Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx struzzjonijiet jew standards of practice ta’ kif kunsilli lokali jieħdu ħsieb tqegħid ta’ pjanti fi sqaqien tal-lokalitajiet?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mid-Diviżjoni għall-Gvern Lokali li l-Kunsilli Lokali ma jingħatawx tali struzzjonijiet.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx struzzjonijiet jew standards of practice ta’ kif kunsilli lokali jieħdu ħsieb tqegħid ta’ pjanti f’toroq u fuq bankini?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mid-Diviżjoni għall-Gvern Lokali li l-Kunsilli Lokali ma jingħatawx tali struzzjonijiet.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk kunsilli lokali għandhomx jedd li jiddeċiedu dwar jekk għandhomx jitpoġġew pjanti fi sqaqien li huma aċċessibbli għat-traffiku?
Response (BONNICI, OWEN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċenat.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 23517 u jgħid jekk ix-xogħol biex ġiet armata s-Siġra tal-Milied fid-daħla tal-Belt Valletta barra l-bini tal-Parlament sarx wara proċess ta’ tender, direct order, jew inkella kienx sponsorjat minn kumpanija privata? Jista’ jipprovdi l-ispiża totali biex ittellgħet din is-Siġra tal-Milied?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li s-somma totali tas-Siġra tal-Milied li tinsab quddiem il-binja tal-Parlament hija ta’ €19,447 (VAT eskluż). L-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta ħarġet tender għal diversi dekorazzjonijiet relatati mal-Milied fil-Belt Vallletta li għalih ma applika ħadd. Fiċ-ċirkustanzi, hekk kif permess mir-Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku f’każijiet bħal dawn, l-Aġenzija kellha ssib direttament, u fi żmien qasir, kuntratturi li lesti jagħtu s-servizzi meħtieġa fiż-żmien disponibbli.
Ninsab infurmat ukoll li din is-sena, l-ħsieb oriġinali tas-siġra tal-Milied fil-Belt Valletta, hekk kif spjegat mill-Aġenzija fuq il-medja soċjali, kien imnebbaħ minn tradizzjonijiet Maltin u mill-poeżija ‘Il-Kebbies tal-Fanali’ ta’ Anton Buttigieg.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm u jippreżenta tabella bl-ispejjeż kollha relatati mal-programm bl-isem “Fuq il-Festa”, li xxandar nhar il-Ġimgħa 29 ta’ Novembru 2024 fuq TVM? Jista’ jagħti din l-informazzjoni f’forma ta’ lista b’kull spiża tkun tikkorespondi mal-kuntrattur/kumpanija/persuna li tħallas b’mod rispettiv filwaqt li tingħata spjega tax-xogħol li għalih qed jiġi mħallas?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li hija prassi kostanti (ara pereżempju r-risposti mogħtija għall-Interpellanzi PQ29368, PQ 27993, PQ 22006, PQ 18025 tal-ħdax il-leġiżlatura, PQ 21040 tal-għaxar leġiżlatura u PQ 32148, PQ 28455 tad-disa’ leġiżlatura) li informazzjoni kummerċjalment sensittiva appartenenti għall-PBS ma tiġix ippubbikata.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 23612 u jgħid kemm ġiet is-somma totali tas-Siġra tal-Milied li tinsab quddiem il-binja tal-Parlament? Jista’ jgħid ukoll kif intgħażel il-kuntrattur għal din is-siġra u jgħid ukoll ta’ min kienet l-idea ta’ din is-Siġra tal-Milied u kif sar il-qbil fuqha?
Ir-Rabat, Għawdex — Binja fuq l-Għolja tal-Gelmus - Skedar
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-binja li tinsab fuq l-Għolja tal-Gelmus, ir-Rabat Għawdex, hijiex skedata, u jekk le, hemmx pjanijiet biex din tiġi skedata?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-binja fuq l-Għolja tal-Gelmus fir-Rabat Għawdex, magħrufa wkoll bħala id-Dar tal-Arċipriet Cassar, ġiet skedata bħala Grad 1 fid-19 ta’ Mejju 1998, permezz tal-Avviż tal-Gvern Nru 404/98.
Jista' l-Ministru jispjega r-raġunijiet legali u/jew proċedurali għad-deċiżjoni li l-Kunsill Lokali tax-Xewkija waqqa' l-każ kontra terzi persuni dwar l-allegat ħtif ta’ art pubblika fix-Xewkija Għawdex?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li sad-data tad-deadline intern ma ġietx l-informazzjoni kollha rikjesta.
Jista’ l-Ministru jagħti breakdown ta’ kif tqassmu u ntefqu s-€16-il miljun fuq il-proġett taż-żona l-ġdida għall-kunċerti f’Ta’ Qali? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-invoices u l-irċevuti?
Response (BONNICI, OWEN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — Impjegati ġodda
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda fil-Ministeru wara l-2022? Jista’ jgħid ukoll kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda wara Mejju tal-2024?
Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali – Deputati tal-Gvern
Question
Peress li l-mistoqsija parlamentari 14832 ma kinetx imwieġba għax l-informazzjoni kienet għadha qeda tinġabar, issa li għaddew għaxar xhur, jista’ l-Ministru jgħid min kienu/huma d-Deputati tal-Gvern, minn April 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, li kienu/huma impjegati fiċ-ċivil, jew fis-servizz pubbliku, jew f'kumpaniji fejn il-Gvern għandu b'xi mod interess minoritarju jew maġġoritarju, jew f'aġenziji, entitajiet, jew awtoritajiet regolatorji fid-dekasteru li għalih hu responsabbli u jekk hemm persuni identifikati, jiġi indikat fejn kienu/qegħdin iservu, l-kariga li kienu/qed jokkupaw, id-data tal-ingaġġ ta' dawn il-persuni, id-data sakemm baqgħu ingaġġati dawn il-persuni, b'liema mod kienu impjegati (jekk hux b’sejħa pubblika, eċċ.) u kemm kien/hu l-pakkett finanzjarju tagħhom inklużi perkaċċi oħra bħal fuel vouchers, car allowances, expertise allowance, shift allowance, disturbance allowance, communication allowance, overtime u kull allowance ieħor?
Jista’ jqiegħed ukoll fuq il-Mejda tal-Kamra l-attendenza tax-xogħol u/jew timesheets, il-work from home u/jew telework u/jew remote working u l-ispecial leave requests u approvals relatati mal-persuni hawn fuq imsemmija għall-perjodu bejn April 2013 sal-ġurnata li baqgħu fl-impjieg tagħhom u/jew sal-ġurnata li fiha tigi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba titnaddaf Triq l-Arkata f’Raħal Ġdid f’perjodu ta’ xahar? Jista’ jindika l-ġranet meta jsir dan it-tindif?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Raħal Ġdid li skond l-iskeda maqbula bejn il-kuntrattur u l-Kunsill Lokali, Triq l-Arkata tinkines kif ġej: Mit-Tnejn sal-Ħadd – Minn Pjazza Antoine de Paule sa Triq Sant’ Ubaldeska. It-Tlieta u l-Ġimgħa – Minn Triq Sant’ Ubaldeska ‘l isfel.
Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali – Entitajiet, awtoritajiet u korporazzjonijiet — Bordijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid minn min kienu komposti l-bordijiet tal-entitajiet, awtoritajiet u korporazzjonijiet li kienu jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu f’Diċembru tas-sena 2023 u Ottubru 2024? Jista’ jgħid ukoll x’kienu r-remunerazzjonijiet, ħlasijiet u benefiċċji li kienu qegħdin jirċievu dawn il-membri?
Response (BONNICI, OWEN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba u mgħoddija lili.
Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — Segretarjat għall-Gvern Lokali - Newtralità tal-karbonju - Tnaqqis fl-emmissjonijiet
Question
Jista’ l-Ministru, permezz tas-Segretjaru Parlamentari għall-Gvern Lokali, jgħid x'qed isir fid-Dekasteru tagħha biex jiġi żgurat tnaqqis fl-emissjonijiet sabiex tintlaħaq in-newtralità tal-karbonju sal-2050? Jista’ jgħid ukoll kif qed jiġu rreġistrati l-emissjonijiet tad-Dekasteru tiegħu u jipprovdi rendikont ta' dawn l-emissjonijiet?
Jista’ l-Ministru jara li ssir zebra crossing fi Triq San Anard f'Ħal Tarxien preċiż quddiem l-ATM li hemm fuq in-naħa l-oħra tat-triq billi din saret waħda mill-ftit servizzi bankarji li għandhom ir-residenti?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal-Tarxien li hemm il-ħsieb li ssir zebra crossing f’post ieħor fl-istess triq bħala parti minn proġett usa’.
Milied u l-ewwel tas-sena 2024/2025 — Attivitajiet kulturali
Question
B'referenza għall-iskema għall-attivitajiet kulturali marbuta mal-Milied u l-ewwel tas-sena 2024/2025, jista' l-Ministru jgħid liema kienu dawk il-kunsilli lokali/reġjuni li applikaw għal din l-iskema? F'kull każ, għal kemm fondi applikaw? F'kull każ kemm ingħataw fondi? Jista’ jgħid ukoll meta kienet tagħlaq din l-iskema u kemm kien il-massimu ta' fondi li kull kunsill lokali/reġjun seta’ japplika għalih?
Response (BONNICI, OWEN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba, kif mgħoddija lili mid-Diviżjoni tal-Gvern Lokali.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġie jiswa l-ftuħ tal-Malta International Contemporary Arts Space (MICAS) fil-25 ta’ Ottubru 2024? Jista’ jgħid ukoll fiex kien jikkonsisti dan l-infiq?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-ispiża relatata mal-ftuħ tal- Malta International Contemporary Arts Space (MICAS) fil-25 ta’ Ottubru 2024 hija kif ġej:
Loġistika (Set up)
€80,245.07
Attivita’ għall-okkażjoni:
€79,060.00
Elementi Artistiċi
€45,445.70
Kuratur
€5,310.00
Awdjoviżiv
€11,865.10
Servizzi ta’ ġestjoni (sigurta, tindif etc)
€917.40
Saħħa u Sigurta
€1,568.04
Oħrajn
€1,012.00
Irrid infakkar lill-Onor. Interpellant dwar l-importanza tal-MICAS u l-għan għal dan l-avveniment, li fil-fatt kien li jkun imniedi investiment ta’ €30 miljun parti minnu huwa ffinanzjat mill-fondi tal-Unjoni Ewropeja. IL-MICAS ser ikun qed isaħħaħ l-infrastruttura kulturali ta’ Malta billi jipprovdi pjattaforma għall-arti kontemporanja u l-internazzjonalizzazzjoni. Permezz tiegħu, Malta se tkun qed tieħu pass importanti ’l quddem b’dan l-ispazju, u se ssir protagonista proattiva tad-dinja tal-arti kontemporanja. Il-programm artistiku tal-MICAS se jinvolvi ruħu f’arti u kultura kontemporanja kemm globali kif ukoll lokali, u permezz ta’ hekk jippreżenta skeda ta’ esibizzjonijiet ta’ livell modjali minn artisti rinomati.
L-għan tal- MICAS hu li jenerġizza pożittivament l-ekoloġija kulturali ta’ Malta u jħalli impatt fuq ir-reġjun Ewro-Mediterranju. Il-MICAS ser jippromwovi l-arti kontemporanja billi joħloq kuxjenza pubblika lejn is-sinifikat tal-arti viżiva fuq il-ħajja kontemporanja, u billi jpoġġi fuq quddiem nett il-mod kif l-arti u l-artisti jikkontribwixxu għal kif niżnu u ninterpretaw id-dinja li ngħixu fiha.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk ix-xogħol biex ġiet armata s-Siġra tal-Milied fid-daħla tal-Belt Valletta barra l-bini tal-Parlament sarx wara proċess ta’ tender, direct order, jew inkella kienx sponsorjat minn kumpanija privata? Jista’ jipprovdi l-ispiża totali biex ittellgħet din is-Siġra tal-Milied?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġiet is-somma totali tas-Siġra tal-Milied li tinsab quddiem il-binja tal-Parlament? Jista’ jgħid ukoll kif intgħażel il-kuntrattur għal din is-siġra u jgħid ukoll ta’ min kienet l-idea ta’ din is-Siġra tal-Milied u kif sar il-qbil fuqha?
Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — Direct Orders ta' inqas minn €5,000
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Novemru 2024?