Ministeru għas-Solidarjetà u l-Ġustizzja Soċjali, il-Familja u d-Drittijiet tat-Tfal – komunikazzjonijiet bil-miktub aċċessibbli għall-persuni neqsin mid-dawl
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'miżuri qed jieħu l-Ministeru tiegħu u entitajiet li jaqgħu taħtu sabiex jara li komunikazzjonijiet bil-miktub ta' kull tip li jintbagħtu bil-posta jew mezzi oħra, ikunu f'format aċċessibbli li jinqara minn persuni neqsin mid-dawl?
Response (FALZON, MICHAEL)
L-Onorevoli interpellant għandu jkun mgħarraf li, waqt li l-ebda ministeru jew entità fi ħdan il-Gvern m’għandu aċċess għal informazzjoni dwar persuni b’diżabilità u x’tip ta’ diżabilità jsofru minnhom, hu prattikament impossibbli li kull korrispondenza li tintbagħat bil-posta tradizzjonali tkun ukoll f’format aċċessibbli li jinqara minn persuni neqsin mid-dawl.
Minkejja dan, fil-każ ta’ korrispondenza diġitali, nixtieq intenni li l-entità governattiva Fondazzjoni għall-Aċċessibilità tat-Teknoloġika tal-Informatika (FITA) toffri dan is-servizz lil kull individwu jew entitaijet li jitolbu din l-għajnuna biex jaqdu l-klijentela tagħhom bi spiża mħallsa mill-individwu jew l-entità.
Fil-fatt dawk li, minn jeddhom jitolbu l-assistenza tal-istess Fondazzjoni, jiġu ggwidati fl-installazzjoni ta’ programm apposta (software) biex il-kompjuter personali tagħhom ikun jista’ jaqralhom kull imejl li jirċievu, inkluż bl-ilsien Malti. It-taħriġ hu bi ħlas, filwaqt li l-programm hu b’xejn.Nenfasizza li kull każ jiġi kkunsidrat fuq il-bażi individwali, inkluż biex tintuża l-aħjar teknoloġija assistiva, li tvarja minn Optical Character Recognition (OCR), Screen Reader, Braille jew anke tipa mkabbra. L-istess assistenza tvarja wkoll skont l-apparat li jkun se jintuża għal dan il-għan, bħal PC/laptop, mobile u/jew tablet, u anke skont il-platform użat, jiġifieri Windows jew MAC, Android jew Apple, eċċ.
Multiple Sclerosis – kriterji għal għajnuna soċjali
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17779 u ċjoè: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 17504, jista’ l-Ministru jgħid xi kriterji jrid jissodisfa min ikun eliġibbli għal din l-għajnuna u jkollu l-kundizzjoni tal-multiple sclerosis? Kulħadd jista' jieħu din l-għajnuna, jew hemm xi kriterji li jridu jiġu sodisfatti?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għada qed tinġabar u tingħata f’ seduta oħra.
Ministeru għas-Solidarjetà u l-Ġustizzja Soċjali, il-Familja u d-Drittijiet tat-Tfal – tender/direct orders lil kumpanija/individwu
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu jew xi entità li taqa’ taħtu taw xi tender jew direct order lill-kumpanija jew l-individwu li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament mill-2013 sa issa? Jekk iva, jista’ jaqsam din l-informazzjoni sena b’sena?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-Ministeru għas-Solidarjetà u l-Ġustizzja Soċjali, il-Familja, u Drittijiet tat-Tfal (inkluż id-dipartimenti, entitajiet u aġenziji li jaqgħu taħt il-kappa tal-Ministeru), ma ħariġx tenders jew direct orders, lill-kumpanija jew l-individwu li qed jirreferi ghalijhom.
Foundation for Social Welfare Services – servizzi f’Għawdex
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17715 u jelenka s-servizzi li l-Foundation for Social Welfare Services (FSWS) qed toffri ġewwa Għawdex? Jista' jispjega wkoll kemm persuni qed jirċievu kull wieħed minn dawn is-servizzi? Jista' jgħid ukoll kemm hemm persuni f'Għawdex li qed jirċievu xi wieħed mis-servizzi msemmija, maqsuma lokalità b'lokalità?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’ seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17737 u jgħid x’għajnuna soċjali tingħata lill-persuni li jbatu mill-marda tal-Parkinson’s li għandhom inqas minn 60 sena? Kemm hi l-għajnuna? Kemm persuni jirċievu din l-għajnuna? Xi kriterji jrid jissodisfa min ikun eleġibbli għal din l-għajnuna? Jista’ jgħid x’għajnuna soċjali tingħata lill-persuni li jbatu mill-marda tal-Fibromyalgia li għandhom inqas minn 60 sena? Kemm hi l-għajnuna? Kemm persuni jirċievu din l-għajnuna? Xi kriterji jrid jissodisfa min ikun eleġibbli għal din l-għajnuna?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi persuna li tbati mill-Parkinson’s u għandha anqas minn 60 sena u hi kap ta’ familja, tikkwalifika għall- Għajnuna Soċjali bħal kull persuna oħra ġaladarba tissodisfa r-rekwiżiti stabbilit fl-Att dwar is-Sigurtà Soċjali (Kap 318). L-għajnuna li tingħata tvarja skont kemm ikollu dħul minn sorsi oħra u skont kemm ikun hemm persuni fil-familja. Peress li l-Għajnuna Soċjali ma’ hix marbuta ma mard speċifiku, ma tinżammx statistika dwar kundizzjonijiet mediċi.
L-istess kriterji msemmija għal min ibagħti minn Parkinson’s jgħoddu ukoll għal min ibgħati minn Fibromyalgia u għandu anqas minn 60 sena. Minbarra dan, persuni li jbatu minn Fibromyalgia u jikkwalifikaw għall-Għajnuna Soċjali, jikkwalifikaw ukoll għall-Għajnuna Medika bir-rata ta €27.15 fil-ġimgħa, u dan bis-saħħa ta’ miżura fil-baġit ta din is-sena 2020. L-ammont ta persuni li jbatu minn Fibromyalgia u għandhom anqas minn 60 sena, u qed jirċievu l-Għajnuna Medika huma 27.
Persuni li jaħdmu u jbatu minn Fibromyalgia, bis-saħħa ta’ miżura oħra fil-baġit ta’ din is-sena 2020, ma’ jitnaqqsulhomx l-ewwel tlett ijiem mit-tieni talba għal Sickness Benefit u mit-tieni talba jitħallsu tal-ġranet kollha li jkopru ċ-ċertifikati. Każi ta’ persuni li ħadu Benefiċċju tal-Mard bis-saħħa ta’ din il-miżura matul din is-sena kien ta 8. Ir-rati ta ħlas ivarjaw minn €13.73 kuljum jekk il-persuna tkun singola u €21.21 jekk ikun jifforma parti minn koppja.
Ministeru għas-Solidarjetà u l-Ġustizzja Soċjali, il-Familja u d-Drittijiet tat-Tfal — Bordijiet - attendenza ta' membri
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17524 u jagħti rendikont tal-attendenzi tal-membri fil-laqgħat ta' kull bord li huwa taħt ir-responsabilità tiegħu matul din il-leġiżlatura?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment ninforma lill-Onor Interpellant li t-tweġiba ser tinghata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk persuna li tiddeċiedi li tkompli taħdem sal-65 sena, il-pensjoni tal-irtar tagħha teħodha kollha kemm hi? Hemm varzjani jekk waqt li tkun qed taħdem hi tieħu l-pensjoni jew le? X’inhuma l-vantaġġi eżatt kemm għall-persuna kif ukoll għall-familja tagħha li tibqa’ taħdem sa 65 kemm jekk hi single jew miżżewġa?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba ser tinghata f’seduta oħra.
Ministeru għas-Solidarjetà u l-Ġustizzja Soċjali, il-Familja u d-Drittijiet tat-Tfal – tender jew direct order lil kumpanija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu jew xi entità li taqa’ taħtu, tawx tender jew direct order lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament? Meta ngħataw, ta’ kemm kienu u abbażi ta’ xiex?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment ninforma lill-Onor Interpellant li t-tweġiba ser tinghata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17559 u jgħid kemm persuni kienu qed jirċievu pensjoni sal-aħħar ta’ Ottubru 2020 u kemm applikaw għaliha minn Jannar sal-aħħar ta’ Novembru 2020?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, kien hemm 94,836 il-benefiċjarju / a jirċievu pensjoni kontributorja kif ukoll mhux kontributorja sal-aħħar t’Ottubru 2020, filwaqt li kien hemm 7,853 applikazzjoni għall-istess kategoriji ta’ pensjoni sal-aħħar ta’ Novembru 2020.
Wied il-Għajn, iż-Żejtun, Ħal Għaxaq u Marsaxlokk — persuni li jirċievu l-Għajnuna Soċjali
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17551 u jgħid kemm kien hemm persuni li qed jirċievu l-Għajnuna Soċjali sal-aħħar ta’ Ottubru 2020 li huma reġistrati li jgħixu ż-Żejtun. Wied il-Għajn, Ħal Għaxaq u Marsaxlokk, kif ukoll kemm applikaw u kemm ma baqgħux jirċievu dan? Jista' jindika dan kollettivament u skont il-lokalità?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-ammont ta` persuni li kienu jirċievu l-Għajnuna Soċjali fl-aħħar ta` Ottubru 2020 u li huma rregistrati li jgħixu fl-erbgħa lokalitajiet imsemmija huwa kif qed ikun elendat fit-tabella t’hawn taħt:
Lokalita'Benefiċċjarji - Ottubru 2020Total
SASUPUA
Ħal Għaxaq3723666
Wied il-Għajn1066019185
Marsaxlokk2211134
Żejtun1147614204
Total27917040489
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, għal parti fejn huwa qed jistaqsi kemm applikaw persuni , u kemm ma baqgħux jirċievu il-benefiċċju, huwa importanti li jiġi elenkat minnhu għall-liema perjodu ta żmien qed jirreferi, ħalli tkun tista tinġabar u tingħata l-istatistika eżatta.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17545 u jgħid kemm kien hemm appelli pendenti quddiem l-Arbitru għas-Sigurtà Soċjali, kif ukoll kemm ġew deċiżi tul din is-sena u kemm ġew irtirati?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-informazzjoni mitluba hi kif qed ikun elenkat fit-tabella t’hawn taħt:
Appelli
Diċembru 2020
Appelli pendenti sa Diċembru 2020
1087
Appelli deċiżi sa Diċembru 2020
238
Appelli li ġew irtirati mill-appellant/i sa Diċembru 2020
155
Appelli li ġew revokati mid-Dipartiment sa Diċembru 2020
128
Multiple Sclerosis – kriterji għal għajnuna soċjali
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 17504, jista’ l-Ministru jgħid xi kriterji jrid jissodisfa min ikun eliġibbli għal din l-għajnuna u jkollu l-kundizzjoni tal-multiple sclerosis? Kulħadd jista' jieħu din l-għajnuna, jew hemm xi kriterji li jridu jiġu sodisfatti?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment ninforma lill-Onor Interpellant li t-tweġiba ser tinghata f’seduta oħra.
Ministeru għas-Solidarjetà u l-Ġustizzja Soċjali, il-Familja u d-Drittijiet tat-Tfal — Ħaddiema li huma minn Skala 6 'l fuq
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 16879 u jgħid, fil-mument li tiġi mwieġba din il-mistoqsija, kemm hemm ħaddiema tas-settur pubbliku li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu li huma minn skala 6 ’l fuq? Kemm minnhom huma nisa u kemm irġiel?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant, li l-Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali (entita’ li taqa’ taħt il-Ministeru li tiegħu jien responsabbli) għandha 40 -il impjegat fi skala 6 ’l fuq. Minnhom 22 huma nisa’ u 18 huma rġiel.
Jista’ l-Ministru ġentilment jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament li qiegħda f’dar għall-anzjani li d-dettalji dwarha wkoll qed jingħataw separatament peress li l-gvern qed jieħu l-pensjoni tagħha kollha kif ukoll ġiet mitluba biex tagħmel Standing Order il-bank biex jinġibdu aktar flus? Jista’ l-Ministru ġentilment jara li dan il-każ jiġi riżolt mill-aktar fis possibbli?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-każ li d-dettalji dwaru ingħataw b’mod separat, ġie mistħarreġ mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali, u ġie kkonfermat li l-każ nħadem b’mod korrett, min naħa tad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali, dejjem skont l-informazzjoni disponibbli għand id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali.
Ministeru għas-Solidarjetà u l-Ġustizzja Soċjali, il-Familja u d-Drittijiet tat-Tfal — Ħaddiema li ħarġu bil-kwarantina
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 16861 u jgħid mill-1 ta’ Marzu 2020 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija, kemm kien hemm ħaddiema tas-settur pubbliku li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu li ħarġu bi kwarantina minħabba kuntatt ma’ persuni bil-COVID-19?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onor Interpellanta li n-numru ta’ persuni li kienu kwarantina minħabba li kienu f’kuntatt ma persuni infettati bil-COVID-19 kien ta’ ħamsa u sittin (65).
Jista’ l-Ministru jgħid x’għajnuna soċjali tingħata lill-persuni li jbatu mill-marda tal-Parkinson’s li għandhom inqas minn 60 sena? Kemm hi l-għajnuna? Kemm persuni jirċievu din l-għajnuna? Xi kriterji jrid jissodisfa min ikun eleġibbli għal din l-għajnuna? Jista’ jgħid x’għajnuna soċjali tingħata lill-persuni li jbatu mill-marda tal-Fibromyalgia li għandhom inqas minn 60 sena? Kemm hi l-għajnuna? Kemm persuni jirċievu din l-għajnuna? Xi kriterji jrid jissodisfa min ikun eleġibbli għal din l-għajnuna?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment ninforma lill-Onor Interpellant li t-tweġiba ser tinghata f’seduta oħra.
Foundation for Social Welfare Services – servizzi f’Għawdex
Question
Jista' l-Ministru jelenka s-servizzi li l-Foundation for Social Welfare Services (FSWS) qed toffri ġewwa Għawdex? Jista' jispjega wkoll kemm persuni qed jirċievu kull wieħed minn dawn is-servizzi? Jista' jgħid ukoll kemm hemm persuni f'Għawdex li qed jirċievu xi wieħed mis-servizzi msemmija, maqsuma lokalità b'lokalità?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment ninforma lill-Onor Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.
Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Tfal taħt care order
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 17073 u 15718 u ċjoè: B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 14795, jista’ l-Ministru issa jagħti risposta dwar in-numru ta’ tfal taħt care order f’dawn l-aħħar ħames snin?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, d-Direttorat għall-Ħarsien tat-Tfal jgħarraf illi ħarġu 142 Ordinijet ta’ Ħarsien. Hu indikat illi mill-1 ta’ Lulju 2020 ħareġ biss Ordni wieħed ta’ Ħarsien, biss kien hemm sitt (6) applikazzjonijiet quddiem il-Qorti tal-Minorenni. Erbgħa (4) minn dawn l-applikazzjonijiet ħarġu taħt il-proviżżjonijiet tal-Ordni ta’ Emerġenza.
B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 13443, jista’ l-Ministru jindika kemm kien hemm persuni/familji li għamlu użu minn dawn is-servizzi s-sena l-oħra:
a. Terapija tal-Familja;
b. Korsijiet dwar trobbija pożittiva; u
c. Korsijiet tal-Co-parenting?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onor Interpellant li din il-mistoqsija diġa’ġiet imwieġba.
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għal mistoqsija parlamentari numru 16662.