Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat – Direct Orders ta’ inqas minn €5,000
Question
Tista’ l-Ministru tagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha matul Jannar 2023?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16399.
Servizz ta' assistent personali — Sotto-bord - Membri
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 23657 dwar is-servizz ta’ assistent personali, tista’ l-Ministru tgħid min huma l-membri li jiffurmaw is-sotto-bord li jara l-applikazzjonijiet għal tiġdid tas-servizz tal-assistent personali?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li s-sotto-bord li jara l-applikazzjonijiet għal tiġdid tas-servizz tal-assistent personali huma 3, kif ġej:
Alison Attard
Chairperson
Glenda Curmi
Membru
Natasha Janika Laudi
Membru u Segretarja
Dan is-sotto-bord ġie maħtur sabiex jara u jmexxi applikazzjonijiet għal tiġdid tas-servizz bla żieda jew tnaqqis fis-servizz. Din il-miżura ttieħdet sabiex jitnaqqas l-ammont ta’ applikazzjonijiet li kien ikollhom jgħaddu għand il-bord prinċipali, bl-għan li tiġi indirizzata l-lista ta’ stennija u bħala parti mir-riforma fis-servizz tal-assistenza personali.
Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat – Impjegati
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm għandha impjegati magħha preżentement fil-Ministeru bħala:
(a) Head of Secretariat;
(b) Deputy Head of Secretariat;
(c) Private Secretary;
(d) Assistant Private Secretary;
(e) Head Customer Care Officer;
(f) Customer Care Officer;
(g) Customer Care Assistant;
(h) Communications Secretary;
(i) Events Co-ordinator;
(j) Co-ordinating Officer;
(k) Secretariat Officer;
(l) Secretariat Pool;
(m) Senior Secretariat Messenger;
(n) Secretariat Messenger;
(o) Chairwoman;
(p) Personal Driver;
(q) Security Officer;
(r) Advisor;
(s) Policy Consultant;
(t) Policy Co-Ordinator;
(u) Photographer;
(v) Person/Position of Trust oħrajn?
Tista’ tgħid ukoll x'inhu x-xogħol ta' kull wieħed minn dawn l-impjegati, min huma dawn l-impjegati, xi kwalifiki edukattivi għandhom, f'każ ta' Policy Consultant, Policy Co-ordinator u Advisor, x'inhi l-expertise tiegħu/tagħha u x’tip ta' kuntratt għandu kull wieħed minn dawn l-impjegati (inkluż Policy Consultant, Policy Co-ordinator u Advisor)? Minn dawn l-allowances u perkaċċi oħra, kull wieħed minn dawn l-impjegati għal xiex hu intitolat u għal kemm jammontaw fi flus (fejn applikabbli):
(i) Disturbance Allowance;
(ii) Secretariat Allowance;
(iii) Bonus for Overtime Worked;
(iv) Communications Allowance;
(v) Fully-expensed mobile telephony;
(vi) Free telephony;
(vii) Pre-Paid top-ups for telephony service;
(viii) Internet Service;
(ix) Car Allowance;
(x) Transport Allowance;
(xi) Fuel Vouchers;
(xii) Use of car-hired car;
(xiii) Use of government-owned car;
(xiv) Internet key;
(xv) Tablets;
(xvi) Laptops;
(xvii) Peripherals;
(xviii) Expertise allowance;
(xix) Disturbance Allowance;
(xx) Shift Allowance;
(xxi) Xi tip ta' allowance u/jew perkaċċi oħra (speċifika)?
Tista’ tqiegħed ukoll fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt li kull impjegat tal-Ministeru għandu fis-seħħ?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Kif weġibt f'diversi istanzi, ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-persuni li jiffurmaw is-segretarjat privat tiegħi huma ingaġġati skont il-manwal li kopja tiegħu diġà tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat – Xiri ta’ MacBooks
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm membri tal-istaff fis-segretarjat tal-Ministeru tagħha li nxtralhom MacBook minn fondi pubbliċi? Tista’ tgħid ukoll kemm kien jiswa kull MacBook u jgħid jekk il-MITA oġġezzjonatx għall-użu ta’ dawn il-MacBooks għax teknikament ma tagħtix support għalihom?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Ninsab infurmat illi mill-bidu ta' din il-leġislatura sakemm qed titwieġeb din l-interpellanza inxtara macbook wieħed għall-użu ta' staff fis-segretarjat tiegħi. Ninforma lill-Onor. Interpellanta illi l-amministrazjoni pubblika hija dejjem miftuħa għal kull teknoloġija speċjalment f’xogħliijiet speċifiċi li jirrikjedu teknoloġija differenti. Infurmat illi l- MITA mhux talli ma toġġezjonax għax-xiri ta’ dan l-apparat, talli qiegħda f’diskussjoni biex tara li jkun offrut servizz ta’ sapport ċentrali għal dan it-tip ta’ apparat.
Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat – Impjegati li għalqu l-età tal-pensjoni u li għadhom fl-impjieg
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm impjegati fi ħdan il-Ministeru tagħha u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha, li għalqu l-età tal-pensjoni u li għadhom fl-impjieg fuq kuntratt definit, jew fuq service contracts, u meta ġew ingaġġati u f'liema grad? Tista’ tgħid ukoll jekk saritx sejħa pubblika għall-applikazzjonijiet?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 21450.
Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat — Impjegati ġodda
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda fil-Ministeru wara l-2022? Tista’ tgħid ukoll kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda wara Mejju tal-2024?
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 23165 dwar il-lista ta' stennija għas-servizz ta' assistent personali, tista' l-Ministru tgħid meta hemm ħsieb li l-implimentazzjoni tar-riforma dwar l-assistenti personali tiġi konkluża? Tista' tgħid ukoll liema fażijiet ġew implimentati?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif tħabbar diġà, il-passi progressivi tal-implimentazzjoni tar-riforma tal-iskema tal-budgets personali (li tinkludi fiha r-riforma tal-assistenza personali) huma mistennija li jwasslu sas-sena 2030*.
Din l-implimentazzjoni hi maqsuma f’fażijiet. Wara li saru diskussjonijiet ma’ diversi gruppi u stakeholders oħra, saret konsultazzjoni pubblika, u tħejja pjan ta’ azzjoni li jikkunsidra wkoll ir-rakkomandazzjonijiet li ħarġu mill-konsultazzjoni pubblika.
Tħejjew ukoll deskrizzjoni ġenerika tal-impjieg u Karta tad-Drittijiet u r-Responsabilitajiet tal-Utenti ta’ Assistenza Personali. Dawn id-dokumenti bdew jintużaw u jingħataw lill-benefiċjarji tas-servizz bħala linji gwida bbażati fuq il-prinċipji li tħaddan ir-riforma, kif ukoll għaddejja t-tħejjija tal-abbozz tal-leġiżlazzjoni dwar l-assistenza personali sabiex din tkun tista’ tiġi meqjusa bħala dritt tal-persuni b’diżabilità bil-liġi, fost ħidma oħra relatata.
Għaddejjin ukoll diversi laqgħat bejn l-istakeholders relevanti, inkluż mal-professjonisti li jaħdmu f’Aġenzija Sapport, fejn matul is-sena 2025 ser ikun hemm sessjonijiet kemm ma' professjonisti kif ukoll ma' dawk li jagħmlu użu mill-iskema relevanti, sabiex ikompli l-progress fl-implimentazzjoni tar-riforma u bi tħejjija għall-passi li jmiss, fosthom reviżjoni u ristrutturar fil-bord li jassessja l-każijiet.
*L-informazzjoni hija ppubblikata fuq il-website tal-Aġenzija Sapport Personal Assistance Reform - Aġenzija Sapport
Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat – Deputati tal-Gvern
Question
Peress li l-mistoqsija parlamentari 14838 ma kinetx imwieġba għax l-informazzjoni kienet għadha qeda tinġabar, issa li għaddew għaxar xhur, tista’ l-Ministru tgħid min kienu/huma d-Deputati tal-Gvern, minn April 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, li kienu/huma impjegati fiċ-ċivil, jew fis-servizz pubbliku, jew f'kumpaniji fejn il-Gvern għandu b'xi mod interess minoritarju jew maġġoritarju, jew f'aġenziji, entitajiet, jew awtoritajiet regolatorji fid-dekasteru li għalih hu responsabbli u jekk hemm persuni identifikati, jiġi indikat fejn kienu/qegħdin iservu, l-kariga li kienu/qed jokkupaw, id-data tal-ingaġġ ta' dawn il-persuni, id-data sakemm baqgħu ingaġġati dawn il-persuni, b'liema mod kienu impjegati (jekk hux b’sejħa pubblika, eċċ.) u kemm kien/hu l-pakkett finanzjarju tagħhom inklużi perkaċċi oħra bħal fuel vouchers, car allowances, expertise allowance, shift allowance, disturbance allowance, communication allowance, overtime u kull allowance ieħor?
Tista’ tqiegħed ukoll fuq il-Mejda tal-Kamra l-attendenza tax-xogħol u/jew timesheets, il-work from home u/jew telework u/jew remote working u l-ispecial leave requests u approvals relatati mal-persuni hawn fuq imsemmija għall-perjodu bejn April 2013 sal-ġurnata li baqgħu fl-impjieg tagħhom u/jew sal-ġurnata li fiha tigi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 23167, tista' l-Ministru tgħid sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, x'inhu l-iqsar u l-itwal żmien totali li persuna damet tistenna biex ingħatat risposta dwar jekk hix ħa tkun qiegħda tibbenefika jew le, mis-servizz ta' assistent personali minn mindu din l-istess persuna tapplika għal dan is-servizz?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li wara li jkun sar l-assessjar kollu meħtieġ u jkun deċiż li wieħed hu eliġibbli għas-servizz ta’ assistent personali, dan jista’ jdum minn ftit ġimgħat sa madwar tlett xhur sabiex il-każ jersaq quddiem il-bord. Ladarba l-bord jieħu deċiżjoni, tinħareġ l-ittra ta’ notifika fi żmien ftit ġranet.
Bħala parti mir-riforma tal-iskema tal-assistent personali, ġie maħtur sotto-bord li jara l-applikazzjonijiet għal tiġdid tas-servizz u għalhekk il-bord prinċipali hu mistenni li jibda jara aktar każijiet fi żmien iqsar ta’ stennija.
Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat — Direct Orders ta' inqas minn €5,000
Question
Tista’ l-Ministru tagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha matul Novembru 2024?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16399.
Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat — Public Service Expo 2024 - Stands
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 19987, tista’ l-Ministru tgħid kemm kienet in-nefqa fuq l-istess Public Service Expo 2024 minn kull entità u/jew aġenzija li taqa’ taħt l-istess Ministeru?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Ninsab infurmat illi t-tweġiba li tajt lill-Onor. Interpellanta għall-mistoqsija parlamentari 19987 hija komprensiva għall-Entitajiet u Aġenziji li jaqgħu taħt il-Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat.
Ministeru għall-Inklużjoni, il-Volontarjat — Nefqa fuq fjuri għal funerali
Question
Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 12040 u 18971 u tgħid kemm nefqet flus fi fjuri għal funerali matul is-snin 2022 u 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Tista tgħid jekk bagħtitx fjuri lil xi ħadd f’okkażjonijiet oħra u kemm kienet l-ispiża? Tista’ tgħid ukoll minn liema parti tal-baġit ittieħdu dawn il-flus?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Ninsab infurmat li biex tinġabar l-informazzjoni mitluba tinqabeż l-Advisory Cost. Ninforma wkoll lill-Onor. Interpellant li n-nefqa għal fjuri kemm għall-funerali kif ukoll għall-okkażjonijiet oħra hija koperta mill-kategorija Operational and Maintenance Expenses fl-Estimi Finazjarji tal-Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat li kopja tiegħu tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat – Entitajiet, awtoritajiet u korporazzjonijiet — Bordijiet
Question
Tista’ l-Ministru tgħid minn min kienu komposti l-bordijiet tal-entitajiet, awtoritajiet u korporazzjonijiet li kienu jaqgħu taħt il-Ministeru tagħha f’Diċembru tas-sena 2023 u Ottubru 2024? Tista’ tgħid ukoll x’kienu r-remunerazzjonijiet, ħlasijiet u benefiċċji li kienu qegħdin jirċievu dawn il-membri?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat — Konsulenti
Question
Tista' l-Ministru tgħid min huma l-konsulenti tal-Ministeru tagħha, u ta’ kull dipartiment/entità/awtorità li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha? Tista' tgħid ukoll x'inhu l-irwol ta' kull konsulent u fiex tikkonsisti l-konsulenza ta' kull wieħed/waħda? Kemm tħallsu/qegħdin jitħallsu mill-bidu ta' din il-leġiżlatura sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat — Newtralità tal-karbonju - Tnaqqis fl-emmissjonijiet
Question
Tista' l-Ministru jtħid x'qed isir fil-Ministeru biex jiġi żgurat tnaqqis fl-emissjonijiet sabiex tintlaħaq in-newtralità tal-karbonju sal-2050? Tista’ tgħid ukoll kif qed jiġu rreġistrati l-emissjonijiet fil-Ministeru u tipprovdi rendikont ta' dawn l-emissjonijiet?
Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat – Awtoritajiet u korporazzjonijiet
Question
Tista' l-Ministru tgħid liema huma l-awtoritajiet u l-korporazzjonijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha? Tista’ tgħid ukoll min huma ċ-chairpersons, diretturi, u chief executive officers ta' kull waħda minnhom u x'inhuma s-salarji u benefiċċji oħra ta' kull wieħed minnhom?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba. Filwaqt li nixtieq ninforma wkoll lill-Onor. Interpellant illi fil-preżent ma hemmx korporazzjonijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru li jien responsabbli minnu.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 22114 dwar applikazzjonijiet għas-servizz ta' assistenti personali, tista' l-Ministru tgħid kemm hu l-itwal żmien li wieħed jew waħda mill-217 persuna msemmija fl-istess tweġiba ilha tistenna sabiex tgħaddi għat-tieni fażi tal-assessjar?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-itwal żmien li persuna minn dawk il-217 imsemmija fil-mistoqsija parlamentari 22114 ivarja minn ftit xhur għal 14-il xahar. Dan minħabba li meta persuna tiġi referuta għat-tieni fażi ta’ assessjar, fl-ewwel fażi jsir priority weighting mill-professjonisti li jkunu għamlu l-assessjar. Minħabba li jkun hemm numru ta’ każijiet li jieħdu preċedenza fuq pariri tal-professjonisti, dawk bi priorità baxxa ħafna jieħdu żmien itwal biex jiġu ppreżentati lill-bord u fl-aħħar mill-aħħar jiġu assenjati professjonist biex isegwu l-każ. Sadanittant dawn il-persuni xorta jingħataw forom ta' assistenza oħra skont il-bżonnijiet tagħhom.
Dan in-numru ma jirriflettix l-istennija fil-futur qarib minħabba l-implimentazzjoni tar-riforma li bdiet u ser titkompla fis-sena 2025 peress li qed tiġi implimentata f’fażijiet.
Servizz ta’ assistent personali — Applikazzjonijiet
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 22114 dwar applikazzjonijiet għas-servizz ta' assistenti personali, tista' l-Ministru tgħid, għall-istess perjodu, kemm hemm persuni jistennew biex isirilhom l-assessjar inizjali? Kemm hu l-itwal żmien li wieħed jew waħda minn dawn il-persuni ilha tistenna sabiex isirilha l-assessjar inizjali?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-itwal perjodu li wieħed jistenna għall-ewwel assessjar hu ta’ xahar mill-ewwel fażi ta’ assessjar li jsir fl-ewwel kuntatt.
Għan-numru ta’ persuni li hemm jistennew biex isirilhom l-assessjar inizjali jekk jogħġbok irreferi għall-mistoqsija parlamentari 22585.
Tista' l-Ministru tgħid fil-preżent kemm, bħala medja, iddum tistenna persuna biex ikollha risposta li ser tkun qiegħda tibbenefika jew le mis-servizz ta' assistent personali minn mindu din l-istess persuna (jew qraba tagħha) tapplika għal dan is-servizz? Tista’ tgħid ukoll kemm-il persuna qiegħda tistenna tali risposta?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tul ta’ żmien ta’ stennija jvarja skont il-priorità u l-urġenza tal-każ u għalhekk m’hemmx medja li tista’ tiġi kkwotata u applikata għall-każijiet li jersqu għal dan is-servizz.
Fid-data tat-tweġiba, hemm 14-il persuna li qed tistenna deċiżjoni mill-Bord.
Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat — Direttivi tal-Unjoni Ewropea
Question
Tista’ l-Ministru tgħid x’direttivi tal-Unjoni Ewropea ġew implimentati mill-Ministeru tagħha matul din is-sena 2024 u liema huma dawk li għadhom pendenti sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s’issa l-Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat m’għandu l-ebda Direttiva bi skadenza għat-traspożizzjoni li taħbat fis-sena 2024 u għalhekk m’għandu l-ebda Direttiva li għadha pendenti.