?
Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi – Fondi u Programmi tal-Unjoni Ewropea
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 32105, jista’ l-Ministru jgħid jekk fil-fatt il-Ministeru kienx benefiċjarju tal-fondi u programmi tal-Unjoni Ewropea li bbenefika l-Ministeru, d-dipartimenti u l-aġenziji relattivi matul dawn l-aħħar tliet snin u jindika l-ammont finanzjarju u komplessiv għalihom?
Civil Aviation Policy 2023–2030 – Progress Report u miżuri
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 32102 u ċjoè: B’referenza għas-Civil Aviation Policy 2023–2030, li jirrikjedi li l-ewwel Progress Report jiġi sottomess sal-31 ta’ Diċembru 2024, jista’ l-Ministru:
i. jikkonferma jekk dan ir-rapport sarx u meta ntbagħat lill-Gvern;
ii. jipprovdi kopja sħiħa tar-rapport u l-KPIs għal kull pilastru; u
iii. jindika x’miżuri ġew implimentati mill-1 ta’ Jannar 2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u x’miżuri jmiss li jiġu implimentati?
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31570 li oriġinarjament saret lill-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar u ċjoè: B’referenza għall-proġett magħruf bħala ‘solar flowers’ li qegħdin jitqiegħdu f’Ta’ Xħajma, Għawdex, jista’ l-Ministru jippubblika r-rapport tekniku u/jew studju ta’ fattibilità li wassal għal din l-għażla ta’ teknoloġija? Jista’ jgħid ukoll jekk kienx hemm valutazzjoni ta’ valur għal flus (value for money assessment) meta mqabbla ma’ sistemi fotovoltajċi tradizzjonali?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li dan il-proġett sar b’kollaborazzjoni bejn id-Dipartiment għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar. Għalkemm is-sejħa għall-offerti ħarġet mid-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi, it-teknoloġija ġiet proposta mill-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar sabiex jiġi ndirizzat l-oġġettiv tal- programm RRP NextGenerationEU, liema oġġettiv kien intenzjonat speċifikament għall-progetti ta’ sistemi t’enerġija rinovabbli b’tekonoloġija innovativa u mhux waħda tradizzjonali. Il-viabilita’ jew xorta oħra ta’ sistemi innovattivi meta mqabbla ma’ sistemi fotovoltajċi tradizzjonali mhix kumparabbli, minħabba lis-sistemi innovattivi jkunu għadhom ma sarux sistemi standard kummerċjalment. Fil-fatt din it-teknoloġija hija minn tal-ewwel xorti tagħha f'Malta.
Għawdex - Ta’ Xħajma - Proġett tas-Solar flowers - Kuntratti
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31568 li oriġinarjament saret lill-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar u ċjoè: B’referenza għall-proġett magħruf bħala ‘solar flowers’ li qegħdin jitqiegħdu f’Ta’ Xħajma, Għawdex, jista’ l-Ministru jgħid kemm saru offerti jew sejħiet għall-kuntratti relatati ma’ dan il-proġett u min kienu l-offerenti?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li dan il-proġett ġie implimentat wara li ħarġet sejħa pubblika għall-offerti, għal liema sejħa saru tliet offerti.
Għawdex - Ta’ Xħajma - Proġett tas-Solar flowers - Spiża totali
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31567 li oriġinarjament saret lill-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar u jgħid x’inhi l-ispiża totali tal-proġett magħruf bħala ‘solar flowers’ li qegħdin jitqiegħdu f’Ta’ Xħajma, Għawdex, inkluż l-ispiża ta’ installazzjoni, konnessjoni mal-grillja u kull infrastruttura ta’ sostenn relatata? Jista’ jgħid ukoll kemm mill-ispiża ta’ dan il-proġett hija koperta mill-Pjan ta’ Rkupru u Reżiljenza (RRP) u kemm qed jiġu ffinanzjati minn fondi nazzjonali?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ispiża totali finali biex ġew provduti s-solar flowers inkluż l-installazzjoni sħiħa tagħhom u l-konnessjoni, tammonta għal €699,611.98 (VAT eskluż), li huma kollha ffinanzjati mill-Pjan ta’ Rkupru u Reżiljenza (RRP).
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tal-proġetti li saru mill-Aġenzija għar-Riġenerazzjoni taż-Żoni Turistiċi (TZRA), matul is-sena 2025 u sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li matul din is-sena, l-Aġenzija għar-Riġenerazzjoni taż-Żoni Turistiċi (TZRA) wettqet dawn ix-xogħlijiet:
· Flimkien ma’ Infrastructure Malta ikkoordinat ix-xogħlijiet ta’ tiswija fi Triq San Ġorġ (madwar 120 metru kwadru) u Triq Wilġa (madwar 410 metru kwadru).
· Applikat b’suċċess biex iġġedded l-istatus ta’ akkreditazzjoni Purple Flag ta’ Paceville u dan ingħata mill-UK-ATCM matul Lulju 2025.
· Flimkien ma’ Infrastructure Malta, EneMalta u l-Kunsill Lokali ta' Tas-Sliema, it-TZRA kkoordinat it-titjib tal-promenade tal-Ferry f’Tas-Sliema billi kkummissjonat il-bini mill-ġdid tal-bollards tal-konkrit, l-installazzjoni ta' fanali ġodda u ż-żebgħa tal-ħitan tal-konfini.
· B'koordinazzjoni mal-Valletta Operations and Management Committee, it-TZRA bdiet proġett ta' tisbiħ taż-żona tal-konfini tal-Belt Valletta inkluża ż-żona tax-xatt.
· B'koordinazzjoni mal-Malta Tourism Authority, it-TZRA ramat/żarmat l-assi fuq il-bajja (passaġġi,
showers
, torrijiet tal-għassa, slielem/pontijiet,
changing rooms
, kontenituri għas-separazzjoni tal-iskart kkuluriti u sinjali fil-bajjiet).
· B'koordinazzjoni mal-MTA, it-TZRA waqqaf u żarma aktar minn 1440 stand tal-wiri fi 38 lokalità għal avvenimenti soċjali, kulturali u reliġjużi organizzati mill-Kunsilli Lokali, entitajiet pubbliċi u NGOs.
Apparti minn hekk, ħaddiema tat-TZRA wettqu tiswijiet, għamlu manutenzjoni u xogħlijiet ta’ tisbiħ fuq:
· 553 bank;
· 143 arblu dekorattiv tal-lampi;
· 440 sinjal, mirja, bollards;
· 12,516 metru linejari ta’ xogħlijiet ta’ tisbiħ fuq ħitan tal-konfini fi spazji miftuħa, sottobank fil-promenades eċċ;
· 136 qasrija;
· 3,488 metru ta’
railings
tal-promenade.
Dawn ix-xogħlijiet saru f’53 lokalita’ u l-maġġoranza tagħhom saru flimkien mal-Kunsilli Lokali.