Electronic Health Records (EHR) – nuqqas ta’ aċċess jew żbalji fis-sistema
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk ġewx irreġistrati każijiet fejn in-nuqqas ta’ aċċess jew żbalji fis-sistema Electronic Health Records (EHR) affettwaw il-kura tal-pazjenti?
Electronic Health Records (EHR) – professjonisti tas-saħħa mħarrġa
Question
Jista’ l-Ministru jindika kemm hu n-numru ta’ professjonisti tas-saħħa li ġew imħarrġa biex jużaw b’mod effettiv is-sistema Electronic Health Records (EHR) u kemm hu l-perċentwal ta’ uptake s’issa?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li t-tobba kollha li jużaw is-sistema tal-IT tas-saħħa huma mħarrġa fl-użu ta’ dawn is-sistemi sabiex iwettqu x-xogħol kliniku tagħhom u din is-sistema qed jintużaw b'mod sħiħ.
Electronic Health Records (EHR) – problemi ta’ interoperability bejn is-sistemi differenti tal-Isptarijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx problemi ta’ interoperability fl-Electronic Health Records (EHR) bejn is-sistemi differenti tal-isptarijiet (L-Isptar Mater Dei, l-Isptar Karin Grech, l-Isptar Mount Carmel u l-Primary Health Care) u kif dawn qed jiġu solvuti?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li fil-maġġoranza tas-sistemi kliniċi, dawn jaqbdu mal-Health Data Exchange Engine li mbagħad dawn jiġu mibgħuta bħala messaġġi lejn sistemi oħrajn permezz tal-użu tal-HL7 standards. Għaddej programm ta' modernizzazzjoni tal-infrastrutura teknoloġika hekk kif deskrit fl-strateġija nazzjonali tas-saħħa diġitali u tad-dejta tas-saħħa.
Electronic Health Records (EHR) – baġit allokat għall-introduzzjoni u manutenzjoni tas-sistema
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu l-baġit allokat għall-introduzzjoni u l-manutenzjoni tas-sistema Electronic Health Records (EHR) u kemm minn dan il-baġit diġà ntefaq?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li fl-2019 saret sejħa pubblika u l-valur tal-offerta magħżula tinsab fid-dominju pubbliku fuq l-e-PPS.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li ġew dijanjostikati bl-HIV fl-2024 u fl-2025 rispettivament?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li għar-rigward tas-sena 2024 tirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 29218.
Sat-28 ta’ Novembru 2025, ġew dijanjostikati 125 persuna.
Sistema ta’ sigurta – protezzjoni ta’ data medika ta’ pazjenti
Question
Jista’ l-Ministru jagħti dettalji dwar x’sistema ta’ sigurtà u encryption qed tintuża biex tiġi protetta d-data medika tal-pazjenti kontra cyberattacks jew aċċess mhux awtorizzat?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li s-sistemi vertikali tas-settur tas-Saħħa, inklużi dawk kliniċi u amministrattivi, huma meħtieġa jaderixxu mal-politiki ta’ sigurtà stabbiliti fil-qafas tal-GMICT, li jiggarantixxu l-protezzjoni tad-data u l-konformità ma’ standards nazzjonali. B’konformità mar-rwol tagħha, il-MITA hija responsabbli għall-pjattaformi u s-servizzi orizzontali tal-Gvern, bħall-hosting, l-identità u l-infrastruttura komuni. Fejn is-sistemi tas-Saħħa jagħmlu użu minn dawn is-servizzi orizzontali, dawn ikunu protetti skont l-għola livelli ta’ sigurtà, b’kontrolli u proċeduri allinjati mal-politiki GMICT u l-prattiki ta’ sigurtà tal-MITA.
Electornic Health Records (EHR) integrazzjoni tal-isptarijiet private u l-professjonisti mediċi barra mis-servizz pubbliku
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk is-sistema Electronic Health Records (EHR) hijiex integrata mal-isptarijiet privati u l-professjonisti mediċi barra mis-servizz pubbliku, sabiex tiġi żgurata kontinwità tal-kura?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li l-integrazzjoni tar-Rekord Nazzjonali Elettroniku tas-Saħħa mal-isptarijiet privati għadha fil-proċess ta’ żvilupp. Dan jeħtieġ xogħol kemm mill-Ministeru tas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva kif ukoll minn kull sptar privat. L-integrazzjoni hija possibbli permezz tal-użu tal-istandards FHIR.
L-ewwel prijorita hija li jiġu kompluti r-rekords diġitali permezz tad-dejta mis-servizzi tas-saħħa publiċi, dan għaliex il-maġġoranza tas-servizzi tas-saħħa huma provduti mill-gvern. Mal-privat għadna fi stadju bikri.
Minkejja dan, it-tobba kollha privati għandhom aċċess għall-funzjoni tat-tabib fi ħdan il-portal myHealth flimkien mas-servizz 'cross-border eHealth' li ilhom disponibbli sa mill-2019.
Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva – Direct orders ta’ inqas minn €5,000
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 matul Novembru 2025, mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif weġibt f’diversi istanzi, l-entitajiet u d-dipartimenti li huma fid-dekasteru tal-Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva, japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt li joħorġu mill-Public Procurement Regulations.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu n-numru totali ta’ persuni li bħalissa qed jgħixu bl-HIV f’Malta u f’Għawdex?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li fil-mument hawn 721 persuna tgħix f’Malta bl-HIV. Infurmat li dan in-numru jista’ jinbidel minħabba l-moviment ta’ pazjenti li jiġu Malta b’din il-kundizzjoni u oħrajn li jagħżlu li jħallu l-pajjiż.
L-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex – Rilokazzjoni tal-Kamra Mortwarja
Question
Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess tar-rilokazzjoni tal-Kamra Mortwarja li tinsab ġewwa l-Isptar Ġenerali ta' Għawdex sabiex flokha tkun tista’ tinfetaħ it-triq li hemm il-ħsieb li tkompli tinfetaħ hekk kif tiġi rilokata l-Kamra Mortwarja? Jista’ jgħid ukoll x'sar s’issa?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-proċess tar-rilokazzjoni tal-Kamra Mortwarja huwa parti mill-Masterplan tal-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex, li bħalissa qed jiġi rivedut.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-pazjenti għandhomx aċċess dirett għall-Electronic Health Records (EHR) personali tagħhom, u jekk iva, permezz ta’ liema pjattaforma jew portal online?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-aċċess għar-rekord elettroniku tal-pazjent huwa disponibbli permezz tal-portal myHealth aċċessibbli minn myhealth.gov.mt.
Studju għall-Implimentazzjoni tal-Electronic Health Records (EHR)
Question
Jista’ l-Ministru jgħid f’liema stadju waslet l-implimentazzjoni tas-sistema nazzjonali ta’ Electronic Health Records (EHR) fis-servizz tas-saħħa pubbliku?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li s-sistema Nazzjonali tar-Rekord Elettroniku tas-Saħħa bdiet tiġi implimentata fl-2019. It-teknoloġija ġiet implimentata u bħalissa qiegħda disponibbli għal-użu. Il-proġett jikkonsisti f'ħafna komponenti inkluż trasferiment ta' ammont kbir ta' diversi settijiet ta' dejta kif ukoll implimentazzjoni ta' sistemi elettroniċi ġodda sabiex dejta ġdida tiġi miġbura u tgħaddi fis-sistema Nazzjonali tar-Rekord Elettroniku tas-Saħħa b'mod elettroniku.
Infakkar lill-Onor. Interpellant li ftit ġranet ilu il-Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva għadu kif nieda l-iStrateġija Nazzjonali tas-Saħħa Diġitali u d-Dejta tas-Saħħa li se tkompli tfassal il-ħidma sabiex jintlaħqu l-miri stabbiliti.
Pjanijiet biex tiżdied il-kapaċità ta’ trattamenti lokali tal-iskart mediku
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx pjanijiet biex tiżdied il-kapaċità ta’ trattament lokali tal-iskart mediku (eż. faċilitajiet ta’ inċineraturi jew sterilizzazzjoni) sabiex jitnaqqsu r-riskji ta’ rimi illegali?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernata.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk isirx training regolari għall-ħaddiema tas-saħħa u tal-kuntratturi li huma involuti fit-trattament u t-trasport tal-iskart mediku dwar ir-riskji u r-regolamenti?
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-isptar il-ġdid imħabbar mill-Prim Ministru li ser ikun qed jinbeda f’San Vincenz de Paul huwiex ser ikun disponibbli għal anzjani li ma jkunux qed jirrisjedu f’San Vincenz de Paul stess?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat, li din il-faċilità hija maħsuba biex takkomoda anzjani mill-komunità u/jew pazjenti rikoverati l-isptar.
Jista’ l-Ministru jispjega fid-dettal fiex ser ikun qed jikkonsisti l-proġett ta’ sptar ġdid f’San Vincenz de Paul imħabbar mill-Prim Ministru? Jista’ jgħid ukoll meta ser ikunu qegħdin jibdew ix-xogħlijiet fuq dan il-proġett u meta ser ikun lest?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat, li l-proġett ta’ sptar il-ġdid f’San Vinċenz de Paul huwa maħsub bħala faċilità ta’ kura intermedjarja, li tipprovdi kura
step-up
u
step-down
. Dan ifisser li l-pazjenti li jkollhom bżonn perjodu ta’ rijabilitazzjoni jew assistenza medika wara/jew qabel li jkunu rikoverati fl-isptar prinċipali, ikunu jistgħu jirċievu kura intermedjarja f’din il-faċilità, sabiex jitħaffef ir-ritorn tagħhom lejn id-dar privata jew id-dar tal-anzjani fejn kienu jgħixu sabiex jitnaqqas il-pressjoni fuq l-isptar akut.
Il-proġett bħalissa jinsab fl-istadju ta’ preparazzjoni tat-tender, li mistenni jiġi ppubblikat fil-gimghat li gejjin. Ix-xogħlijiet se jibdew wara l-għoti tat-tender, u l-iskadenzi dettaljati għall-kostruzzjoni u t-tlestija jkunu magħrufa ladarba jitlesta dan il-proċess.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 31453, jista’ l-Ministru jara jekk huwiex possibbli li tinstab soluzzjoni għall-problema tal-ħamiem li hemm preżentement fil-lokalità tal-Gudja?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari numru 32663.