Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #12522 Sitting 174 2009-12-02 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Awtorità tad-Djar — post alternattiv lill-persuna

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif l-Awtorità tad-Djar lanqas ipprovdit post alternattiv lill-persuna, li dettalji tagħha qed jinbagħtu separatament?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li l-applikazzjoni tal-persuna in kwestjoni għadha qiegħda tingħata l-attenzjoni meħtieġa.
Leg 11 PQ #13179 Sitting 174 2009-12-02 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Residenza San Vinċenz de Paule — dħul ta' persuna

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12942 u jara li jitmexxa l-każ ta' missier, li dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, u li fuq talba tiegħu qiegħed jitlob biex ibnu jiddaħħal fir-Residenza San Vinċenz De Paule fuq parir ta' professur, peress li huwa pupletiku/trux/mutu?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab informat li l-persuna msemmija kienet approvata bħala urġenti fil-31 ta' Ottubru 2008 kif ukoll rikonfermata bħala urġenti nhar id-26 ta' Marzu, 2009.
Leg 11 PQ #13180 Sitting 174 2009-12-02 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Ċentri tas-Saħħa

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 1241 u 12271 u jgħid: a) liema ċentri tas-saħħa qed jibqgħu miftuħa 24 siegħa kuljum? b) x'inhu l-ammont totali li l-Gvern qed jonfoq fuq dawn iċ-ċentri tas-saħħa? ċ) kemm minnhom huma pagi, allowances, bonuses u overtime? d) kemm jiswewlu dawn iċ-ċentri tas-saħħa mis-7.00 pm sas-7.00 am biex jinżammu miftuħa kuljum jew kull xahar? e) kemm żaruhom nies dawn iċ-ċentri tas-saħħa mis-7.00 pm sas-7.00 am kull xahar fl-aħħar sitt xhur?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #13182 Sitting 174 2009-12-02 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Sptar Mater Dei — Investigazzjoni fuq appartati

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 12940 u 12270 u jgħid kemm tiswa lill-Gvern kull investigazzjoni ta' a) MRI? b) CT? ċ) X-ray?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #13183 Sitting 174 2009-12-02 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Sptar Mater Dei — tariffi għall-operazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 12940 u 12269 u jgħid xi ħlas jitlob l-Gvern ta' konsulta fl-Isptar Mater Dei għal dawk il-pazjenti li m'humiex intitolati għal kura b'xejn? Kemm huma t-tariffi tal-Gvern għall-operazzjoni: a) major complex? b) major? ċ) intermediate? d) minor?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #13184 Sitting 174 2009-12-02 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali — benefiċċju tar-relief

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12903 u jgħid kemm kien in-numru ta' talbiet li tressqu quddiem id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali għal relief/benefiċċju waqt il-qgħad matul din is-sena f'Malta u Għawdex separatament? Kemm minnhom ġew approvati, għadhom pendenti, jew ġew irtirati?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #13185 Sitting 174 2009-12-02 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali — Benefiċċju tal-allowances tat-tfal

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12902 u jgħid kemm kien in-numru ta' talbiet li tressqu quddiem id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali għall-benefiċċju tal-allowance tat-tfal matul din is-sena f'Malta u Għawdex separatament? Kemm minnhom ġew approvati, għadhom pendenti, jew ġew irtirati?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #13186 Sitting 174 2009-12-02 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali — benefiċċju tal-Industrial Diseases

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12905 u jgħid kemm kien in-numru ta' talbiet li tressqu quddiem id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali għall-benefiċċju tal-industrial diseases matul din is-sena f'Malta u Għawdex separatament? Kemm minnhom ġew approvati, għadhom pendenti, jew ġew irtirati?

Response (DALLI, JOHN)

Informat hekk :- Malta Għawdex Numru ta’ talbiet 2808 96 Talbiet approvati 1645 55 Talbiet pendenti 163 6 Talbiet mhux approvati 1000 35
Leg 11 PQ #13195 Sitting 174 2009-12-02 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali — benefiċċju tal-mard

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12901 u jgħid kemm kien in-numru ta' talbiet li tressqu quddiem id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali għall-benefiċċju tal-mard matul din is-sena f'Malta u Għawdex separatament? Kemm minnhom ġew approvati, għadhom pendenti, jew ġew irtirati?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #13012 Sitting 173 2009-12-01 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Masonic Lodges reġistrati mal-Gvern

Question

Jista' l-Ministru jindika jekk f'Malta għandniex Masonic Lodges li huma reġistrati mal-Gvern għall-finijiet ta' reġistrazzjoni ta' non government organisations/volontarjat? Jekk iva, liema huma? X'informazzjoni ngħatat lill-Gvern dwar dawn il-lodges?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab informat li l-Uffiċċju tal-Kummissarju għal Għaqdied Volontarji m’għandux rekord ta’ Masonic Lodges li huma reġistrati fid-data tiegħu.
Leg 11 PQ #13140 Sitting 173 2009-12-01 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Aġenti li jagħmlu ħsara lill-mara tqila

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 10009 u 9869 u jgħid xi pjanijiet għandu l-Gvern sabiex jiġu aġġornati l-iskedi tal-Avviż Legali 92 tal-2002 dwar l-aġenti li jagħmlu ħsara lill-mara tqila , lit-tarbija fil-ġuf u lill-mara li treddgħa?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li -Avviz Legali 92/2000 idaħħal fis-seħħ id-Direttiva tal-Unjoni Ewropea 92/85. L-Annessi li hemm kemm fir-Regolamenti kif ukoll fid-Direttiva jinkludu: fil-każ ta’ Anness 1 - lista mhux kompluta ta’ Aġenti fiżiċi, kimiċi u bioloġiċi li dwarhom irid isir eżerċizzju ta’ evalwazzjoni tar-riskju; fil-każ ta’ Anness 2 – lista ta’ aġenti, proċessi jew attivitajiet li għalihom mara tqila jew li tkun qed treddgħa ma tistax tkun esposta. Il-Kummissjoni Ewropea ippubblikat gwidi ta’ natura prattika ta’ kif għandu jsir l-eżerċizzju ta’ evalwazzjoni tar-riskju, li jinkludu wkoll tagħrif ta’ kif għandu jiġi evalwat ir-riskju f’sitwazzjonijiet mhux imsemmija fl-Annessi. M’hemm l-ebda ħsieb, la fuq livell Ewropew, u l-anqas hawn Malta li jitbiddlu l-Annessi msemmija.
Leg 11 PQ #13141 Sitting 173 2009-12-01 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Ministeru għall-Politika Soċjali — Għawdxin maħtura f'bordijiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 9716 u jgħid kemm hemm Għawdxin maħtura f'bordijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu u jgħid min huma? Xi rwol għandhom fi ħdan il-bord? Meta saret il-ħatra u kemm hu l-onorarju li jitħallas?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab infurmat li t-tagħrif kif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-tabella mehmuża ma’ dan id-dokument li ser inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra. Il-lista tinkludi lil dawk li għandhom il-Karta ta’ l-Identità (G), (M), jew (A) u li joqgħodu f’Għawdex, kif ukoll lil dawk li għandhom il-Karta ta’ l-Identità (G) iżda joqgħodu fil-Gżira ta’ Malta. Iktar tagħrif għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #13173 Sitting 173 2009-12-01 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali — pensjoni tal-61 sena

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12904 u jgħid kemm kien in-numru ta' talbiet li tressqu quddiem id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali għall-pensjoni tal-61 sena matul din is-sena f'Malta u Għawdex separatament? Kemm minnhom ġew approvati, għadhom pendenti, jew ġew irtirati?

Response (DALLI, JOHN)

Informat hekk :- Malta Għawdex Numru ta’ talbiet 3723 293 Talbiet approvati 2849 238 Talbiet pendenti 482 32 Talbiet mhux approvati 393 23
Leg 11 PQ #13175 Sitting 173 2009-12-01 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Nefqa tal-Gvern fuq is-saħħa

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 12934, 12647 u 12261 u jgħid x'inhi l-ispiża totali li l-Gvern nefaq fuq is-saħħa, eskluża l-ispiża fuq id-djar u sptarijiet tax-xjuħ, fl-aħħar 15-il sena sena b'sena? Kemm minn din l-ispiża kienet: a) fuq mediċini inpatients? b) fuq mediċini outpatients? ċ) salarji? d) bonuses? e) overtime? f) ikel?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #13176 Sitting 173 2009-12-01 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Gamma Department

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 12933 u 12644 u jgħid: a) Kemm sewa lill-Gvern il-bini tad-dipartiment tal -gamma scan ? b) Kemm swiet kull gamma machine? ċ) Kemm jiswa lill-Gvern l-appart tal-X-Ray Department kull sena? d) Kemm jiswa lill-Gvern l-operat ta' kull MRI, CT, X-Ray, Angiogram u Mammogram? X'fatturi jieħu in konsiderazzjoni l-Gvern meta jagħmel l-audits ta' kemm tiswa kull proċedura? e) Kemm huwa stamt li ser jiswa lill-Gvern, kull mammogram meta dawn jibdew isiru mill-Belt taħt l-iskema l-ġdida?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #13251 Sitting 173 2009-12-01 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Anzjani — nuqqas ta' għajnuna supplimentari

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12772 u jgħid kemm huma l-anzjani li se jitilfu l-għajnuna supplimentari minħabba ż-żieda għall-għoli tal-ħajja mħabbra fl-aħħar budget?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #13252 Sitting 173 2009-12-01 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Ċentri tas-Saħħa — waiting list

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12816 u jgħid x'inhi l-waiting list għall-vista tal-għajnejn fiċ-Ċentri tas-Saħħa?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #13254 Sitting 173 2009-12-01 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Skema tal-Ispiżerija tal-Għażla tiegħek — mediċina

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 12872 u 12384 u jikkonferma jekk bħala parti mill-Iskema l-Ispiżerija tal-Għażla tiegħek, kienx hemm mediċina ritornata lura mingħad l-ispiżjara għaliex kienet skaduta? Kemm kien l-ammont?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #13270 Sitting 173 2009-12-01 Oral · Final From: MICHAEL GONZI To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Sptar Zammit Clapp — ħrieqi b'xejn

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk pazjent li jkun rikoverat fl-Isptar Zammit Clapp u jkollu bżonn il-ħrieqi, huwiex intitolat għall-ħrieqi b'xejn?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.