Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm Managers impjegati mar-Reġjun Punent fis-snin 2023, 2024 u 2025? Kemm kienet in-nefqa fuq il-pagi ta’ dawn il-Managers fis-snin 2023 u 2024, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll kemm se tkun in-nefqa ppjanata għas-sena 2025?
Response (BONNICI, OWEN)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra tabella bl-informazzjoni mitluba, hekk kif inġabret mir-Reġjun Punent.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm Managers impjegati mar-Reġjun Għawdex fis-snin 2023, 2024 u 2025? Kemm kienet in-nefqa fuq il-pagi ta’ dawn il-Managers fis-snin 2023 u 2024, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll kemm se tkun in-nefqa ppjanata għas-sena 2025?
Response (BONNICI, OWEN)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra tabella bl-informazzjoni mitluba, hekk kif inġabret mir-Reġjun Għawdex.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm Managers impjegati mar-Reġjun Tramuntana fis-snin 2023, 2024 u 2025? Kemm kienet in-nefqa fuq il-pagi ta’ dawn il-Managers fis-snin 2023 u 2024, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll kemm se tkun in-nefqa ppjanata għas-sena 2025?
Response (BONNICI, OWEN)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra tabella bl-informazzjoni mitluba, hekk kif inġabret mir-Reġjun Tramuntana.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm Managers impjegati mar-Reġjun Port fis-snin 2023, 2024 u 2025? Kemm kienet in-nefqa fuq il-pagi ta’ dawn il-Managers fis-snin 2023 u 2024, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll kemm se tkun in-nefqa ppjanata għas-sena 2025?
Response (BONNICI, OWEN)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra tabella bl-informazzjoni mitluba, hekk kif inġabret mir-Reġjun Port.
Jista’ l-Ministru jgħid liema hu s-sit fit-Tramuntana ta’ Malta li ġie magħżul għall-camping u jekk dan hux ser jakkomoda wkoll lis-sidien tal-caravans? Jista’ jgħid ukoll meta x-xogħol ta’ manutenzjoni u tisbiħ fuq is-sit tal-caravans fl-Aħrax tal-Mellieħa huwa previst li jinbeda?
Response (BONNICI, OWEN)
Nikkonferma li l-Awtorita' tal-Artijiet identifikat siti fit-tramuntana ta’ Malta għall-camping u caravans. Aktar dettalji jkunu jistgħu jitħabbru fiż-żmien propizju.
Jista’ l-Ministru jgħid meta ser jibda l-Culture and Arts Hub li ilu mwiegħed għal snin sħaħ? Jista’ jgħid ukoll x’faċilitajiet se joffri lill-artisti tal-Karnival?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li wara l-kisba tal-art fil-Marsa, il-kisba tal-permessi kollha mill-Awtorità tal-Ippjanar, il-kisba u assigurazzjoni ta' fondi Ewropej fil-valur ta' €15-il miljun u l-ħruġ tal-ewwel sejħa għall-offerti, ġie intavolat appell quddiem il-PCRB u sussegwentement quddiem il-Qorti tal-Appell minn wieħed mill-offerenti li ma rebaħx it-tender.
Hu mistenni li l-Qorti ta' l-Appell tagħti s-sentenza tagħha nhar il-11 ta’ Novembru ta’ din is-sena.
Intant il-faċilitajiet għall-parteċipanti tal-karnival jinkludu l-imħażen tal-karnival, studios għall-ħajjata tal-kostumi, spazji għal-provi taż-żfin, kif ukoll mużew li jagħti l-esperjenza tal-karnival fost l-oħrajn.
Madanakollu dan il-proġett mhuwiex marbut mal-karnival biss, iżda jinkludi ukoll spazji ta’ taħriġ u esibizzjonijiet taż-żfin, rehearsal spaces għall-mużiċisti (bands u kantanti), u spazji performattivi.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 30320, jista’ l-Ministru jara li l-Knisja ta’ Santa Barbara fil-Belt Valletta, tingħata attenzjoni kif xieraq peress li hija tant prominenti?
Response (BONNICI, OWEN)
Se issir spezzjoni b'koordinament ta' żewġ entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru (jiġifieri l-Awtorita' tal-Artijiet u d-Direttorat tar-Restawr u l-Preservazzjoni) u jiġi determinat l-istat tal-Knisja ta’ Santa Barbara.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm Managers impjegati mar-Reġjun Lvant fis-snin 2023, 2024 u 2025? Kemm kienet in-nefqa fuq il-pagi ta’ dawn il-Managers fis-snin 2023 u 2024, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll kemm se tkun in-nefqa ppjanata għas-sena 2025?
Response (BONNICI, OWEN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba, hekk kif inġabret mir-Reġjun Lvant.
Ir-Rabat, Għawdex – Akwedotti – Xogħol ta’ konsolidazzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk ix-xogħol ta’ konsolidazzjoni strutturali u l-konservazzjoni tal-akwedotti li qegħdin fit-triq li mir-Rabat, Għawdex twassal għal Ta’ Pinu, bediex?
Ir-Rabat, Għawdex – Ċittadella – Xogħol ta’ manutenzjoni u restawr
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk ix-xogħol ta’ manutenzjoni u restawr tal-ħitan ta’ barra li jdawru ċ-Ċentru Kulturali taċ-Ċittadella tlestiex? Jista’ jgħid ukoll min ser iħallas għal dan ir-restawr?
Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol ta’ rinnovar ta’ Villa Guardamangia? Jista’ jgħid ukoll kemm baqgħalha biex titlesta u kemm din ser tiswa?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li r-ritmu tax-xogħol ta’ restawr f’Villa Guardamangia issa qabad ritmu ġmielu. Kif imħabbar f’konferenza stampa ftit tal-ġranet ilu, il-proġett ta’ restawr se jiswa mat-€12-il miljun (parzjalment finanzjat minn fondi Ewropej) u se jieħu madwar tliet snin sabiex jitlesta.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx persuni li qegħdin jitħallsu jew jingħataw xi forma ta’ benefiċċji minn xi Awtorità jew entità oħra li ma taqax taħt il-Ministeru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali għal servizzi li titlob Heritage Malta?
Response (BONNICI, OWEN)
Qed nitlob l-Onor. Interpellant jiċċara l-mistoqsija u jikkjarifika il-każ(ijiet) li qed jirreferi għalihom.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk ittieħditx azzjoni biex il-periklu f’Fort Campbell jiġi indirizzat? Jekk iva, x’azzjoni ttieħdet?
Response (BONNICI, OWEN)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta tagħmel il-mistoqsija parlamentari tagħha lill-Ministeru kkonċernat.
(Korrezzjoni Ara Dokument PL 6205 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra fis-seduta 396 tat-3 ta’ Novembru 2025)
San Pawl il-Baħar - Kunsill Lokali - Investigazzjoni
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 31072, jista’ l-Ministru jgħid jekk hux se jkun qiegħed iwettaq xi investigazzjoni mid-Dipartiment tal-Gvern Lokali jew hux se jitlob lill-Awditur Ġenerali sabiex jinvestiga l-każ li sewa lil-lokalità ta’ San Pawl il-Baħar aktar minn terz tal-allokazzjoni kollha finanzjarja tal-istess kunsill għas-sena 2024 u possibilment għas-sena 2025?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li d-Diviżjoni għall-Gvern Lokali iddiskutiet dan il-każ mat-tmexxija tal-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar u kienet infurmata li l-ħlas sar wara d-deċiżjoni tal-qorti fuq parir tal-avukat tal-Kunsill.
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema proġetti ta’ restawr għaddejjin bħalissa madwar Malta u Għawdex, u li fihom hemm involut il-Ministeru tiegħu? F’liema lokalitajiet jinsabu l-postijiet li qed jiġu restawrati? Għal kull każ, jista’ jgħid meta nbeda r-restawr u meta hu mistenni li jitlesta? Jista’ jgħid ukoll x’inhi l-proċedura li trid tintuża biex xi wirt storiku jiġi restawrat b’għajnuna mill-Ministeru?
Response (BONNICI, OWEN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tal-proġetti li qegħdin taħt l-inkarigu tad-Direttorat tar-Restawr u l-Preservazzjoni. Din tinkludi proġetti li tlestew fl-aħħar xahrejn, dawk li bħalissa jinsabu fil-proċess ta’ implimentazzjoni, kif ukoll il-proġetti ppjanat.
Ma tinkludix pero progetti ta' restawr li qed tagħmel Heritage Malta fis-siti tagħha li jgħoddu mat-30 oħra.
Intant il-proċedura li permezz tagħha id-Dipartiment tar-Restawr u il-Preservazzjoni jikkonsidra talbiet biex xi wirt storiku jiġi restawrat b’għajnuna mill-Ministeru hi l-iSkema ta’ Restawr għall-Kunsilli Lokali. Meta tiġi mħabbra din l-iSkema, il-Kunsilli Lokali jistgħu jibgħatu il-proposti tagħhom għall-evalwazzjoni tal-Bord tal-Għażla, skond kriterji stabiliti fil-Linji Gwida tal-iSkema.
Il-Belt Valletta - Pjazza Jean De La Valette - Restawr ta’ monument
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 29757, jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-eżitu tal-ispezzjoni fuq il-monument iddedikat lill-Gran Mastru Jean La Valette, fil-Belt Valletta? Jista’ jgħid ukoll jekk huwiex ser isir ix-xogħol neċessarju?
Response (BONNICI, OWEN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel referenza għall-mistoqsija parlamentari 30872.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 27929, jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-eżitu ta’ dak li ġie deċiż mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Tarxien biex is-siġar taż-żebbuġ li jinsabu fil-lokalità, jiġu nnumerati u l-istess żebbuġ jinġabar u ma jintilifx?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Tarxien li din il-materja se tiġi diskussa fil-laqgħa tal-Kunsill ta’ Novembru li hija skedata għal nhar l-Erbgħa 19 ta’ Novembru 2025.