L-Imġarr, Għawdex – Terminal tal-fast ferry – Struttura permanenti
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx pjanijiet sabiex flok it-tined li hemm fit-terminal tal-fast ferry f'Għawdex, issir struttura permanenti li verament isservi ta' kenn fl-istaġuni kollha u jekk iva, meta se tkun lesta tali struttura?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi din ir-risposta ser tingħata f’xi seduta oħra.
Il-Fgura - Triq Antonio Maurizio Valperga - Parkeġġ
Question
B'referenza għall-proġett tal-ġnien li qed isir fi Triq Antonio Maurizio Valperga, fil-Fgura, jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li ladarba jitlesta dan il-proġett, jingħata permess lir-residenti tal-madwar biex jipparkjaw matul il-ħinijiet li fihom dan il-ġnien ikun magħluq?
Response (BONETT, CHRIS)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid x’miżuri konkreti qegħdin jittieħdu sabiex tittaffa l-problema tat-traffiku f’Malta, fid-dawl tal-fatt li skont l-indiċi tat-TomTom, it-traffiku f’Malta huwa t-tieni l-agħar fid-dinja?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi din ir-risposta ser tingħata f’xi seduta oħra.
Ministeru għall-Mobbiltà Sostenibbli – Ħaddiema ġodda
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna ġdida daħlet taħdem fid-dekasteru tiegħu minn Jannar 2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b'xahar?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi din l-informazzjoni għadha qed tinġabar u r-risposta ser tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni għaliex tneħħiet il-1.5m Keep Clear Box li kienet tagħti aċċess għad-dar lil żewġ anzjani li joqogħdu fl-indirizz li d-dettalji dwaru qed jingħata separatament, fejn il-bankina hija anqas minn 60cm? Jista' jgħid ukoll x'rimedju ser tagħti Transport Malta f’dan ir-rigward?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, mill-informazzjoni li għandha Transport Malta, il-keep clear box imsemmija ma kinitx saret skont il-proċedura stabbilita t’awtorizzazzjonijiet neċessarji.
Din jidher li kienet saret f’triq dejqa fejn kien hemm bżonn li jitressaq parkeġġ li kien qed jostakola aċċess għal garaxx. Wieħed irid jinnota wkoll li l-introduzzjoni ta’ keep clear box f’din iż-żona twassal għal telf ta’ spazju ta’ parkeġġ.
Jekk ir-residenti jixtiequ li tiġi kkunsidrata miżura sabiex ikun hemm aċċess aktar liberu quddiem ir-residenza tagħhom, għandhom iressqu talba lill-Kunsill Lokali rispettiv sabiex din tiġi mgħoddija lil Transport Malta għall-evalwazzjoni skont il-proċeduri applikabbli.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hi l-ispiża għall-iskrappjar ta’ vetturi elettriċi (EVs)?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-prezzijiet sabiex vettura tiġi dismantellata f’faċilità tal-iskrappjar mhumiex regolati b’liġi.
Għaldaqstant, il-faċilitajiet tal-iskrappjar huma liberi li jistabbilixxu l-prezzijiet tagħhom fir-rigward tad-dismantling ta’ vetturi, inkluż vetturi li jaħdmu bl-elettriku.
Skrappjar ta’ vetturi elettriċi (EVs) - Faċilitajiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il faċilità hawn għall-iskrappjar ta’ vetturi elettriċi (EVs)? Jista’ jgħid ukoll fejn tinsab kull waħda minn dawn il-faċilitajiet?
Response (BONETT, CHRIS)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-lokalitajiet f’Malta fejn hemm sistema ta’ residential parking, u meta din is-sistema daħlet fis-seħħ f’kull lokalità? Jista’ jgħid ukoll jekk sarux talbiet sabiex din is-sistema tiddaħħal fil-lokalitajiet ta’ Raħal Ġdid, Santa Luċija, il-Fgura u Ħal Tarxien, u x’kienet it-tweġiba għal kull waħda minn dawn it-talbiet?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinstab fil-Leġiżlazzjoni Sussidjarja 363.80.
Nikkoferma li bħal ħafna Kunsilli Lokali oħra, il-lokalitajiet imsemmija fil-mistoqsija talbu sabiex issir sistema ta’ parkeġġ residenzjali fil-lokalita’.
Il-bżonn li jiġi ndirizzat il-parkeġġ f’Malta ma jistax jiġi biss affrontat fuq bażi individwali ta’ lokalita’. Din hija kwistjoni nazzjonali li teħtieġ politika u strateġija li tindirizza l-issue fil-pajjiż kollu, u mhux bħala suġġett singolari waħdu.. Kien għalhekk li fil-manifest elettorali tal-Partit Laburista, li issa huwa l-pjan ta’ ħidma tal-Gvern għal din il-leġiżlatura, qed issir enfażi fuq ‘Malta in Motion’. Il-pjan għat-trasport integrat jinkludi bħala wieħed mis-sitt pilastri tiegħu il-politika nazzjonali tal-parkeġġi.
Dan għax il-parkeġġ irid jittieħed fil-kuntest tal-modijiet l-oħra kollha tal-mobbilta’, inklużi l-mixi u l-użu tar-roti. Il-politika nazzjonali tal-parkeġġi ser tiġi mfassla u implimentata fis-sentejn li ġejjin, bl-għajnuna importanti tal-Kunsilli Lokali. U fost affarijiet oħra li ser tkun qed tagħmel din il-politika, ser tippreskrivi l-metodu ta’ kif isiru l-iskemi tal-parkeġġi residenzjali li ser ikunu parti integrali ta’ din il-politika.
Ministeru għall-Mobbiltà Sostenibbli – Health and Safety Officers
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx health and safety officer fil-ministeru tiegħu u jekk le, għaliex?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi nfurmat li Health & Safety Officer impjegat full time mhuwiex rikwest mil-liġi. Madanakollu għarfien rigward is-saħħa u s-sigurta' fuq il-post tax-xogħol huwa kontinwu.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm defibrillators fil-binja ta’ kull entità li taqa’ taħt il-ministeru tiegħu?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta illi hemm disa’ (9) defibrillators fil-binjiet tal-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru għall-Mobbiltà Sostenibbli.
Ministeru għall-Mobbiltà Sostenibbli – Rapporti ta’ fastidju sesswali – Sena 2024
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti ta’ fastidju sesswali f’kull entità li taqa’ taħt il-ministeru tiegħu fl-2024?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta illi fis-sena 2024 ma kien hemm ebda rapport ta’ fastidju sesswali fl-entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabilità tal-Ministeru għall-Mobbiltà Sostenibbli.
Jista’ l-Ministru jipprovdi l-ispiża annwali ta’ kull karozza (GM) fil-ministeru tiegħu u jekk dawn huma mixtrija, jista’ jgħid kemm kienu jiswew meta nxtraw?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fil-Ministeru għall-Mobbiltà Sostenibbli hemm karozza waħda GM li hija mikrija f’konformità mal-proċeduri ta’ akkwist pubbliku.
Il-Belt Valletta – Ta’ Liesse – Terminal tal-passiġġieri – Xogħlijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta hu maħsub li jitlesta x-xogħol fuq it-terminal tal-passiġġieri tal-fast ferry li hemm f’Ta’ Liesse fil-Belt Valletta, wara l-ħsarat li ġarrab fil-maltempata ta’ Jannar 2026? Jista’ jgħid ukoll:
(i) liema xogħlijiet fadal isiru sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari;
(ii) meta huwa ppjanat li jitlestew dawn ix-xogħlijiet; u
(iii) kemm hu stmat b’kollox li ser jiġi jiswa dan ix-xogħol kollu wara l-ħsarat li ġarrab dan it-terminal?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi din l-informazzjoni għadha qed tinġabar u r-risposta ser tingħata f’xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid b’kemm huwa mistenni li jiżdiedu l-parkeġġi bil-proġett propost f’Marsaskala? Jista’ jgħid ukoll jekk bil-konfigurazzjoni hekk kif proposta għall-bankina quddiem il-gabbana li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, il-vetturi hux ser ikunu jistgħu jipparkjaw f’din iż-żona?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-pjanta approvata minn Transport Malta tipprevedi zieda fil-parkeggi. Madankollu, nitlob biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħol sar fil-bajja ta’ Buġibba (wara l-breakwater), matul din is-sena? Jista’ jgħid ukoll jekk hux ser jonqsu jew jiżdiedu l-faċilitajiet ta’ rbit ta’ dgħajjes f’din il-parti ta’ Buġibba? Jekk ser jonqsu, kemm ser ikun it-tnaqqis u jekk ser jiżdiedu, kemm ser jiżdiedu l-faċilitajiet u kif se jiġu allokati?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi matul l-2026 l-Awtorità wettqet proġett ta’ riorganizzazzjoni tal-arranġamenti ta’ rbit fil-bajja ta’ Buġibba, fiż-żona ta’ wara l-breakwater. Dan il-proġett sar bil-għan li jiġu stabbiliti l-fairways meħtieġa għall-operat sigur tal-fast ferry, filwaqt li jiġi ottimizzat l-użu tal-ispazju marittimu disponibbli f’din iż-żona.
Matul il-proċess ta’ ppjanar u implimentazzjoni, l-Awtorità tat prijorità sabiex il-persuni li diġà kellhom permess ta’ rbit u li ġew affettwati mill-ħolqien tal-fairways ma jitilfux il-faċilità ta’ rbit tagħhom. Għal dan il-għan, sar kull sforz sabiex il-postijiet affettwati jiġu rilokati jew jiġu indirizzati permezz ta’ arranġamenti alternattivi, fejn dan kien fattibbli u kompatibbli mar-rekwiżiti ta’ sigurtà u navigazzjoni.