Memorandum, policy guidance jew internal circulars dwar l-ipproċessar ta’ construction permits
Question
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kull memorandum, policy guidance jew internal circular relatata mal-ipproċessar ta’ construction permits maħruġa matul Frar, Marzu, April u Mejju tal-2026?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellanet li t-tweġiba ser tingħata f' xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Gvern għandux l-intenzjoni li jirrevedi l-policies dwar:
(i) l-għoli tal-bini;
(ii) id-densità urbana;
(iii) il-protezzjoni tal-ispazji miftuħa; u
(iv) l-impatt fuq il-kwalità tal-ħajja tar-residenti?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-aspetti tal-ippjanar tal-iżvilupp, li għamel referenza għalihom, jiffurmaw parti integrali mill-qafas ta’ politika tal-Pjan Strategiku (SPED), il-Pjani Lokali u l-Policies Sussidjarji li qed jiġu analizzati mill-Awtorita’ tal-Ippjanar sabiex tkun tista’ tirrakkomanda t-tibdil meħtieġ biex ikunu jistgħu jintlaħqu l-miri tal-Vision 2050 u anke tal-Manifest Int Malta.
Żviluppaturi jew kumpaniji li ngħataw aktar minn tliet permessi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il żviluppatur jew kumpanija kisbu aktar minn tliet permessi differenti matul Frar, Marzu, April u Mejju tal-2026?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li matul Frar, Marzu, April u Mejju tal-2026, tlettax -il persuna jew kumpanija kisbu aktar minn tliet permessi differenti kull wieħed.
L-informazjoni inġabret mis-sistema elettronika tal-Awtorità tal-Ippjanar fid-9 ta’ Lulju 2026, u l-persuni ntgħażlu abbażi tan-Numru ta’ Reġistrazzjoni tal-Kumpanija jew numru tal-Karta tal-Identità (skont kif relevanti), kif provduti fl-applikazzjonijiet sottomessi lill-Awtorità tal-Ippjanar.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 573, jista' l-Ministru jgħid il-kontravenzjonijiet imsemmija għal kemm jammontaw bħala flus, maqsuma separatament? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn il-flus tħallsu?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għada qed tingabar.
San Pawl il-Baħar u l-Mellieħa – Bypass – Rotot alternattivi
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 487 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Mobbiltà Sostenibbli u jgħid x’xogħlijiet, studji jew pjanijiet saru s’issa dwar rotot alternattivi mill-bypass ta’ San Pawl il-Baħar lejn il-Mellieħa? Jista’ jgħid ukoll meta hu ppjanat li jibdew ix-xogħlijiet relattivi?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa, Infrastructure Malta qiegħda tivvaluta numru ta' proposti.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 830 u jagħti dettalji tal-fażijiet u timeframes tal-proġett li għaddej preżentement minn Infrastructure Malta fi Triq ta' Bur il-Kbir, fis-Siġġiewi u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pjanti ta’ dan il-proġett?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li x-xogħlijiet fi Triq Bur il-Kbir mexjin tajjeb, fejn preżentament sar madwar 70% tat-twessiegħ ippjanat. Matul ix-xhur tas-Sajf it-triq ser tkun qed tingħalaq b’mod totali, sabiex ikunu jistgħu jsiru l-kumpalment tax-xogħlijiet tat-twessiegħ li minħabba l-livelli tal-għelieqi u d-djuq tat-triq ma jippermettux li jsiru waqt li t-triq tkun parzjalment miftuħa għall-karozzi. Il-pjan hu li t-triq titlesta b’mod totali, u terġa tinfetaħ lura għall-vetturi sa qabel il-ftuħ tal-iskejjel.
B’referenza għax-xogħol imwettaq minn Infrastructure Malta fil-parkeġġ tal-Fajtata, f’Marsaskala, li pjanta dwarha qed tingħata separatament, u ġaladarba din iż-żona mhux parti minn triq skedata, jista’ l-Ministru jagħti d-dettalji dwar il-permess tal-iżvilupp relatat ma’ dawn ix-xogħlijiet?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fid-dawl taċ-ċirkostanzi tal-każ u tal-proċessi li għadhom għaddejjin, ma jkunx xieraq, li f’dan l-istadju, tiġi preġudikata l-pożizzjoni legali tal-Aġenzija dwar il-materja inkwistjoni.
B’referenza għax-xogħol imwettaq minn Infrastructure Malta fil-parkeġġ tal-Fajtata, f’Marsaskala, li pjanta dwarha qed tingħata separatament, jista’ l-Ministru jagħti dettalji f’tabella dwar x’tip ta’ xogħol sar u kemm ġie jiswa dan ix-xogħol?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fid-dawl taċ-ċirkostanzi tal-każ u tal-proċessi li għadhom għaddejjin, ma jkunx xieraq, li f’dan l-istadju, tiġi preġudikata l-pożizzjoni legali tal-Aġenzija dwar il-materja inkwistjoni.
B’referenza għax-xogħol imwettaq minn Infrastructure Malta fil-parkeġġ tal-Fajtata, f’Marsaskala, li pjanta dwarha qed tingħata separatament, jista’ l-Ministru jagħti dettalji f’tabella dwar liema żona/art ġiet esproprjata, meta nbeda u ġie tterminat l-proċess, u d-data ta’ liema Gazzetta tal-Gvern ħarġet it-talba?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fid-dawl taċ-ċirkostanzi tal-każ u tal-proċessi li għadhom għaddejjin, ma jkunx xieraq, li f’dan l-istadju, tiġi preġudikata l-pożizzjoni legali tal-Aġenzija dwar il-materja inkwistjoni.
Jista’ l-Ministru jgħid x’verifiki jsiru, jekk isiru, qabel Infrastructure Malta twettaq xogħlijiet f’post partikolari, sabiex jiġi assigurat jekk il-post fejn ikun se jsir ix-xogħol huwiex proprjetà tal-Gvern jew proprjetà ta’ terzi?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li Infrastruttura Malta tagħmel verifiki billi tissottometti applikazzjoni fuq is-sit tal-Awtorita` tal-Artijiet, Form Gov1.
Jista’ l-Ministru jgħid meta se jibdew u sa meta se jitlestew ix-xogħlijiet f’Misraħ San Ġakbu, f'Ħaż-Żabbar?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li Infrastruttura Malta għadha fil-fażi ta’ disinn tal-proġett ta’ rinovar ippjanat għal Misraħ San Ġakbu. L-Aġenzija filfatt ġabet permess ta’ żvilupp għal dan is-sit mill-Awtorita’ tal-Ippjanar u bħalissa qed tkompli taħdem fuq id-dettalji ta’ disinn li proġett fil-qalba ta’ raħal bħal dan jistħoqqlu.
Jista’ l-Ministru jgħid meta hu maħsub li l-parti d-dejqa ta’ Triq Santa Duminka f'Ħaż-Żabbar, issir żona pedonali?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li x-xogħol sabiex l-parti d-dejqa ta’ Triq Santa Duminka issir żona pedonali, jibda wara li jitlestew ix-xogħlijiet ġo Triq Lia, Żabbar.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx każijiet taħt investigazzjoni relatati ma’ alleged irregularities jew conflicts of interest fil-proċess tal-approvazzjoni ta’ construction permits?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi mid-data ta’ meta ġiet intavolata din il-mistoqsija sakemm saret ir-risposta, jirriżulta li hemm każ wieħed. Dan il-każ jinvolvi impjegat tal-Awtorita’, peress li ġiet sottomessa applikazzjoni f’ismu u ma għamilx dikjarazzjoni ta’ kunflitt ta’ interess skont l-Artikolu 13 tal-Att Dwar l-Ippjanar (Kap 552).
Jista’ l-Ministru jgħid kemm mill-enforcement notices relatati ma’ xogħlijiet ta’ kostruzzjoni li bdew mingħajr permess, jew bi ksur tal-permess approvat, u li nħarġu matul Frar, Marzu, April u Mejju tal-2026, wasslu għal:
(i) sospensjoni tax-xogħol;
(ii) multi; jew
(iii) revoka ta’ permessi?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fix-xhur imsemmija l-Awtorita għas-Saħħa u s-Sigurta fuq il-post tax-xogħol ħarġet 260 ordni ta’ twaqqif mix-xogħol u 98 multa. Minn naħa tal-Awtorita tal-Bini u l-Kostruzzjoni, fl-istess xhur inħarġu 3,001 notifika ta’ stop works li 49 minnhom saru b’enforcement notice. Fl-istess perjodu nħarġu wkoll 146 multa.
Enforcement notices fuq xogħlijiet ta’ kostruzzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il enforcement notice nħarġet relatata ma’ xogħlijiet ta’ kostruzzjoni li bdew mingħajr permess, jew bi ksur tal-permess approvat, matul Frar, Marzu, April u Mejju tal-2026?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li waqt spezzjonijiet ta’ rutina jew ilmenti mibgħuta mill-pubbliku ġenerali lill-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq ix-Xogħol, din sabet total ta’ 260 sit li ma kinux konformi u li nħarġitilhom ordni ta’ twaqqif mix-xogħol. Minn dawn, sitta u ħamsin 56 sit ta’ kostruzzjoni nstabu li bdew ix-xogħol mingħajr il-permessi meħtieġa mill-istess Awtorità.
Dawn is-siti kollha ġew ordnati jieqfu mix-xogħol sakemm ġew konformi skont l-obbligi legali relatati ma’ nuqqasijiet dwar il-kostruzzjoni maħruġa mill-istess Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq ix-Xogħol.
Fir-rigward tal-Awtorita tal-Bini u Kostruzzjoni, fix-xhur imsemmija inħarġu 3,001 notifika ta’ stop works, li 49 minnhom saru b’enforcement notice. Dawn l-istop works notices joħorġu kemm mid-Dipartiment tal-permessi, konsegwenza ta’ dokumenti jew poloz ta’ assigurazzjoni skaduti, u kif ukoll mid-Dipartiment tal-infurzar, jekk jiġi nnutat xi ħaġa fuq is-sit li ma jkunx skond il-permess approvat.
B’kollox, fix-xhur imsemmija inħarġu wkoll 146 multa filwaqt li ma ġie revokat l-ebda permess.
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-policies jew directives li ntużaw biex ġew approvati dawk il-permessi li ngħataw matul Frar, Marzu, April u Mejju tal-2026?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-applikazzjonijiet għall-iżvilupp jiġu determinati mill-Awtorità tal-Ippjanar skont il-qafas leġiżlattiv u regolatorju applikabbli, inklużi l-policies, il-pjanijiet u l-linji gwida rilevanti li jkunu fis-seħħ fiż-żmien meta tkun qed tiġi evalwata kull applikazzjoni. Kull applikazzjoni tiġi kkunsidrata fuq il-merti tagħha. Il-proċess tal-ippjanar huwa, fil-parti l-kbira tiegħu, wieħed pubbliku u trasparenti, li jinkludi d-dritt ta’ rappreżentazzjoni minn partijiet terzi, seduti pubbliċi quddiem il-bordijiet kompetenti u kummissjonijiet fejn applikabbli, kif ukoll id-dritt ta’ appell skont il-liġi.
Proġetti - Traffic impact assessments jew infrastructure impact studies
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk sarux traffic impact assessments jew infrastructure impact studies qabel l-approvazzjoni ta’ proġetti kbar matul Frar, Marzu, April u Mejju tal-2026?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma kienx hemm il-ħtieġa ta' traffic impact assessments jew infrastructure impact studies b’relazzjoni mal-proġetti li saru fil-perjodu indikat.