Jista' l-Ministru jgħid jekk mhux minnu li Transport Malta bagħtet uffiċċjali minn tagħha jagħmlu course sabiex jingħataw l-Omas Pass? Jista' jagħti spjegazzjoni dettaljata dwar dan il-pass u għaliex se jintuża? Jista' jsemmi lil min ġie provdut dan il-course u lil min ingħata dan il-pass imsemmi?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li hemm uffiċċjali fil- Head Office ta’ Transport Malta (Marsa) li d-doveri tagħhom jirrikjedu illi huma jmorru fuq bażi regolari fid-Direttorat tal-Avjazzjoni Ċivili li jinsab ġewwa l-konfini tal-ajruport. Għal dan il-għan dawn l-uffiċċjali inħarġilhom Airport Security Pass permanenti mill-Office of the Manager Airport Security (OMAS)
Sabiex seta' jinħarġilhom dan il-
pass,
dawn l-uffiċċjali kellhom jattendu kors rigward
General Security Awareness Training (GSAT)
.
Rigward it-talba tal-Onor. Interpellant għall-ismijiet tad-detenturi tal-OMAS Pass, nitlob lill-Onor. Interpellant itini raġunijiet għalfejn irid ikun jafhom peress illi hemm aspetti ta' sigurta' li jridu jiġi kunsidrati.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-persentaġġ ta' xogħol li hu kkalkulat li tlesta sal-lum fil-proġett ta' Bieb il-Belt inkluż il-Parlament il-Ġdid u tat-Teartu bla saqaf? Meta hu ppjanat li jitlesta x-xogħol kollu?
Response (GATT, AUSTIN)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija din:
Bini tal-Parlament il-Ġdid 58% completed
Teatru u l-Pjazza 60% completed
Proġett ta' Bieb il-Belt 35% completed
Ix-xogħol huwa ppjanat li jitlesta kollu għal Lulju 2013, dejjem jekk ma' jinqala' xejn imprevist.
Jista' l-Ministru jgħid x'kien l-ammont ta' sussidju li ngħatat il-kumpanija Arriva matul l-ewwel 12-il xahar li operat is-servizz ta' trasport pubbliku?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għall-provedimenti rilevanti fil-kuntratt bejn Transport Malta u Arriva Malta li tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra f'Ottubru 2011.
B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 35744 li tikkonċerna il-proġett dwar il-bini ta’ rmiġġ għall-cruise liners fuq in-naħa ta’ barra tal-breakwater prinċipali fil-Port tal-Imġarr, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-istimi l-qodma u tal-istimi l-ġodda msemmija fit-tweġiba msemmija?.
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Public Service Obligation għas-servizz tal-baħar bejn Malta u Għawdex
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-aħħar kuntratt li sar dwar il-Public Service Obligation għas-servizz tal-baħar bejn Malta u Għawdex?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġibiet li tajt għall-Mistoqsijiet Parlamentari Nri. 32791 u 36221.
Jista' l-Ministru jara li l-kumpanija Arriva tieħu ħsieb u tagħmel ilqugħ fl-istage ta' faċċata tal-ħabs ġewwa Raħal Ġdid peress li ħafna qed ikunu l-ilmenti mill-pubbliku?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jikkjarifika x'tip ta' lqugħ qed jirreferi għalih. Dan għaliex jien infurmat li f'dan il-post diġà hemm bus shelters istallati.
Jista’ l-Ministru jindika għal kull chief officer u direttur fil-Ministeru u d-dekasteru tiegħu, min qed jokkupa l-kariga, l-età, l-kwalifiċi akkademiċi li għandu, il-pakkett finanzjarju u beneffiċji supplementari?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Għawdex — Żebbuġ - Triq il-Mitħna u Triq il-Lampuka - servizz tat-trasport Pubbliku
Question
Peress li r-residenti ta' Triq il-Mitħna u Triq il-Lampuka fiż-Żebbuġ, Għawdex qed jilmentaw għaliex għandhom il-bogħod għall-eqreb stage tal-karozza tal-linja u peress li qed ibatu minn inkonvenjent għaliex it-traport pubbliku ma jgħaddix minn dawn l-inħawi, jista' l-Ministru jara li l-ilmenti ta' dawn ir-residenti jiġu indirizzati?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-Kunsill Lokali taż-Żebbuġ kien għamel talba simili lil Transport Malta sabiex isir tibdil fir-rotta tal-lokalità tiegħu. Din it-talba ġiet evalwata, però ma setgħetx tiġi milqugħa. Dan għaliex it-toroq imsemmija huma inadegwati biex tgħaddi r-rotta proposta. Dan hu minnu li dawn it-toroq qatt ma kellhom servizz ta' Trasport Pubbliku.
Jista' l-Ministru jgħid meta d-diversi toroq sekondarji ġewwa ż-Żurrieq, bħalma hi l-parti t'isfel ta' Triq Ta' Ciantar, li ġew dekorati b'tabelli li jgħidu li xogħol fuqhom se jinbeda, meta atwalment se jinbeda? Jista' jgħid jekk il-kuntrattur indikat hux se jesegwixxi dawn ix-xogħlijiet jew jekk hux minnu li dan naqas milli jottempra ruħu mar-rikjesti tat-tender u għalhekk dan ix-xogħol mhux se jinbeda?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li t-toroq fiż-Żurrieq li għaddew mill-proċess ta’ sejħa tal-offerti u ġew mogħtija lill-kuntratturi sabiex jinbeda x-xogħol huma:
· Triq ta’ Ciantar
· Triq Santa Klementina
· Parti minn Triq in-Nigret
Il-kuntratturi ta’ dawn it-toroq ma ffirmawx il-kuntratt meħtieġ sabiex jinbeda x-xogħol, u għalhekk ġew irtirati. Għaldaqstant trid tinħareġ sejħa oħra għall-offerti għal dawn it-toroq.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 33810, jista' l-Ministru jgħid kemm ilha fis-seħħ din id-direct order? Jista' jgħid x'inhi r-raġuni li din kienet ingħatat fi żmien l-Awtorità dwar it-Trasport u għadha titgawda sal-lum? Jista' jiżvela kemm kienet in-nefqa fuq din id-direct order?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-mistoqsija parlamentari Nru. 33810 ma tagħmel l-ebda referenza għal xi direct order.
Birgu — Triq Kottonera - xogħol ta' tarmak fuq it-triq
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 31702, jista' l-Ministru jgħid x'sar minn dakinhar, u dan għax meta għamlet l-aħħar xita, din it-triq kien mimlija ilma quddiem il-Kulleġġ De La Salle?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li waqt waħda mill-ispezzjonijiet minn uffiċċjali ta’ Transport Malta, irriżulta li hemm bżonn ta’ manutenzjoni fuq l-imsemmija culverts. Qed isiru l-preparamenti biex dan ix-xogħol ikun jsir fil-ġranet li ġejjin.
Jista' l-Ministru jara li jissewwew is-sleeping policemen jew isiru oħrajn fl-area fejn hemm il-kappella fuq tal-Ħawli l-Birġu?
Response (GATT, AUSTIN)
Peress li ninsab infurmat li t-triq in kwistjoni taqa' taħt ir-responsabilità tal-Kunsill Lokali nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Direttorat tal-Avjazzjoni — impjegat li għamel l-overtime
Question
Jista' l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni li impjegat li huwa stazzjonat fid-Direttorat tal-Avjazzjoni fi ħdan Transport Malta għamel ġranet tas-Sibt jidħol overtime? Jista' jgħid x’tip ta' xogħol kien qed jesegwixxi?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li m'għandi xejn x'inżid mat-tweġibiet li tajt għall-Mistoqsijiet Parlamentari Nru. 34127 u Nru. 35375.
Peress li Transport Malta għandha fi ħdanha impjegati li jaħdmu bħala skrivani minn kumpanija privata, kif ukoll skrivani oħrajn li qegħdin jesegwixxu xogħolhom b'kuntratt, jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' skrivani minn din il-kumpanija u kemm hemm impjegati li jesegwixxu xogħolhom b’kuntratt? Jista' jindika min hija l-kumpanija u jgħid jekk hemmx pjanat li xi wħud min dawn isiru tal-post?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ skrivani li għandha Transport Malta minn kumpanija privata huwa ta’ 37. Transport Malta m’għandhiex skrivani li qegħdin jesegwixxu xogħlhom b'kuntratt. Il-kumpanija privata li tipprovdi dan is-servizz hija Secretarial Services Limited. Il-proċess ta’ mpjieg ta’ Transport Malta huwa regolat mill-Employment and Training Corporation Act u għalhekk impjiegi diretti mhumiex possibli.
Jista' l-Ministru jgħid jekk għadux fis-seħħ l-Maritime Affairs Committee fi ħdan Transport Malta? Jekk fl-affermattiv, jista' jindika min huma l-membri ta' dan il-kumitat?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferri għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 34129.
Ħ'Attard — Triq Żagħfran - ċaqliq ta' pelican lights
Question
Jista' l-Ministru jara li l-pelican lights li hemm fi Triq Żagħfran, Ħ'Attard jitresqu 'l isfel, qabel Triq Ħal Warda għax b'hekk il-vetturi li jkunu ħerġin minn Triq Ħal Warda fir-rush hour ikollhom aktar faċilità joħorġu mit-triq meta l-lights jippermettu?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-post fejn saret l-pelican crossing fil-fatt huwa l-aħjar wieħed għax huwa minn hemm li jaqsmu l-aktar nies.