Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 33823 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm fl-2011 kienu reġistrati opri tal-baħar bħala bastimenti professjonali tas-sajd full-time, bħala bastimenti professjonali tas-sajd part-time u bħala bastimenti tas-sajd mhux kummerċjali għar-rikreazzjoni u kif dawn kienu mqassma f'portijiet, bajjiet, xtut eċċ. skont il-lokalitajiet?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li matul l-2011 ma ġewx reġistrati bastimenti professjonali tas-sajd full-time jew part-time ġodda, ħlief għal 8 bastimenti li ġew mibdula ma bastimenti li kienu diġà reġistrati fil-kategoriji professjonali. Dawn il-bastiment kollha baqgħu fl-istess port li kienu registrati fihom il-bastimenti li ġew mibdula, jiġifieri: 1 il-Vecca, 3 Marsaxlokk, 1 Ta' Xbiex, 1 l-Mġarr u 2 il-Ġnejna.
In-numru ta' reġistrazzjonijiet ġodda ta' bastimenti tas-sajd mhux kummerċjali għar-rikreazzjoni kien ta' 53.
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dokument bid-dettalji bl-informazzjoni mitluba rigward il-bastimenti tas-sajd mhux kummerċjali għar-rikreazzjoni skont il-lokalità.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar fiex jikkonsisti l-proġett tal-water park li qed isir fl-inħawi tal-promenade ta' Buġibba? Minbarra l-water park liema xogħlijiet oħra huma ppjanati li jsiru f'dawn l-istess naħat?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-proġett jikkonsisti f’żona tal-logħob bl-ilma u faċilitajiet anċillari.
L-ispazju magħluq għandu area totali ta 'madwar 800 metru kwadru. Iż-żona tal-logħob se jkollha art tal-konkos b'wiċċ "non-slip" waqt li t-tagħmir se jitqassam fi gruppi skond l-età. Għalkemm il-park intiz li jintuża biss matul il-ġurnata, is-sit se jkollu dawl adegwat kemm għas-sigurtà kif ukoll f'kaz li jigi deċiz li jintuża wkoll filghaxija. Il-
park
se jkun imdawwar b'
fence
biex id-dħul ikun kontrollat billi hu ddisinjat biex jakkomoda numru massimu ta' persuni fl-istess ħin. Se jinżergħu xi siġar mad-dawra waqt li t-triq adjaċenti se tingħata wiċċ bit-tarmac. Il-faċilitajiet anċillari se jinkludu "guard room", WC, u l-
pump room.
San Pawl il-Baħar — sajjieda li jużaw il-port tal-Veccia
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' sajjieda li huma reġistrati bħala li joperaw mill-port tal-Veccia, San Pawl il-Baħar? Jista' jagħti tagħrif dwar jekk hemmx il-ħsieb li jitjiebu l-faċilitajiet għall-istess sajjieda f'dan il-port? Jekk iva, liema titjib hu mistenni li jsir?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta’ bastimenti reġistrati li joperaw mill-port tal-Veccia, San Pawl il-Baħar huwa ta’ 91 u huma mqassmin kif ġej:
· 30 bastiment professjonali full-time (MFA);
· 17 il-bastiment professjonali part-time (MFB); u
· 44 bastiment tas-sajd mhux kummercjali, jigifieri ghar-rikrezzjoni (MFC)
Fil-Port tal-Veċċja, San Pawl il-Baħar, hu maħsub li jsir proġett ta’ modernizzar tal-faċilitajiet tal-flotta tas-sajd. L-imsemmi proġett jinkludi it-twaqqiegħ u l-bini mill-ġdid tal-winch room li hemm f’tal-Veċċja, liema winch room ha tiġi estiża, installazzjoni ta’ service pillar fejn is-sajjieda jkunu jistgħu jieħdu provvista ta’ dawl, u kif ukoll immodernizzar tal-iskali li hemm f’tal-Veċċja.
Ninfurmah ukoll li bħalissa għaddejjin l-aħħar preparamenti biex jiġi mwaqqaf uffiċju biex jopera bhala Landing Facility . Dan mistenni ikun fil-post fix-xahar ta’ Mejju.
Tal-Kmand — Ċentru tal-Micropropagation - esperimenti fuq pjanti u siġar
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar fuq liema speċi ta' pjanti jew siġar qed isiru l-esperimenti, bħalissa, fiċ-Ċentru tal-Micropropagation f'Tal-Kmand?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Bħalma kien diġa spjegat fit-tweġibiet mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari 5322 tat-2009, fis-sena 2000 iċ-Ċentru f’tal-Kmand inbidel fi Plant Bioetchnology Centre li jinkludi fih parti mid-Direttorat ghas-Saħħa tal-Pjanti. Ix-xogħol li jsir fil-laboratorju tal-in vitro jew mikropropagazzjoni tal- pjanti huwa biss parti żgħira mix-xogħol li jsir f’dan iċ-Ċentru.
Fil-Laboratorju tal-Mikropropagazzjoni tal-Pjanti qed jiġu mkattra b'metodi mhux konvenzjonali pjanti ornamentali. It-tulipan u l-orkidi Maltin li tkattru fil-laboratorju ukoll b’metodi mhux konvenzjonali qed jiġu ikkonservati fl-istess laboratorju. Bħalissa qed titkompla l-esperimentazzjoni fuq it-tneħħija ta’ mard minn varjetajiet taċ-ċitru Maltin bil-għan li dawn jiġu użati fil-futur għat-tkattir u konservazzjoni.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet il-produzzjoni tal-għasel f'Malta u Għawdex matul dawn l-aħħar ħames snin sena b'sena? Kemm fil-fatt kienet il-kwantità tal-importazzjoni tal-għasel fl-istess perjodu? Kemm huwa n-numru ta' produtturi tal-għasel illum reġistrati f'Malta u Għawdex?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Filwaqt li ninforma lill-Onorevoli Interpellant li 203 raħħal li jrabbu n-naħal (bee keepers), ninfurmah ukoll li id-direttorat tal-biedja ma jżommx informazzjoni dwar l-ammonti ta’ produzzjoni. Id-Dipartiment iżomm data dwar l-ammont ta’ kaxxi li kull raħħal għandu reġistrati f’ismu.
Rigward importazzjoni, nistieden l-Onorevoli Interpellant jressaq din il-parti tal-Mistoqsija lill-Onorevoli Ministru tal-Finanzi, Ekonomija u Investiment responsabbili mill-Awtorità tal-Istatistika ta’ Malta
Jista' l-Ministru jagħti raġuni għaliex fil-Baħrija, fl-inħawi tal-Marġa u nħawi oħra tpoġġew kaxxi biex ikejlu s-saħħa tar-riħ fl-inħawi? Min huwa responsabli minn dan l-eżerċizzju?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li l-kaxxi li qiegħed jirreferi għalihom Onorevoli Interpellant huma apparat li ġew installati sabiex jkun studjat l-ambjent tal-madwar. Dawn huma r-responsabbiltà tal-kuntrattur li qiegħed jagħmel dan l-istudju abjentali.
Il-kejl tar-riħ qiegħed isir f’Wied Rini fuq wieħed mit-torrijiet eżistenti. Dan qed isir mill-Istitut tal-Enerġija Sostenibbli.
Baħrija — ħsara ekoloġika minħabba drenaġġ li jfur
Question
Billi kull ma jmur fl-inħawi tal-Marġa fil-Baħrija, qed tkompli tfawwar id-drenaġġ mill-fossa fl-inħawi aktar minn qatt qabel, jista' l-Ministru jinfurmani x'rapport sar mill-Awtorità ta' Malta dwar ir-Riżorsi biex tistabillixxxi l-ħsara ekoloġika li qed tissokta?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onor.Interpellant li l-MRA qegħda f’ kuntatt mal-MEPA biex issegwi l-każ.
Billi kawża tal-fawran tad-drenaġġ mill-fossa tal-Baħrija ġabet magħha l-qerda għal kollox tal-qabru fil-Wied tal-Marġa , jista' l-Ministru jinforma għaliex ma ħa ebda passi konkreti bħala Ministru responsabli biex jipproteġi milli seħħ il-qerda tal-qabru? Ma jħossx li huwa politikament responsabli għal dan il-falliment u cioè li abbanduna miżuri neċessarji biex jiġi salvat dan l-ispeċi ta' granċ tal-ilma ħelu?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nistieden lill-Onorevoli Interpellant iressaq din il-Mistoqsija Parlamentari lill-Onorevoli Ministru għat-Turiżmu, l-Ambjent u l-Kultura li hu responsabbli mill-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar.
Jista' l-Ministru jgħid liema oqsma se jintlaqtu l-iktar ħażin u allura l-programm ppjanat se jkollu jinbidel fil-qasam tal-biedja u sajd minħabba nuqqas u l-qtugħ ta' flus li se jseħħ wara li fil-budget il-gvern kellu jerġa' jnaqqas €40 miljun minnu?
Jista' l-Ministru jgħid meta se titnaddaf l-alka li hemm fil-bajja tal-Armier peress li għadha sal-lum ma tnaddfitx bil-konsegwenza li minħabba f'hekk qed jintilef ħafna ramel għax mhux qed ikun jista' jerġa' jiżdied b'mod naturali?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li it-tindif tal-bajjiet mill-alka jsir skont programm imfassal appożitament u li beda aktar kmieni dan ix-xahar. Skont dan il-programm imsemmi, kien ippjanat li t-tindif tal-bajja tal-Armier jibda nhar il-Ġimgħa 27 ta’ April.
Jien infurmat li kuntrarjament għall-oservazzjoni tal-Onor. Interpellant, l-alka mhux talli ma ttellfix l-akkumolu tar-ramel, imma isservi biex tissalvagwardjah billi ma jinġarrx il-barra mill-mewġ qawwi waqt il-maltempati.
Jista' l-Ministru jagħti breakdown tan-nefqa tal-ELC għas-sena 2011 b'mod partikolari n-nefqa f'pagi u materjali li jintużaw fix-xogħlijiet?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Filwaqt li nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tieni paragrafu tat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 34036, infakkru li għalkemm din il-kumpanija tifforma parti minn Public-Private Partnership, din toffri servizzi lill-privat fuq bażi purament kummerċjali. Għaldaqstant l-informazzjoni mitluba hija kummerċjalment sensittiva.
Mosta — Ġnien ta' wara l-Knisja - tneħħija ta' siġar
Question
Jista' l-Ministru jinvestiga jekk hux possibli li ġnien wara l-knisja tal-Mosta li jidher fir-ritratt li qed jingħata separatament, jidher li fejn jidħol passaġġ bejn il-ġnien u l-ground tal-boċċi, jara li jinqalgħu s-siġar li qed jikkawżaw ħsara fil-bini ta' ċint? Jkun xieraq li minflok dawn is-siġar jkun hemm taraġ li jservi sabiex dawk li jkunu qed jaraw l-logħba tal-boċċi jkunu jistgħu joqogħdu bil-qegħda fuqu?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant illi is-sit imsemmi jaqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-kunsill lokali. Għalhekk nistieden lill-Onorevoli Interpellant sabiex iressaq il-mistoqsija lill-Onorevoli Ministru tal-Intern u Affarijiet Parlamentari li taħtu taqa’ ir-responsabbiltà għall-kunsilli lokali.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 30907, jista' l-Ministru jara jekk l-għalqa immarkata b'X fir-ritratti li qed jintbagħtu separatament, jistax isirilha punt li joffri l-possibilità li s-sidien tal-għalqa jkunu jistgħu jidħlu fl-għalqa tagħhom mingħajr ma jużaw passaġġ ta' persuni oħra peress li l-problema ġiet ikkawżata wara li d-Dipartiment għamel ħidma ta' tindif tal-Wied li hemm fil-limiti ta' Burmarrad li qiegħed taħt il-Wardija?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onor.Interpellant li uffiċjali mid-dipartiment konċernat ingħataw struzzjonijiet biex jaraw issibux rimedju għal dan il-każ.
Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — każijiet ta' korruzzjoni tal-VAT
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk matul is-snin 2004, 2005, 2006, 2007 u 2008, persuni u/jew kumpaniji li nstabu ħatja fil-każ ta’ korruzzjoni tal-VAT ingħatawx kuntratti u/jew direct orders mill-Ministeru u/jew entitajiet li jaqgħu taħtu? Jekk iva, liema huma dawn il-kumpaniji, liema kienu l-kuntratti u għal kemm jammontaw?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra t-tabella bl-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw flus mill-I.A.S.C.S f’dawn l-aħħar ħames snin, sena b’sena? Kemm minn dawn il-flus inġabru lura għaliex instab li kienu saru xi żbalji? X’tip ta’ żbalji saru u jista' jikkonferma li wħud minn dawn l-iżbalji saru għaliex il-bdiewa ma ngħatawx tagħrif tajjeb ?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Filwaqt li ninforma lill-Onorevoli Interpellant li matul l-perjodu msemmi kienu tqassmu madwar erba u għaxrin miljun u erba mija u ħamsin miljun ewro. L-ammonti ta’ flus inġabru lura mingħand il-benefiċċjarji kien jammonta għal anqas min sitt mija u erbau erbgħin elf ewro (€644,000) li l- parti l-kbira minnhom (€470,000) kienu riżultat ta’ irtirar voluntarju min-naħa tal-applikanti. Wieħed jista’ jgħid ukoll li il-ħlasijiet lura l-oħra kienu primarjament għal ħlasijiet mhux dovuti ħtija nuqqas min-naħa tal-applikanti fid-dikjarazzjonijiet tagħhom skont kif kien stipulat fir-regolamenti li kienu ġew ippubblikati. Biex tonqos din l-inċidenza, illum qed ikunu ppubblikati ukoll gwidi dwar l-iskemi u ta’ kif wieħed għandu jimla’ l-applikazzjonijiet. Barraminhekk qed isiru wkoll aktarlaqgħat informattivi.
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dokument bl-informazzjoni dettaljata skont kif mitluba.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 25042 u jgħid kemm–il darba sar tibdil fil-makkinarju fil-biċċerija tal-gvern bejn l-2004 u llum? Jista jagħti d-dati ta’ kull meta sar dan it-tibdil, jgħid x’kien it-tibdil li sar u jagħti raġuni għaliex sar dan it-tibdil? Jista' jgħid kemm kienet l-ispiża kull darba li sar xi tibdil u lil min ingħata x-xogħol neċessarju li kellu jsir?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma l-ill-Onorevoli Interpellant li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dokument bl-informazzjoni mitluba.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari W407, jista' l-Ministru jagħti rendikont dettaljat kif mitlub ta' fejn, kif u b'liema mod konkret intnefqu dawn il-flus?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nerġa’ ifakkar lill-Onorevoli Interpellant li l-għan ew lieni ta’ dan il-Ministeru ma kienx biss li tittafa momentanjament il-problema tal-prezzijiet tal-qmugħ u ċereali, iżda ħarisna aktar il-quddiem b’mod strateġiku lejn soluzzjonijiet li joffru benefiċji aktar dejjiema.
Għaldaqstant il-pjan addottat kien mibni fuq tlett miri:
1. li jiżdied ir-rendiment fil-piż tal-laħam prodott għal kull unità ta’ għalf għal rendiment aktar effiċjenti permezz kemm ta’ prattiċi aktar effiċjenti kif ukoll permezz ta’ titjib fil-ġenetika tal-merħla,
2. li jittejjeb il-kwalità tal-prodott,
3. li jonqsu l-ispejjeż ta’ produzzjoni u l-operat isir aktar kompetitiv.
Għalhekk sa’ illum ammont ta’ €320,000 ġie allokat sabiex titkompla skema li bdiet titwettaq fl-2010 mill-koperativa ta' min irabbi l-majjal (KIM) bl-iskop li s-settur ikun aktar vijabbli kif għidt aktar qabel. Sa llum ingħataw €250,000 Din l-iskema għadha għaddejja u għalhekk baqa’ €80,000 oħra minn dan il-Fond mmirat għal dan il-għan.
Fuq is-settur għat-trobbija tat-tiġieġ kienu allokati €70,000. Hawnhekk ukoll l-emfażi kien fuq l-effiċjenza fl-użu tal-ġwież. Il-pjan li kien imfassla kien immirat li joffri taħriġ individwalizzat lill-produttori minn konsulenti speċjalizzati. Waqt dan l-eżerċizzju ttieħdet l-opportunità biex ġew indirizzati kwistjonijiet ta’ compliance ma’ regoli agro-ambjentali.
Riġenerazzjoni tal-Magħtab, Wied Fulija u l-Qortin
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamenari W403 u cioè: jgħid kemm intnefqu flus matul l-2011 fuq ir-riġenerazzjoni tal-Magħtab? Kemm intnefqu fuq ir-riġenerazzjoni ta' Wied Fulija u fuq ir-riġenerazzjoni tal-Qortin? Jista' jagħti d-data ta' meta l-famliji se jkunu jistgħu jibdew igawdu kull wieħed minn dawn il-family parks?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fl-ewwel tmin xhur ta’ 2011, l-ammont li ntefqu fuq ir-riġenerazzjoni tas-siti msemmija huma kif ġej:
Magħtab € 484,667.12
il-Qortin €43,521
Wied Fulija € 3,393
Filwaqt li r-riġenerazzjoni tal-Magħtab u dik tal-Qortin hija maħsuba li titlesta sa nofs is-sena 2013, ix-xoghol fuq Wied Fulija huwa wiehed ta natura rikurrenti.
B'referena għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 29836 fejn il-Ministru qal li ma setax isir iċ-ċertifikar permezz tal-VMS fir-rigward ta’ applikazzjonijiet għall-Aġġustament tal-Isforz tas-Sajd taħt l-Istrument Finanzjarju għall-Gwida tas-Sajd (2004 - 2006), jista' l-Ministru jgħid kif saret il-klassifikazzjoni jekk mhux minn fuq il-VMS?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li sabiex ikun eliġibbli bastiment rid ikollu tal-anqas ħamsa u sebgħin (75) ġurnata f’kull perjodu ta’ tnax-il xahar ta’ qabel id-data tal-applikazzjoni.
Peress li t-tul tan-numru ta’ ġranet fuq sajda huwa relatat mad-daqs tal-bastiment għall, fl-assenza tas-sistema tal-VMS, in-numru ta’ ġranet fuq il-baħar ġew maħduma skont il-qbid ta’ ħut li kienet mdaħħla il-pixkerija u minn bejgħ dirett kif sossnut b’irċevuti fiskali. Għal dan il-għan, bħala parti mid-dokumenti mitluba kif speċifikat f’paġna 4 paragrafu 6 (it-tmin dokument), l-applikanti kienu mitluba jissotomettu dokument li juri d-dati tal-bejgħ tagħhom tul is-sentejn ta’ qabel.
Għalhekk kull bastiment taħt l-għaxar (10) metri ingħata ġurnata ta’ xogħol fuq il-baħar għal kull qabda mdaħħla l-pixkerija jew riċevuti fiskali, filwaqt li bastiment akbar minn għaxar (10) metri ingħata medja ta’ tlett (3) ġranet ta’ xogħol fuq il-baħar għal kull qabda mdaħħla l-pixkerija jew irċevuti fiskali.