Legislature:
Category:
Reset
Active:

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin — irġiel

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm irġiel fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin xahar b’xahar minn Jannar 2018 sa Ottubru 2018?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ammont ta’ priġunieri rġiel fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin minn Jannar 2018 sa Ottubru 2018 huwa kif indikat: Jannar 528 Frar 526 Marzu 525 April 525 Mejju 523 Ġunju 511 Lulju 507 Awwissu 501 Settembru 520 Ottubru 518

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – persuni ta’ nazzjonalità barranija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid preżentement kemm hemm persuni ta’ nazzjonalità barranija (mhux Maltija) fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li preżentament hemm mitejn tmienja u tletin (238) persuni ta’ nazzjonalità barranija ġewwa l-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin.

Uffiċjali ta’ detenzjoni – ħlas ta’ overtime

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm tħallsu f’overtime l-uffiċjali ta’ detenzjoni xahar b’xahar matul is-sena 2017 kollha u minn Jannar 2018 sa Settembru 2018?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat illi l-uffiċjali ta’ detenzjoni tħallsu f’overtime xahar b’xahar matul is-sena 2017 kollha u minn Jannar 2018 sa Settembru 2018 kif jidher fit-tabella t’hawn taħt: Sena 2017 Sena 2018 Pay No. Pay No. 1 1,269.35 1 11,666.00 2 1,263.36 2 7,550.00 3 0 3 7,921.00 4 0 4 15,356.00 5 0 5 16,203.00 6 0 6 14,355.00 7 0 7 52,286.00 8 19,339.40 8 49,987.68 9 5,118.32 9 56,700.78 10 8,041.00 11 9,499.00 12 8,566.00 13 9,807.00

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – investiment kapitali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’investiment kapitali sar ġewwa l-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin fis-sena 2018? Jista’ l-Ministru jelenka l-investiment li sar wieħed b’wieħed, u kemm sewa fi ħlas?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-investiment kapitali ġewwa l-Faċilita Korrettiva ta’ Kordin għas-sena 2018 jammonta total globali ta’ €148,948.07. Dettalji tal-proġetti kif jidher fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Fil-preżent qed isir “prison brief” u eventwalment għandu jsir “design brief” ħalli l-awtoritajiet jiddeeċiedu l-bidliet infrastrutturali kollha neċessarji fil-faċilita.

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – direct orders

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inħarġu direct orders mill-awtoritajiet tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin matul is-sena 2018 sa issa, lil min ingħataw dawn id-direct orders u kemm swew?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Direct Orders li ħarġu mill awtoritajiet tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin matul is-sena 2018 s'issa huma dawn imsemmija: Description Awarded to Value Provision of a prison chaplain at CCF for a period of 12 months Capuchin Province of Malta €14,734.00 Procurement of SEAT Toledo Style Continental Cars Ltd €19,600.00 Provision of service for Sports Co-ordinator within the Correctional Services €24,440.00 Supply and delivery of six fully automatic external defibrillators Technoline €9,784.27 Procurement of equipment for security purposes €18,256.00

Forzi Armati ta’ Malta – missjonijiet ta’ salvataġġ ta’ immigranti fuq il-baħar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba kien hemm missjonijiet ta’ salvataġġ ta’ immigranti fuq il-baħar mill-Forzi Armati ta’ Malta tul is-sena 2017 xahar b’xahar u fl-2018 xahar b’xahar sa Settembru 2018?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-missjonijiet ta’ salvataġġ ta’ immigranti fuq il-baħar imwettqa mill-Forzi Armati ta’ Malta matul l-2017 u sa Settembru 2018, huwa kif ġej: Sena 2017 Sena 2018 Xahar Missjonijiet Xahar Missjonijet Jannar 1 Jannar 1 Frar 1 Marzu 1 April 1 Mejju 1 Mejju 2 Ġunju 2 Ġunju 2 Lulju 1 Lulju 1 Awwissu 4 Awwissu 1 Total 10 Novembru 1 Total 10

Persuni mressqa l-Qorti – appartamenti privati u ħwienet użati għal skop ta’ prostituzzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il persuna tressqet il-Qorti akkużata li ippermettiet ħanut, alloġġ, lukanda jew appartament privat biex jiġi wżat bħala post ta' laqgħa għal skop ta' prostituzzjoni jew skopijiet oħra immorali bi ksur tal-artikolu 9 tal-Ordinanza dwar il-Qirda tal-Kummerċ fil-Prostituzzjoni (Kap. 63 tal-Liġijiet ta' Malta)? Jista' jgħid kemm-il persuna nstabet ħatja, kemm kienu nisa u kemm kienu rġiel, ta' liema nazzjonalità kienet il-persuna u x'kienet il-piena li ngħatat mill-Qorti? Jista' jgħid kemm-il każ kien jirreferi għal ħanut, kemm-il każ kien jirreferi għal alloġġ, kemm-il każ kien jirreferi għal lukanda, kemm-il każ kien jirreferi għal appartament privat u jindika f'liema lokalità kienu jinsabu?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat li fil-perjodu indikat mill-Onor. Interpellant kien hemm każ wieħed fejn persuna tressqet il-Qorti fuq ksur tal-artikolu 9 tal-Kap. 63 tal-Liġijiet ta' Malta. Din hi l-istess persuna li tressqet ukoll fuq akkużi relatati mal-mistoqsijiet 7039 u 7042.

Persuni mressqa l-Qorti – kiri/użu ta’ dar jew fond użat għal skop ta’ prostituzzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il persuna tressqet il-Qorti akkużata li tat b'kiri jew ippermettiet l-użu ta' dar jew fond għal skop ta' prostituzzjoni jew għal skopijiet oħra immorali bi ksur tal-artikolu 10 tal-Ordinanza dwar il-Qirda tal-Kummerċ fil-Prostituzzjoni (Kap. 63 tal-Liġijiet ta' Malta)? Jista' jgħid kemm-il persuna nstabet ħatja, kemm kienu nisa u kemm kienu rġiel, ta' liema nazzjonalità kienet il-persuna u x'kienet il-piena li ngħatat mill-Qorti? Jista' jindika f'liema lokalità kienu jinsabu d-djar jew fondi?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat li fil-perjodu indikat mill-Onor. Interpellant kien hemm każ wieħed fejn persuna tressqet il-Qorti fuq ksur tal-artikolu 10 tal-Kap. 63 tal-Liġijiet ta' Malta’. Din hi l-istess persuna li tressqet ukoll fuq akkużi relatati mal-mistoqsija 7039 u 7041.

Kummissarju tal-Pulizija – avviż bil-miktub

Question

Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il avviż bil-miktub ta l-Kummissarju tal-Pulizija biex sid jew persuna li għandha l-amministrazzjoni ta' dar jew lokal ieħor ta' proprjetà u li huma wżati għal skop ta' prostituzzjoni jew skopijiet oħra immorali, jieħu l-passi meħtieġa quddiem il-Qorti għall-iżgumbrament tal-persuni li jkunu qegħdin joqogħdu f'dak il-fond skont dak li jipprovdi l-artikolu 12 (1) tal-Ordinanza dwar il-Qirda tal-Kummerċ fil-Prostituzzjoni (Kap. 63 tal-Liġijiet ta' Malta)? Jista' jgħid kemm-il persuna ġiet akkużata li naqset milli tieħu l-azzjoni mitluba mill-Kummissarju tal-Pulizija, kemm-il persuna nstabet ħatja, kemm kienu nisa u kemm kienu rġiel, ta' liema nazzjonalità kienet il-persuna u x'kienet il-piena li ngħatat mill-Qorti? Jista' jindika f'liema lokalità kienu jinsabu d-djar jew proprjetà oħra?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat li ma kien hemm ebda każ fejn ħareġ avviż bil-miktub tal-Kummissarju tal-Pulizija biex sid jew persuna li għandha l-amministrazzjoni ta' dar jew lokal ieħor ta' proprjetà u li huma wżati għal skop ta' prostituzzjoni jew skopijiet oħra immorali, jieħu l-passi meħtieġa quddiem il-Qorti għall-iżgumbrament tal-persuni li jkunu qegħdin joqogħdu f'dak il-fond skont dak li jipprovdi l-artikolu 12 (1) tal-Ordinanza dwar il-Qirda tal-Kummerċ fil-Prostituzzjoni (Kap. 63 tal-Liġijiet ta' Malta) fil-perjodu indikat minnu.

Kummissarju tal-Pulizija – ordnijiet għal żgumbrament ta’ appartamenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il ordni ta l-Kummissarju tal-Pulizija biex dar, ħanut, alloġġ, lukanda, appartament jew fond ieħor jinżammu magħluqa sa ma l-Qorti tagħti sentenza skont dak li jipprovdi l-artikolu 13 tal-Ordinanza dwar il-Qirda tal-Kummerċ fil-Prostituzzjoni (Kap. 63 tal-Liġijiet ta' Malta)? Jista' l-Ministru jgħid kemm-il każ kien jirreferi għal dar, kemm-il każ kien jirreferi għal ħanut, kemm-il każ kien jirreferi għal alloġġ, kemm-il każ kien jirreferi għal lukanda, kemm-il każ kien jirreferi għal appartament, kemm-il każ kien jirreferi għal fond ieħor u jindika f'liema lokalità kienu jinsabu?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat li fil-perjodu indikat mill-Onor. Interpellant kien hemm dsatax-il okkażjoni fejn intalbet ordni tal-Kummissarju tal-Pulizija permezz tal-Prosekutur biex dar, ħanut, alloġġ, lukanda, appartament jew fond ieħor jinżammu magħluqa sa mal-Qorti tagħti sentenza skont dak li jipprovdi l-artikolu 13 tal-Kap. 63 tal-Liġijiet ta' Malta li ġew milqugħa. Dawn kienu kollha ħwienet u fil-lokalitajiet indikati fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ħruġ ta’ aggressuri minn djar tal-vittmi ta’ vjolenza domestika — każijiet

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 6629, jista’ l-Ministru jgħid għaliex tagħrif tant importanti ta’ kemm ħarġu aggressuri mid-djar tal-vittmi ta’ vjolenza domestika ma tinżammx mill-Pulizija?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat li għalkemm tagħrif ta’ kemm ħarġu aggressuri mid-djar tal-vittmi ta’ vjolenza domestika huwa importanti, bħalma hu importanti tagħrif fuq diversi materji oħra li jintalbu permezz ta’ interpellanzi, dan it-tagħrif qatt ma kien jinżamm taħt forma kompjuterizzata fis-sistema nazzjonali tal-Pulizija. Għalkemm din tiġi upgraded regolarment mhux possibbli li tkopri kull informazzjoni li tiġi mitluba. Infurmat li biex tinġabar l-informazzjoni jrid isir eżami manwali li jinħtieġ ħafna żmien u riżorsi u peress li ma teżistix din il-kategorija fis-sistema, il-figuri jista’ ma jkunux veritieri. Madankollu infurmat li qed isiru arrangamenti biex jekk ikun possibbli fil-futur tidħol kategorija ta’ din ix-xorta fis-sistema nazzjonali tal-pulizija.

Sentenza tal-Qorti Kostituzzjonali rigward każ

Question

Wara s-sentenza tal-Qorti Kostituzzjonali fil-każ li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, deċiża fil-5 ta’ Ottubru 2018, jista’ l-Ministru jgħid x’qed jistenna li bħala l-Ministru responsabbli mill-Korp tal-Pulizija, jerfa’ r-responsabbiltà politika għal dak li ġie deċiż u ċjoè li kien u hemm ksur tal-artikolu 2 u 6 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem meta l-Assistent Kummissarju li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament ukoll, ingħata l-inkarigu li jinvestiga l-qtil tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, kuntrarju għal dak allegat minnu, il-Qorti Kostituzzjonali ma sabitx ksur tal-Artiklu 6 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem. Sadanittant nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-istqarrija li ħareġ il-Gvern ftit minuti wara din is-sentenza.

Korp tal-Pulizija – ħlas ta’ overtime

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm ħlas ta’ overtime fil-Korp tal-Pulizija xahar b’xahar fis-sena 2017 kollha u kull xahar fis-sena 2018 minn Jannar sa Settembru 2018?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat illi l-ħlas ta’ overtime fil-Korp tal-Pulizija għas-snin 2017 u sa Settembru 2018, maqsum xahar b’xahar kien kif jidher hawn taħt: Sena 2017 Sena 2018 Pay No. € Pay No. € 1 95,388.24 1 191,874.25 2 121,247.33 2 234,737.70 3 431,558.49 3 201,715.16 4 232,072.09 4 255,168.12 5 220,986.37 5 319,274.28 6 350,983.59 6 1,801.35 7 208,270.30 7 346,755.07 8 493,218.01 8 352,630.41 9 171,342.79 9 411,100.22 10 154,254.88 11 161,587.92 12 253,240.40 13 269,872.22

Korp tal-Pulizija – ħlasijiet ta’ extra duties

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru ħlasijiet ta’ extra duties lill-membri tal-Korp tal-Pulizija fis sena 2017 xahar b’xahar, u kemm saru ħlasijiet ta’ extra duties xahar b’xahar minn Jannar 2018 sa Settembru 2018?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat li l-ħlasijiet ta’ extra duties li saru lill-membri tal-Korp tal-Pulizija fis-snin 2017 u 2018 sa Settembru, xahar b’xahar għal kull sena, kien kif jidher fit-tabella t’hawn taħt : Sena 2017 Sena 2018 Pay € Pay € 1 308,203.16 1 313,072.08 2 501,224.41 2 550,579.47 3 367,413.88 3 290,961.06 4 258,056.56 4 263,727.00 5 243,590.17 5 238,092.83 6 303,872.97 6 265,244.98 7 191,655.49 7 322,364.74 8 753,358.86 8 264,944.67 9 255,999.48 9 259,065.53 10 233,056.52 11 439,651.99 12 271,693.21 13 109,326.29

Persuni detenuti l-ħabs li għaddejjin bi proċeduri fil-Qorti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni preżentement detenuti fil-ħabs li għadhom għaddejjin bi proċeduri l-Qorti u li fil-konfront tagħhom għad ma hemmx sentenza definittiva?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi preżentament hemm mija disgħa u sebgħin (179) persuna detenuti fil-ħabs li għadhom għaddejjin bi proċeduri bil-Qorti u li fil-konfront tagħhom għad m’hemmx sentenza definittiva.

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – persuni li qed iservu sentenza

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni preżentement fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin li qed iservu sentenza ta’ ħabs?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi preżentament fil-Faċilita Korrettiva ta’ Kordin, hemm erbgħa mija u tlieta (403) persuni li qed iservu sentenza ta’ ħabs.

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin — nisa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm nisa fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin xahar b’xahar minn Jannar 2018 sa Settembru 2018?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-ammont ta’ priġunieri nisa ġewwa l-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin minn Jannar 2018 sa Settembru 2018 huwa kif indikat: Jannar 60 Frar 61 Marzu 62 April 61 Mejju 60 Ġunju 59 Lulju 61 Awwissu 60 Settembru 59

insetti perikolużi fi premises — rapporti

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta f'każ ta' emerġenza għaqda ta' żgħażagħ, jew familja, jew kull persuna oħra, jirrapportaw lill-Awtoritajiet bħall-Pulizija jew id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili b'rapport li fil-premises daħlu insetti bħal żnażan li joħolqu periklu għal min jiffrekwenta l-premises, min minn dawn l-entitajiet jista' jerfa' r-responsabbiltà biex ikun jista' jneħħi dak il-periklu li jkun rapportat? Qed insaqsi din il-mistoqsija peress li l-Mosta Girl Guides għamlu tali rapport u spiċċaw biex s'issa ma nstabet l-ebda entità tal-gvern li terfà din ir-responsabbiltà li tneħħi dawn l-insetti?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel din il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Persuni li qed jiskontaw sentenza ta’ ħabs

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li qed jiskontaw sentenza ta’ ħabs?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi preżentament fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin, hemm erbgħa mija u tlieta (403) persuni li qed iservu sentenza ta’ ħabs.

Persuni ta’ anqas minn 35 sena li qed jiskontaw sentenza ta’ ħabs

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni taħt il-35 sena li qed jiskontaw sentenza ta’ ħabs?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi preżentament fil-ħabs hemm mija wieħed u erbgħin (141) persuna taħt il-35 sena li qed jiskontaw sentenza ta’ ħabs.