Legislature:
Category:
Reset
Active:

Serq — Rapporti ta’ każijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti ta’ każijiet ta’ serq fis-segwenti lokalitajiet tul is-sena 2020 kollha: Belt Valletta, Floriana, Marsa, Ħamrun, Bormla, Isla, Birgu, Fgura, Ħaż-Żabbar, Tarxien, Santa Luċija, Mqabba, Kirkop, Qrendi, Luqa, Ħal Qormi, Siġġiewi, Birżebbuġa, Marsaxlokk, Safi, Żurrieq, Ħaż-Żebbuġ, Rabat, Mġarr, Mtarfa, Birkirkara, Iklin, Santa Venera, Balzan, Lija, Naxxar, San Pawl il-Baħar, Mellieħa, Mosta, Attard, Tas-Sliema, San Ġiljan, Swieqi, Pembroke, Għargħur, Msida, Gżira, San Ġwann u Għawdex?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi n-numru ta’ rapporti ta’ każijiet ta’ serq li kien hemm matul is-sena 2020 fil-lokalitajiet elenkati mill-Onorevoli Interpellant, kienu kif jidhru fit-tabella hawn taħt: Lokalita Numru ta’ rapporti ATTARD 50 BALZAN 23 BIRGU 22 BIRKIRKARA 167 BIRZEBBUGIA 111 BORMLA 72 FGURA 83 FLORIANA 67 GHARGHUR 11 GZIRA 151 HAMRUN 181 IKLIN 15 ISLA 22 KIRKOP 16 LIJA 4 LUQA 59 MARSA 138 MARSAXLOKK 55 MELLIEHA 104 MGARR 24 MOSTA 120 MQABBA 15 MSIDA 201 MTARFA 3 NAXXAR 75 PEMBROKE 17 QORMI 212 QRENDI 10 RABAT 53 SAFI 9 SAN GILJAN 394 SAN GWANN 72 SAN PAWL IL-BAHAR 423 SANTA LUCIJA 13 SANTA VENERA 69 SIGGIEWI 42 SLIEMA 248 SWIEQI 60 TARXIEN 65 VALLETTA 168 ZABBAR 96 ZEBBUG 68 ZURRIEQ 44 GOZO 185 Total 4037

Vjolenza domestika — Rapporti ta’ każijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm rapporti ta’ każijiet ta’ vjolenza domestika mis-segwenti lokalitajiet tul is-sena 2020 kollha: Belt Valletta, Floriana, Marsa, Ħamrun, Bormla, Isla, Birgu, Fgura, Ħaż-Żabbar, Tarxien, Santa Luċija, Mqabba, Kirkop, Qrendi, Luqa, Ħal Qormi, Siġġiewi, Birżebbuġa, Marsaxlokk, Safi, Żurrieq, Ħaż-Żebbuġ, Rabat, Mġarr, Mtarfa, Birkirkara, Iklin, Santa Venera, Balzan, Lija, Naxxar, San Pawl il-Baħar, Mellieħa, Mosta, Attard, Tas-Sliema, San Ġiljan, Swieqi, Pembroke, Għargħur, Msida, Gżira, San Ġwann u Għawdex?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi skond is-sistema elettronika tal-Pulizija n-numru ta’ rapporti li saru matul is-sena 2020 dwar każijiet ta’ vjolenza domestika fil-lokalitajiet imsemmija mill-Onorevoli Interpellant, kien kif jidher hawn taħt: Lokalita Numru ta’ Rapporti ATTARD 26 BALZAN 9 BIRGU 15 BIRKIRKARA 62 BIRZEBBUGIA 69 BORMLA 51 FGURA 57 FLORIANA 19 GHARGHUR 5 GZIRA 22 HAMRUN 47 IKLIN 4 ISLA 23 KIRKOP 12 LIJA 5 LUQA 28 MARSA 36 MARSAXLOKK 19 MELLIEHA 30 MGARR 17 MOSTA 56 MQABBA 11 MSIDA 31 MTARFA 11 NAXXAR 25 PEMBROKE 10 QORMI 69 QRENDI 11 RABAT 16 SAFI 6 SAN GILJAN 24 SAN GWANN 27 SAN PAWL IL-BAHAR 93 SANTA LUCIJA 16 SANTA VENERA 29 SIGGIEWI 26 SLIEMA 36 SWIEQI 20 TARXIEN 30 VALLETTA 38 ZABBAR 82 ZEBBUG 38 ZURRIEQ 45 GOZO 103 Total 1409

Infrastructure Malta – każijiet investigati mill-pulizija swar sfreġju ambjentali

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19689 u jindika liema u kemm-il każ il-pulizija investigat jew qed tinvestiga dwar l-allegati llegalitajiet u oħrajn konfermati bi sfreġju ambjentali li wettqet jew qed twettaq Infrastructure Malta waqt “xogħlijiet” li wettqet jew qed twettaq f’pajjiżna?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Il-Pulizija tieħu ħsieb li tinvestiga kull allegazzjoni li jkollha f'ideja ġejja minn fejn ġejja u ma teħtieġ l-ebda permess biex tagħmel dan. Jekk jeżistu dawn l-allegazzjonijiet li qed isemmi l-Onor. Interpellant, u dawn qegħdin għand il-Pulizija, m'hemmx dubbju li qed isiru l-investigazzjonijiet neċessarji.

Armata – persuni li ser jispiċċaw b’25 sena servizz

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm se jispiċċaw mill-armata b’25 sena servizz tul l-2021 u minn liema ranks?

Response (CAMILLERI, BYRON)

l-Onorevoli Interpellant għandu jkun infurmat illi l-membri tal-FAM m’humiex obbligati jieqfu jservu hekk kif jagħlqu l-25 sena servizz. Skont il-liġi militari, dawn il-membri jistgħu jibqgħu iservu sakemm jagħlqu l-55 sena tagħhom. Fiż-żmien li ġej ser ikun hemm reklutaġġ fis-sezzjoni tal-SoU u tac-C company filwaqt li ser ikun hemm ukoll reklutaġġ għal-lance bombardier u għal dawk li jridu jaħdmu fis-snajja.

Gwardjani tal-Ħabs li ser jispiċċaw b’25 sena servizz

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm se jispiċċaw Gwardjani tal-Ħabs b’25 sena servizz tul l-2021?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onor Interpellant li 12-il persuna konfermati li se jispiċċaw filwaqt li 10 persuni oħra jistgħu jagħżlu jekk ikomplux jaħdmu fis-servizz. Dan filwaqt li fl-aħħar sena kienu ngaġġati 102 rekluti ġodda. Sal-2022 se jkunu ġew ingaġġati 68 rekluta ieħor. Infakkar li kif ġja kelli ċ-ċans nispjega f’numru ta’ PQs oħra, fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin sar ukoll ingaġġ bla preċedenti ta’ numru professjonisti mediċi, kif ukoll professjonisti oħra li jgħinu fir-riabilitazzjoni tar-residenti tal-istess post.

Infrastructure Malta – każijiet investigati mill-pulizija swar sfreġju ambjentali

Question

Jista’ l-Ministru jindika liema u kemm-il każ il-pulizija investigat jew qed tinvestiga dwar l-allegati llegalitajiet u oħrajn konfermati bi sfreġju ambjentali li wettqet jew qed twettaq Infrastructure Malta waqt “xogħlijiet” li wettqet jew qed twettaq f’pajjiżna?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onor Interpellant li t-tagħrif ser jingħata f'seduta oħra.

Immigranti Illegali — ripatriazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18282 u jgħid kemm kien in-numru ta' immigranti illegali li kienu ilhom Malta mill-2019 u li ġew ripatrijati fit-12 ta' Jannar 2021, in-nazzjonalità tagħhom, fejn ġew irritornati u kemm kienet l-għajnuna finanzjarja mogħtija mill-Unjoni Ewropea għal din l-operazzjoni u jekk kienx hemm għajnuna oħra mill-Unjoni Ewropea sabiex din l-operazzjoni sseħħ? Jista' jagħti l-istess informazzjoni mitluba għat-titjiriet l-oħra ta' ripatriju li saru wara d-data msemmija irrispettivament mid-data tal-wasla tar-ripatrijati?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onor Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f'seduta oħra.

Third Country Nationals li daħlu illegalment f’pajjiżi tal-Unjoni Ewropea li mhux Malta

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18328 u ċioè jgħid kemm hawn Third Country Nationals fil-pajjiż li oriġinarjament kienu daħlu illegalment fl-Unjoni Ewropea f'xi pajjiż ieħor membru tal-Unjoni u mhux f'Malta? Jista' jagħti l-figuri ta' kemm kien hemm Third Country Nationals li ġew ritornati lejn il-pajjiżi membri l-oħra tal-Unjoni Ewropea fejn kienu daħlu oriġinarjament skont ir-regolamenti ta' Dublin mill-2010 'l hawn, sena b'sena? U kemm ġew ritornati lejn Malta skont l-istess regolamenti fl-istess perjodu?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onor Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

Immigranti Illegali f’Malta

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18329 u jgħid kemm waslu immigranti illegali f'pajjiżna, sena b'sena mill-2010 'l hawn? Kemm minnhom ġew ripatrijati lejn il-pajjiż tal-oriġini u kemm minnhom ġew rilokati f'pajjiżi oħra sena b'sena fl-istess perjodu?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onor Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f'seduta oħra.

Pulizija li ser jispiċċaw b’25/30 sena servizz

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm se jispiċċaw pulizija b’25/30 sena servizz tul l-2021 u minn liema ranks?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi n-numru ta' Uffiċjali fil-Korp tal-Pulizija li talbu biex jirtiraw bil-penzjoni wara 25/30 sena servizz, tul din is-sena, humma ta' 115. b'26 minnhom li huma Surġenti, 3 li huma Maġġuri fit-tieni klassi, 2 Spetturi u 3 Supretendenti. Ninforma wkoll lill-Onor. Interpellant illi wara l-investiment bla preċedent li sar fil-Korp tal-Pulizija, li jinkludu kundizzjonijiet aħjar lill-istess Uffiċjali tal-korp, matul din is-sena se jkunu saru tlett reklutaġġi u żewġ sejħiet biex ikunu ngaġġati Kuntistabbli ġodda. Infatti ftit tal-jiem ilu għadni kemm assistejt għaċ-ċerimonja ta' 65 Kuntistabbli ġdid. Fil-ġimgħat li ġejjin se jsir reklutaġġ ieħor biex sat-tielet kwart ta' din is-sena jkunu ġew ingaġġati iżjed Kuntistabbli ġodda. Lejn tmiem din l-istess sena se jkollna reklutaġġ ieħor. Dan hu l-Gvern li tabilħaqq qed jinvesti fil-Korp tal-Pulizija b'mod ħolistiku.

Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi — impjegati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna hija impjegata fil-Ministeru u fid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu f’kull skala tas-salarju provdut fil-gradi ta’ salarji għas-servizz pubbliku u jgħid kemm minnhom huma nisa u kemm minnhom huma rġiel?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nirreferi l-Onor Interpellant għat-tweġiba parlamentari 19253.

Bord ta’ Rijabilitazzjoni ta’ Persuni li nqabdu bid-drogi — ħidma

Question

B’referenza għall-Att Dwar Dipendenza Fuq Id-Droga (Trattament Mhux Priġunerija) Kapitolu 537 tal-liġijiet ta’ pajjiżna, jista’ l-Ministru jgħid x’ħidma saret tul is-sena li għaddiet mill-Bord ta’ Rijabilitazzjoni ta’ Persuni li nqabdu bid-droga?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Ħabs – Psikjatri, psychologists u assistant psychologist impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid, sena b’sena, kemm kien hemm psikjatri, psychologists u assistant psychologists impjegati mal-ħabs mill-2013 sa meta tiġi mwieġba din id-domanda?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Kif ġja kelli ċ-ċans nispjega u ninforma lill-Onor Interpellanta, dan il-Gvern qed jinvesti fil-ħabs biex ta' bilħaqq iservi ta' Faċilità korrettiva. Infurmat ukoll illi qabel l-2013 kien hemm 2 psikologi. Biex imbagħad wara l-2013 issaħħaħu s-servizzi tal-psikoloġisti kif ukoll ta' l-assistenti psikoloġisti li jagħtu servizz fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin. Fl-aħħar sena apparti s-servizz offrut mid-dipartiment tas-saħħa permezz ta’ żewġ pskijatri, ġie ngaġġat ukoll psikjatra ieħor full time fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin. B'hekk fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin hemm b'kollox fuq bażi full time hemm; tlett psikologi, sitt assistanti psikologi u psikjatra biex ikunu ta' assistenza għall-priġunieri li jiġu bżonnhom.

Ħabs — Social Workers, Social Welfare Professionals u Care Plan Coordinators impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid, sena b’sena, kemm kien hemm Social Workers, Social Welfare Professionals u Care Plan Coordinators impjegati mal-ħabs mill-2013 sa meta tiġi mwieġba din id-domanda?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Intenni mal-Onor Interpellanta li waqt li qed nispjega PQs konsekuttivi relatati mal-ħabs, qed nuri l-ħidma l-kbira li saret fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin biex insaħħu s-servizzi lill-priġunieri fir-riabilitazzjoni tagħhom. Għalhekk relatat bħala tweġiba għal din il-PQ, apparti social worker direttament impjegata mal-Agenzija għas-Servizzi Korrettivi, hemm żewġ social workers mill-FSWS. Fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin hemm ukoll ħames impjegati bħala Social Walfare Professionals mill-FSWS filwaqt li impjegat ieħor iservi bħala care plan coordiantor.

Ħabs — NGOs

Question

Jista' l-Ministru jgħid, ma’ liema NGOs fil-qasam soċjali hemm ftehim bejn il-Faċilità Korrettiva u l-imsemmija NGOs? X’inhu l-valur ta’ dan is-servizz u fiex jikkonsisti?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma l-Onor Interpellanta li l-informazzjoni mitluba hi kif ġej: NGO Servizz Provdut Valur RISe Ir-RISe tipprovdi servizzi ta’ rijabilitazzjoni u rintegrazzjoni għall-priġuniera f’dar fil-komunità. Il-priġunieri filwaqt li jingħataw għajnuna professjonali, jingħataw kull għajnuna sabiex anke jinstabilhom impjieg €12,000 fis-sena Fondazzjoni Suret il-Bniedem Donazzjoni lil-Fondazzjoni li tipprovdi servizz ta’ akkomodazzjoni lid-detenuti li jkunu waslu biex joħorġu bl-għan li tgħinhom fir-riabilitazzjoni u r-rientegrazzjoni tagħhom lura fis-soċjetà €12,000 fis-sena Caritas Programm terapewtiku għad-detenuti dipendenti mid-droga €64.74 għal kull persuna kuljum sa massimu ta €330,850 għas-sena 2021 Mid-Dlam Għad-Dawl Servizz ta sapport u informazzjoni kif ukoll għajnuna professjonali fil-forma ta psikoterapija u ‘counselling’ lill-familji u tfal tad-detenuti u lid-detenuti infushom Is-somma massima ta’ €458,580 maqsumin fuq 3 snin bejn 2021 u 2023

Bord Konsultattiv għall-Politika dwar l-Għoti tas-Sentenzi

Question

B’referenza għall-artikolu 9 tal-Att Dwar Dipendenza Fuq Id-Droga (Trattament Mhux Priġunerija) Kapitolu 537 tal-Liġijiet ta’ Pajjiżna, jista’ l-Ministru jgħid x’ħidma saret mill-Bord Konsulttativ għall-Politika dwar l-Għoti tas-Sentenzi? Jista’ jgħid minn min huwa kompost? Kif ukoll jekk kienx hemm proposti għall-estenzjoni taħt is-sub-artikolu tlieta tal-istess?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nitlob lill-Onor Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Ħabs – tobba u nurses impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid, sena b’sena, kemm kien hemm tobba u nurses impjegati mal-ħabs mill-2013 sa meta tiġi mwieġba din id-domanda?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onor Interpellanta li llum kien inawgurat ċentru mediku ġdid fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin, li ser ikompli jsaħħaħ ir-rijabiltazzjoni u s-saħħa tar-residenti tal-istess Faċilità. Fl-aħħar snin u xhur issaħħu s-servizzi ta' professjonisti fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin. B'differenza għal dak li kien hemm qabel l-2013, fejn kien hemm tabib wieħed biss u xejn nurses, illum għandna tnax-il professjonist mediku u għall-ewwel darba, se nkunu qegħdin ningaġġaw dentist full time. Barra minn hekk, hemm ukoll 8 professjonisti oħra biex il-priġunieri jingħataw kura ħolisitika.

Protezzjoni Ċivili – rapport ta’ każijiet ta’ ħruq ta’ proprjetà u ta’ siġar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew reġistrati rapporti mal-Protezzjoni Ċivili ta’ każijiet ta’ ħruq ta’ proprjetà u ta’ siġar?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant , li fis-sena’ 2020 kellna 303 nirien ġewwa propretajiet, li jvarjaw fit-tip ta’ ħruq tagħhom kif ukoll il-post, jinkludi bini abbandunat u sub station. Rigward is-siġar kellna 31 sejħa speċifikata fuq siġar jaqbdu, imma tajjeb li wieħed ikun jaf li kellna 888 każ ta’ grass fires li jista’ jkun fihom xi siġar ukoll.

Raħal Ġdid – Inċidenti u delitti marbuta ma’ ħruq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew reġistrati inċidenti u delitti marbuta ma’ ħruq f’Raħal Ġdid fl-Għassa tal-Pulizija tul dawn l-aħħar ħames snin u jistax jindika jekk fosthom kienx hemm proprjetà tal-Gvern jew korporazzjonijiet?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi bejn l-ewwel ta’ Jannar 2015 u l-31 ta’ Dicembru 2020, in-numru ta’ kazijiet dwar incidenti u/jew delitti (arson) marbuta ma’ ħruq f’Rahal Gdid, irrapportati lill-Pulizija, kien ta’ disgħa u tmenin (89). Seba’ (7) kazi kienu jinvolvu propjeta tal-gvern li erba’ (4) minnhom kienu nirien imqabbda apposta (arson) . Sena Delitti ta’ ħ ruq (arson) Incidenti ta’ ħ ruq (fire) Total 2015 6 14 20 2016 3 14 17 2017 5 16 21 2018 1 7 8 2019 1 11 12 2020 4 7 11 Total 20 69 89