Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn persuni li ngħataw Nomad Residence Permit?
Response (CAMILLERI, BYRON)
L-għan tan-Nomad Residence Permit huwa li pajjiżna jattira remote workers ta' kwalità li jikontribwixxu għall-ekonomija ta' pajjiżna. Fl-ewwel sentejn tiegħu dan il-programm kien ta' suċċess hekk kif ġew approvati 686 permess ta’ residenza lill-applikanti minn pajjiżi terzi li applikaw għan-Nomand Residence Permit kif ukoll 282 permess lill-familjari tagħhom li applikaw bħala dipendenti.
Minn studju tal-Aġenzija Residenza Malta jirriżulta li l-età medja ta' min japplika hija ta' 37 sena u għandhom dħul medju ta’ sebgħa u erbgħin elf Ewro fis-sena illi jaqbeż bid-doppju r-rekwiżit minimu skont il-liġi. Jirriżulta wkoll illi dawn l-applikanti jonfqu madwar tlett elef ewro fix-xahar ġewwa pajjiżna.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12195 fl-intier tagħha u jgħid x’inhuma r-reati li jinsabu akkużati bihom is-suldati li jinsabu sospiżi mill-qadi ta’ dmirijiethom minħabba li għandhom proċeduri pendenti?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat illi hemm proċeduri kriminali ta’ delitt pendenti quddiem il-Qrati.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12196 fl-intier tagħha u jgħid x’inhuma r-reati li jinsabu akkużati bihom il-pulizija li jinsabu sospiżi mill-qadi ta’ dmirijiethom minħabba li għandhom proċeduri pendenti?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi l-akkużi huma relatati ma’ vjolenza domestika, abbuż/pussess/traffikar ta' droga, frodi għad-detriment tal-Gvern, użu ħażin tal-komputer, serq, misapproprijazzjoni, mewt involontarju, offiżi fuq persuni aggravat jew motivat fuq bażi ta' razza jew kulur, vjolenza razzjali, feriti gravi u falsifikazzjoni.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12197 fl-intier tagħha u jgħid x’inhuma r-reati li jinsabu akkużati bihom il-membri tal-Protezzjoni Ċivili li jinsabu sospiżi mill-qadi ta’ dmirijiethom minħabba li għandhom proċeduri pendenti?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li huma proċeduri marbuta ma’ vjolenza domestika.
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex il-P71 għadha qed tirċievi s-supply tal-elettriku permezz ta’ generator? Jista’ jgħid ukoll jekk minħabba dan l-istat ta’ fatt hux qed jintefqu madwar 1,300/1,400 diesel kuljum?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat illi l-P71 qegħda tirċievi s-supply tal-elettriku permezz ta’ generator temporanjament sakemm tissolva problema li mistennija tissolva fil-ġimgħat li ġejjin.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk titteħidx azzjoni meta persuna tidħol f’Malta b’mod irregolari u ma tkunx intitolata għall-ażil? Jista’ jgħid ukoll x’qed tagħmel Malta fuq ir-ritorn ta’ dawn il-persuni?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi meta persuni jidħlu f’Malta b’mod irregolari u ma jkunux intitolati għall-ażil tittieħed azzjoni mill-uffiċċjali tat-Taqsima tal-Immigrazzjoni fi ħdan il Korp tal-Pulizija jew ir-Returns Unit, fil-parametri li tipprovdi l-liġi nazzjonali kif ukoll dik tal-Unjoni Ewropeja, biex dawn jiġu ritornati lura pajjiżhom, kemm b’mod sfurzat jew b’mod volontarju. Il-proċessi li jittieħdu huma varji u jiddependu minn diversi elementi, prinċipalment jekk il-persuni ta’ pajjiżi terzi li jkunu waslu irregolarment ikollhomx dokument ta’ vjaġġar jew le. Meta dawn ma’ jkunux disponibbli jinbdew il-proċeduri neċessarji, fejn bl-assistenza tal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin, dokumenti validi jiġu akwistati mill-awtoritajiet tal-pajjiż tal-oriġini ta’ dawn il-persuni. Ladarba d-dokumenti jiġu provduti, jsiru l-arranġamenti biex dawn jintbagħtu pajjiżhom, permezz ta’ titjiriet skedati jew chartered u xi drabi anke b’titjiriet chartered li torganizza l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta’ (Frontex).
Sabiex jigi msaħħaħ il-proċess tar-ritorn, f’Jannar tal-2021, il-Gvern waqqaf Returns Unit fi ħdan il-Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza. L-għan tar-Returns Unit hu li jikumplimenta x-xogħol tal-Pulizija tal-Immigrazzjoni billi jsir sforz akbar fil-qasam tar-ritorn volontarju permezz ta’ sistema ta’ return counselling u sapport għar-rintegrazzjoni fil-pajjiż tal-oriġini anke b’koperazzjoni mal-Organiżżazzjoni Internazzjonali għall-Immigrazzjoni, kif ukoll tisħieħ ta’ kooperazzjoni mal-pajjiżi tal-oriġini. Xhieda pożittiva ta’ din il-ħidma hi ż-żieda fir-ritorn ta’ persuni li daħlu Malta b’mod irregolari.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11863, jista’ l-Minitsru jgħid x’inhuma l-pjanijiet tal-Ministeru tiegħu u tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili fir-rigward ta’ żviluppi high-rise f’każ ta’ terremot? Jista’ jgħid ukoll jekk id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili għandux equipment u slielem li jwasslu għal għoli ta’ 40 sular fl-eventwalità ta’ ħruq f’dan l-għoli?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Fl-aħħar snin sar investiment bla preċedent fil-Protezzjoni Civili, sabiex dan id-dipartiment ikun f'pożizzjoni aħjar li jsalva u jipproteġi.
Infurmat illi f’każ ta’ terremot, wieħed ma jistax jieħu konsiderazzjoni ta’ binja partikolari jew grupp ta’ bini. Dan għaliex il-pajjiż kollu jiġi affetwat. Għalhekk il-Protezzjoni Ċivili flimkien mal-forzi ta’ l-ordni għanda pjanijiet ta’ kif tirrispondi għal emerġenza f’każ ta’ terrimot, biex jintużaw ir-riżorsi kollha b’mod għaqli.
Fl-aħħar snin id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili infatti nvesta ħafna mhux biss fil-makkinarju iżda anke fit-taħriġ. Fost oħrajn sar investiment ta iktar minn €20 miljun f'tagħmir, fosthom Hydraulic Platform ta' 70 metru li jintuża għall-binjiet għolja, diversi vetturi tal-heavy plant, containers mimlija bl-għodda għal inċidenti kbar u vetturi ta' salvataġġ ġodda għal dan id-Dipartiment. Qed isir xiri ta tagħmir speċjalizzat li jindirizza sfidi ġodda bħal dak li jintuża f'nirien f'bini għoli, jew nirien f'vetturi li jaħdmu bl elettriku.
Sar u qed isir investiment ta' iktar minn €10 miljuni fuq infrastruttura biex jinbnew fire stations ġodda u nimmoderniżżaw l-antiki għall-isfidi ġodda tal-lum. Saret sejħa għal reklutaġġ ġdid. Id-Dipartiment żied l-fondi għat-taħriġ minn €2,000 fis-sena 2012 għal mill-inqas €200,000 fis-sena u dan qiegħed jissarraf f'taħrig importanti għall-pumpiera tagħna. Dan qiegħed isir billi it-tahrig isir f Malta kif ukoll barra minn Malta fi skejjel speċjaliżżati għal Protezzjoni Ċivili. Illum għandna l-forza mħarrġa biex tilqa’ għal kwalunkwe sfida li Malta moderna tista tippreżenta ruħha bħal, karozzi eletttriċi, bini għoli jew kumpless, u kif isir tifi tan-nar b'sistemi iktar effiċjenti b'inqas użu ta’ ilma sabiex titnaqqas il-ħsara.
Għall-ewwel darba fl-aħħar ftit xhur dan id-dipartiment kien ukoll involut f'operazjonijiet ta' salvataġġ barra l-pajjiż kemm dawk marbuta ma’ terremot u diżastri naturali, u dan ġewwa bit-Turkija, fil-Libja u l-Greċja.
Ftehim li ġie ffirmat bejn il-Gvern Malti u kumpanija privata
Question
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kull ftehim li ġie ffirmat bejn il-Gvern Malti u/jew xi entità tiegħu u l-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat illi wara sejħa pubblika maħruġa mill-Ministeru tal-Ekonomija f'isem il-Gvern ta' Malta, il-kumpanija imsemmija ġiet magħżula biex isservi bħala konċessjonarju għall-Programm ta' Malta ta' Residenza u Visa.
Il-Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza ma kienx involut f'dan il-proċess, madanakollu għandu dokumentazzjoni relatata li ġiet mgħoddija lill-Aġenzija Residenza Malta, li ukoll ma kinitx involuta f'dan il-proċess.
Qed inpoġġi kopja tal-kuntratt kif provdut lili fuq il-Mejda tal-Kamra. Infurmat ukoll li din il-konċessjoni ma tapplikax għall-programm ta’ residenza b’investiment ġdid li daħal fis-seħħ permezz tal-Avviż Legali 121 tal-2021.
Infurmat ukoll illi fl-2013 ġie iffirmat kuntratt bejn il-Gvern ta’ Malta u l-kumpanija imsemmija wara sejħa pubblika għal konċessjoni għall-Programm tal-Investitur Individwali tar-Repubblika ta’ Malta. Infurmat li dan id-dokument huwa preżentat lill-Parlament, u għaldaqstant nirreferi lill-Onorevoli Membru għall-minuti Parlamentari tal-KUMITAT PERMANENTI DWAR ILKONTIJIET PUBBLIĊI, LAQGĦA NRU. 60, tal-Erbgħa, 18 ta’ Frar, 2015, Dok. 105 – Public Service Concession Contract between The Republic of Malta represented by the Ministry of Home Affairs and National Security and Henley & Partners Holdings Plc. Regarding The Malta Individual Investor Programme u Dok. 106 – Amendment to Public Service Concession Contract between The Republic of Malta represented by the Ministry of Home Affairs and National Security and Henley & Partners Holdings Plc. Regarding The Malta Individual Investor Programme.
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta’ kemm-il kumpens ex gratia ġie mogħti mill-Gvern Malti mis-sena 2013, sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna fil-preżent tinsab akkużata b'omiċidju volontarju quddiem il-Qrati ta' pajjiżna? Jista' l-Ministru jagħti l-isem u l-kunjom ta' kull persuna, l-età, is-sess u n-nazzjonalità tagħha u quddiem liema Qorti tinsab akkużata?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Taħriġ lill-pulizija dwar każijiet ta' persuni li jkunu ta’ periklu għalihom nnifishom jew għal ħaddieħor
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’taħriġ qed jirċievu l-pulizija biex ikunu jistgħu jintervjenu minnufih f'każ fejn persuna tkun ta’ periklu għaliha jew għal ħaddieħor minħabba problemi ta' saħħa mentali?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi l-Korp tal-Pulizija huwa konxju mill-bżonn, illi membri fi ħdanu jingħataw taħriġ biex ikunu kapaċi jindirizzaw u jintervjenu, f’sitwazzjonijiet li jinvolvu individwi, li jista’ jkollhom problemi ta' saħħa mentali. Permezz tat-Taqsima ta’ Taħriġ u Żvilupp tal-Korp, l-Akkademja tal-Forzi Dixxiplinati u bl-assistenza ta’ professjonisti f’dan il-qasam, hemm varjetà ta’ taħriġ li jingħata fuq dan is-suġġett, li jkopri rekluti qabel jibdew id-doveri tagħhom, kif ukoll uffiċjali tal-pulizija li jkunu diġà jservu fil-korp, pulizija ta’ riserva, u ċjoè dak imsejjaħ ‘in-service training’. Partikolarment, esperti mir-Richmond Foundation u mis-SEDQA, jipprovdu tagħlim dwar kwistjonijiet marbuta ma’ saħħa mentali, bi skop li fost kwalitajiet oħra, l-istess tagħlim irendi tkabbir ta’ għarfien u abilitajet necessarji waqt li l-uffiċjali jkunu ikkonfrontati u jridu jindirizzaw dawn is-sitwazzjonijiet. L-istess taħriġ jingħata wkoll lill-uffiċjali li jkunu ġew promossi fi grad ta’ surġent jew spettur tal-Pulizija. Taħriġ addizzjonali dwar ħiliet u prattiċi importanti oħra, jingħataw ukoll lill-uffiċjali stazzjonati fit-taqsima ta’ Kontra l-Vjolenza Domestika, li jiggwidawhom biex jindirizzaw dawn is-sitwazzjonijiet. Dan barra mit-taħriġ dwar l-abilitajiet neċessarji f’dan ir-rigward, li jingħata lill-uffiċjali li jservu fit-Taqsima tal-Pulizija tal-Komunità waqt il-korsijiet ta’ induzzjoni, qabel ma dawn imorru f’din it-taqsima. Ma’ dan hemm ukoll is-sessjoni ta’ taħriġ organizzat mill-Employee Support Programme, lill-uffiċjali tas-servizz pubbliku inkluż rekluti tal-Pulizija fuq temi ta’ dan is-suġġett, li jingħata wkoll mill-Aġenziji msemmija aktar 'il quddiem. It-taħriġ fil-korp ser ikompli u diġà hemm pjani għal aktar taħriġ fiż-żmien li ġej, li jkopri kull fattur ta’ riskju ta’ saħħa mentali, sabiex waqt li l-komunità inġenerali tkun tista’ tingħata servizz aħjar, jiġi mħares ukoll kull riskju illi l-uffiċjali tal-Pulizija jistgħu jiżviluppaw, sussegwenti għal l-esperjenzi stressanti li jħabbtu wiċċhom magħhom f’dawn il-każijiet.
Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza — Impjegati li għandhom permess li jipparkjaw il-Belt
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu impjegati li għandhom permess li jipparkjaw il-karozza privata tagħhom il-Belt u jekk humiex eżentati mis-CVA?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat illi impjegati fis-Segretarjat li għandhom permess li jipparkjaw il-karozza tagħhom il-Belt huma eżentati mis-CVA, huma l-Head of Secretariat tal-Ministeru u tas-Segretarjat Parlamentari.
Jista’ l-Ministru jgħid, sena b’sena mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm kien hemm rapporti ta’ persuni li ġew traffikati?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi n-numru ta’ każi ta’ persuni li ġew traffikati wara rapporti jew minn informazzjoni oħra li kienet svelata waqt investigazzjonijiet mit-Taqsima relatata fil-Korp mis-sena 2013 sas-sena 2022 kienu kif jidher fit-tabella hawn taħt.
Sena
Ka
ż
i totali wara rapporti jew minn investigazzjonijiet
2013
4
2014
4
2015
2
2016
1
2017
2
2018
4
2019
-
2020
2
2021
-
2022
2
Persuni li tressqu l-Qorti akkużati bi traffikar ta’ persuni
Question
Jista’ l-Ministru jgħid, sena b’sena mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm tressqu persuni l-qorti akkużati bi traffikar ta’ persuni?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi n-numru ta’ persuni li tressqu l-qorti akkużati bi traffikar ta’ persuni mis-sena 2013 sas-sena 2022 kien kif jidher fit-tabella hawn taħt:
Sena
Persuni mressqa l-Qorti
2013
5 persuni
2014
5 persuni
2015
3 persuni
2016
4 persuni
2017
4 persuni
2018
10 persuni
2019
Xejn
2020
2 persuni
2021
Xejn
2022
6 persuni
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10959, jista’ l-Ministru jgħid xi preżenza tal-Forzi Armati ta' Malta u tal-LESA kien hemm fil-lokalità ta' San Pawl il-Baħar matul dan is-sajf u x'tip ta' interventi kienu mitluba jwettqu?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Nitlob l-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11825.
Ftehim li ġie ffirmat bejn il-Gvern Malti u kumpanija privata
Question
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kull ftehim li ġie ffirmat bejn il-Gvern Malti u/jew xi entità tiegħu u l-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Il-Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza ma kienx involut f'dan il-proċess, madanakollu għandu dokumentazzjoni relatata li ġiet mgħoddija lill-Aġenzija Residenza Malta, li wkoll ma kinitx involuta f'dan il-proċess.
Infurmat illi wara sejħa pubblika maħruġa mill-Ministeru tal-Ekonomija f'isem il-Gvern ta' Malta, il-kumpanija imsemmija ġiet magħżula biex isservi bħala konċessjonarju għall-Programm ta' Malta ta' Residenza u Visa. Qed inpoġġi kopja tal-kuntratt kif provdut lili fuq il-Mejda tal-Kamra. Infurmat ukoll li din il-konnessjoni ma tapplikax għall-programm ta' residenza b'investiment ġdid li daħal fis-seħħ permezz tal-Avviż Legali 121 tal-2021.
Ftehim li ġie ffirmat bejn il-Gvern Malti u kumpanija privata
Question
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kull ftehim li ġie ffirmat bejn il-Gvern Malti u/jew xi entità tiegħu u l-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Il-Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza ma kienx involut f'dan il-proċess, madanakollu għandu dokumentazzjoni relatata li ġiet mgħoddija lill-Aġenzija Residenza Malta, li wkoll ma kinitx involuta f'dan il-proċess.
Infurmat illi wara sejħa pubblika maħruġa mill-Ministeru tal-Ekonomija f'isem il-Gvern ta' Malta, il-kumpanija msemmija ġiet magħżula biex isservi bħala konċessjonarju fuq żewġ reġjuni għall-Programm ta' Malta ta' Residenza u Visa. Qed inpoġġi kopja tal-kuntratti kif provduti lili fuq il-Mejda tal-Kamra. Infurmat ukoll li din il-konnessjoni ma tapplikax għall-programm ta' residenza b'investiment ġdid li daħal fis-seħħ permezz tal-Avviż Legali 121 tal-2021.
Ftehim li ġie ffirmat bejn il-Gvern Malti u kumpanija privata
Question
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kull ftehim li ġie ffirmat bejn il-Gvern Malti u/jew xi entità tiegħu u l-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Il-Ministeru għall-Intern, is-Sigurta’, ir-Riformi u l-Ugwaljanza ma kienx involut f'dan il-process, madanakollu għandu dokumentazzjoni relatata li ġiet mgħoddija lill-Agenzija Residenza Malta, li wkoll ma kinitx involuta f'dan il-proċess.
Infurmat illi wara sejħa pubblika maħruġa mill-Ministeru tal-Ekonomija f'isem il-Gvern ta' Malta, il-kumpanija imsemmija ġiet magħ¿ula biex isservi bħala konċessjonarju għall-Programm ta' Malta ta' Residenza u Visa. Qed inpoġġi kopja tal-kuntratt kif provdut lili fuq il-Mejda tal-Kamra. Infurmat ukoll li din il-konċessjoni ma tapplikax għall-programm ta’ residenza b’investiment ġdid li daħal fis-seħħ permezz tal-Avviz Legali 121 tal-2021. Infurmat ukoll illi ġew iffirmati xi kuntratti oħra bejn il-kumpanija msemmija u l-Aġenzija Identità Malta għal servizzi relatati ma' ħruġ ta’ pagi (payroll) għall-ħaddiema u konsulenza. Dawn il-kuntratti ġew fi tmiemhom fis-sena 2019.
Attachments:PQ 12358 Nexia Contracts (Identity Malta Agency).pdfPQ 12358.pdf
Ħal Qormi — Triq Santa Katerina - Immaniġġjar tat-traffiku fil-ħin tal-lezzjonijiet tal-Mużew
Question
Peress li kien hemm numru ta’ lmenti minn ġenituri u residenti dwar in-nuqqas ta' gwardjani lokali jew uffiċjali oħrajn fil-ħin tal-lezzjonijiet tal-mużew fi Triq Santa Katerina, Ħal Qormi, jista’ l-Ministru jgħid jekk hux possibbli li jerġa' jkun hemm gwardjani lokali jew uffiċjali oħrajn responsabbli mit-traffiku f’dan il-ħin, biex jiġu evitati inċidenti?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li l-Aġenzija LESA u l-Pulizija ma jsibux diffikultà li joffru s-sostenn tagħhom f’dan ir-rigward, jekk ikun hemm talba għal dan is-servizz.