Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-pjanijiet tal-Gvern biex tiġi ratifikata l-Konvenzjoni tal-International Labour Organisation (ILO) C190 Violence and Harassment addottata fl-2019 u li ġiet fis-seħħ f'Ġunju 2021?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 8229, jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx kawżi oħra pendenti kontra l-Korp għall-Analisi ta’ Informazzjoni Finanzjarja (FIAU) quddiem il-Prim’ Awla (Sede Kostituzzjonali) li jittrattaw l-istess kontestazzjoni dwar l-allegat non-konformità mal-artikolu 39(1) tal-Kostituzzjoni? Jekk hemm, jista’ jgħid liema huma u f’liema stajdu tal-proċeduri waslu quddiem il-Qorti?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellanet illi l-kawżi kostituzzjonali pendenti kontra l-FIAU u l-Avukat tal-Istat, flimkien mal-istadju li tali proċeduri waslu fih huma s-segwenti:
Ref No:
556/2022 GG -
Stadju
Provi
212/2020 GM -
Sine Die
114/2021 TA -
Provi
129/2021 ISB -
Provi
175/2021 LM -
Sentenza
372/2021 GM -
Sentenza Qorti Kostituzzjonali (eccezzjonijiet preliminari)
394/2021 GM -
Sentenza
579/2021 TA -
Provi
11/2022 TA -
Sentenza
121/2022 GM -
Provi
154/2022 TA -
Provi
247/2022 JVC -
Provi
300/2022 JVC -
Sentenza
569/2022DC -
Provi
18/2023 RGM -
Trattazzjoni dwar l-eccezzjonijiet preliminari
35/2023 GG -
Noti ta’ sottomissjonijiet
36/2023 GG -
Noti ta’ sottomissjonijiet
Fid-dawl li sa ftit taż-żmien ilu l-MCCAA (Awtorità Maltija għall-Kompetizzjoni u l-Affarijiet tal-Konsumatur) kienet toħroġ lista ta’ mediċini li l-prezzijiet tagħhom kienu raħsu, u peress li din il-lista issa ilha ma toħroġ, jista' l-Ministru jikkonferma li dan hu minnu u jekk iva, jista' jgħid għaliex lista bħal din m'għadhiex tiġi ppubblikata? Jista' jgħid ukoll kemm għolew il-prodotti essenzjali, kif miġburin mill-Uffiċċju tal-Istatistka, bejn Mejju 2013 u April 2023, maqsuma għal kull prodott?
Response (CARUANA, CLYDE)
Rigward l-ewwel parti tal-mistoqsija, nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija, nitlob lill-Onor. Interpellant biex jispeċifika għal liema prodotti qed jirreferi.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8244 u jgħid mill-2013 sal-lum kemm kienet il-medja li ħaddiema barranin damu f’pajjiżna wara li ġew jaħdmu f’Malta, u jgħid kemm kienet il-paga medja u medjana ta’ dawn il-persuni matul it-tul taż-żmien li damu f’impjieg hawn Malta?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li skont l-informazzjoni li għandha Jobsplus, il-medja ta’ kemm damu jaħdmu ħaddiema barranin li kienu attivi bejn l-2013 u l-aħħar ta’ Diċembru 2022 u li tterminaw l-impjieg tagħhom fl-istess perjodu msemmi u ma reġgħux dehru attivi fis-suq tax-xogħol kien ta’ 22.09 xhur. In-numru ta’ ħaddiema barranin li kienu attivi fil-perjodu msemmi u li tterminaw l-impjieg tagħhom f dan l-istess perjodu jammonta għal 91,632, li jirraprezenta 48 fil-mija tat-total ta’ ħaddiema barranin li kienu attivi fil-perjodu msemmi. Dan għaliex, fl-istess perjodu msemmi kien hemm 98,664 ħaddiem li kien attiv u li baqa' attiv fis-suq tax-xogħol. In-numru totali ta’ ħaddiema li kienu attivi fil-perjodu msemmi għalhekk huwa ta’ 190,296 ħaddiem.
Hawn taħt issib tabella li turi kemm damu jaħdmu dawn il-ħaddiema barranin li ma baqgħux attivi fis-suq tax-xogħol.
Perjodu ta' impjieg
Numru ta` barranin mhux attivi
0 - 1 snin
47,979
1 - 2 snin
15,846
2 - 3 snin
9,690
3 - 4 snin
6,213
4 - 5 snin
4,026
5 - 8 snin
5,551
8 - 10 snin
1,357
10 - 15 snin
739
15 - 25 snin
185
Iktar minn 25 sena
46
Total
91,632
L-aħħar ċifri ppubblikati huma ta’ Diċembru 2022.
Dwar kemm kienet il-paga medja u medjana ta’ dawn il-persuni, ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hi skont it-tabella hawn taħt:
Is-sors ta’ din l-informazzjoni huwa l-Istħarrig dwar il-Ħaddiema u s-Suq tax-Xogħol (LFS).
Is-salarju inħadem abbażi tal-basic salary annwali (average annual basic salary). L-ammonti ma jinkludux dħul minn overtime, bonuses jew allowances.
Din l-informazzjoni mhix disponibbli għal persuni li jaħdmu għal rashom.
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex għażel li jagħti r-rifużjoni tat-taxxa permezz ta’ ċekkijiet minflok għamel il-pagament direttament f’kont bankarju tal-persuni, meta tqis illi d-dipartimenti kollha tal-Gvern għamlu drive qawwija sabiex kull persuna titħallas f’kont bankarju u dan minħabba d-diversi vantaġġi, fosthom aċċess immedjat għall-flus, iffrankar ta’ kjuwijiet biex jissarraf iċ-ċekk u wkoll minħabba sigurtà?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi r-rifużjoni tat-taxxa ngħatat permezz ta’ ċekkijiet minħabba illi l-Uffiċċju tal-Kummissarju tat-Taxxi ma jkollux id-dettalji tal-kontijiet bankarji tal-persuni eliġibbli.
Għoti ta’ ċekkijiet lil ħaddiema li jaħdmu ħinijiet atipiċi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm minn dawk li ntbagħtilhom ċekk ta’ €150 għax jaqilgħu inqas minn €20,000 gross fis-sena u jaħdmu f’ħinijiet atipiċi huma ċittadini: Maltin, Ewropej u ta’ nazzjonalità oħra (TCN’s)?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li ċekk ta’ €150 li jkopri s-sena 2021 għal ħaddiema li jaqilgħu inqas minn €20,000 gross fis-sena u jaħdmu ħinijiet atipiċi ngħata lil 21,057 ċittadin Malti, 3,960 ċittadin Ewropew u 10,585 ċittadin ta’ nazzjonalità oħra (TCN’s).
Speech and Language Pathologists li qed jirreġistraw
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn Speech and Language Pathologists jirreġistraw?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li fl-aħħar ta’ Marzu 2023 ma kien hemm l-ebda persuna li kienet qiegħda tirreġistra għax-xogħol fuq l-ewwel u it-tieni parti tar-reġistru għall-Speech and Language Pathologists.
L-aħħar ċifri tal-qgħad ippubblikati huma ta’ Marzu 2023.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn Ħaddiema Soċjali jirreġistraw?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li fl-aħħar ta’ Marzu 2023 kien hemm persuna waħda li kienet qiegħda tirreġistra għax-xogħol fuq l-ewwel u t-tieni parti tar-reġistru għall-Ħaddiema Soċjali.
L-aħħar ċifri tal-qgħad ippubblikati huma ta’ Marzu 2023.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ħaddiema jaħdmu ma' aġenziji tax-xogħol u x’inhu n-numru ta' dawn il-ħaddiema li huma ċittadini Maltin, ċittadini tal-UE (minbarra Maltin) u Third Country Nationals (TCN)?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li skont l-informazzjoni li għandha Jobsplus hawn taħt issib tabella li turi n-numru ta’ ħaddiema Maltin u barranin li kienu qed jaħdmu f' attivitajiet marbuta mal-impjiegi fl-aħħar ta’ Diċembru 2022.
INDUSTRY GROUP CODE
INDUSTRY NAME
EU
TCN
MALTESE
TOTAL
78
Attivitajiet marbuta mal-impjiegi
3
2
5
78.1
Attivitajiet ta’ aġenziji ta’ avvjament tal-impjiegi
292
3,992
3,627
7,911
78.2
Attivitajiet ta’ aġenziji ta’ impjiegi temporanji
11
145
106
262
78.3
Provvediment ta’ riżorsi umani oħra
75
816
2,333
3,224
Total
381
4,955
6,066
11,402
Vetturi tal-Gvern li għandhom polza ta' assikurazzjoni
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 8286 u 8649, li oriġinarjament saru lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali u lill-Prim Ministru rispettivament, u ċjoè: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5347, jista' l-Ministru jgħid kemm-il vettura li hi proprjetà tal-Gvern hija koperta b'polza ta' assikurazzjoni?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont il-politika stabbilita għal ħafna snin huwa l-Gvern stess li jaġixxi bħala assikuratur tal-vetturi tad-dipartimenti tiegħu.
Fil-każ tal-entitajiet tal-Gvern, kull wieħed minn dawn separatament irid jara li jidħol f’polza ta’ assikurazzjoni għall-vetturi tiegħu.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Gvern huwiex jikkonsidra li jippubblika Avviż Legali li jistipula li ssir xi forma ta’ merger bejn il-ħaddiema tad-Dipartimenti tad-Dwana, tal-Income Tax, tal-VAT u tat-Tax Compliance?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi d-Dipartiment tat-Taxxi, hekk kif definit fl-artikolu (2) tal-Att dwar il-Kummissarju tat-Taxxi, Kapitolu 517 tal-Liġijiet ta’ Malta, li daħal fis-seħħ fit-12 ta’ Jannar 2012, jfisser hekk kif ġej;
"dipartimenti tat-taxxa" tfisser id-Dipartiment tat-Taxxi Interni,
id-Dipartiment tat-Taxxa fuq il-Valur Mizjud, u d-Dipartiment tad-Dwana
.
Ta’ min jinnota li d-dipartiment tat-taxxi interni jinkludi fih dak li l-Onor. Interpellant qed tirreferi għalih bħala it-‘Tax Compliance’.
B’hekk dawn id-dipartimenti ilhom li ngħaqdu flimkien u għaldaqstant l-proċess li ser isir fix-xhur u s-snin li ġejjin, huwa wieħed ta’ tiġdid u riorganizzazzjoni. Din il-ħidma taqa’ taħt ir-responsabbilitajiet eżistenti tal-Kummissarju tat-Taxxa, u għalhekk m’hemmx ħtieġa ta’ Avviż Legali ieħor.
Din ir-riorganizzazzjoni ser twassal għall-Amministrazzjoni tat-Taxxa u Dwana ta’ Malta li hija moderna, bbażata fuq it-teknoloġija, b’investiment kontinwu fir-riżorsa umana, għall-effiċjenza akbar fl-operat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm nisa jaħdmu full-time, reduced full-time u part-time, f'termini ta' numru u persentaġġi min-nies kollha impjegati sa Marzu 2023?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li skont l-informazzjoni li għandha l-Jobsplus, hawn taħt issib tabella li turi n-numru ta’ nisa li kienu qed jaħdmu full-time, reduced full-time u part-time bħala xogħol ewlieni tagħhom maqsuma skont l-etajiet indikati, sal-aħħar ta’ Diċembru 2022 (l-aħħar ċifri ppublikati huma ta’ Diċembru 2022). Fit-tabella jidhru wkoll l-istess figuri sal-aħħar ta’ Diċembru 2012.
Diċembru 2012
Diċembru 2022
Numru ta' nisa li jaħdmu
Persentaġġ ta` nisa jaħdmu mit-total ta' nies jaħdmu
Numru ta' nisa li jaħdmu
Persentaġġ ta' nisa jaħdmu mit-total ta' nies jaħdmu
Full time
51,231
27.8%
98,404
33.3%
Reduced Full Time
2,332
1.3%
4,148
1.4%
Part Time
17,775
9.7%
18,638
6.3%
Total
71,338
38.8%
121,190
41.0%
B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 6842, 6941 u 8487, billi ai termini tal-istess liġi hemm l-obbligu li jinġabru dawn l-ispejjeż u għalhekk hemm dmir pożittiv fuq l-istat, jista’ l-Ministru jgħid kif il-Barklori se jiġu kumpensati?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi kif spjegajt fil-mistoqsija parlamentari 6941, l-Att dwar il-Ħlas ta’ Dritt lill-Barklori, Kapitolu 73 tal-Liġijiet ta’ Malta għadu fis-seħħ. F’dawn l-aħħar għaxar snin ma tħallsu jew inġabru l-ebda ħlasijiet f’dan il fond mid-Dwana, u mill-aġenti tal-vapuri. Infurmat ukoll illi d-Dwana kkonfermat li fl-aħħar 16-il sena, il-vapuri fil-port dejjem użaw il-passarella għall-iżbark tal-passiġġieri.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-individwu, li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, kienx konsulent tal-Air Malta, jekk għadux u jekk għadu, kemm hi r-rimunerazzjoni tiegħu?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-individwu msemmi fil-mistoqsija ma ngħata ebda konsulenza mill-Air Malta.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx ajruplani mikrija biex jiżdiedu mal-flotta eżistenti tal-Air Malta? Jekk iva, kemm hemm? Kemm qegħdin jiswew ta’ kuljum u għal kemm żmien?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Air Malta tikri ajruplani addizzjonali fuq bażi ta’ ACMI (Aircraft, Crew, Maintenance and Insurance) meta l-ajruplani tagħha jew jidlħu għal manutenzjoni skedata jew meta l-ajruplani jeħtiġilhom xi tiswija urġenti. Dan isir biex l-Air Malta tkun tista’ tkompli topera l-iskeda tagħha mingħajr interruzzjoni u tfixkil.
Normalment dawn il-kirijiet ta’ ajruplani jsiru mis-suq għal perjodi qosra u l-Air Malta tħallas il-prezz tas-suq, jiġifieri l-market price. Bħalissa l-Air Malta għandha ajruplan wieħed mikri fuq bażi ta’ ACMI u l-kirja tiegħu mistennija tintemm f’nofs Mejju.
Jista' l-Ministru jipprovdi lista tal-popolazzjoni rispettiva għal kull lokalità f'Malta u Għawdex sal-ġurnata li fiha qed issir din il-mistoqsija parlamentari?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Santa Venera – Triq Reġjonali – proġett ta’ tisqif tal-mini
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-fondi allokati għall-proġett tat-tisqif tal-mini fi Triq Reġjonali Santa Venera, skont il-Baġit tal-2019 tal-Gvern? Jista' jgħid ukoll jekk dawn il-fondi għadhomx merfugħa sabiex jintefqu biex jissaqqfu l-mini?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi għalkemm l-allokazzjoni finanzjarja li ġiet iddedikata fl-Estimi tal-2022 ma ntefqitx, fil-ħidma għat-tfassil tal-baġit ta’ kull sena, il-Gvern ser ikun qiegħed jara kif jista jiġi kkunsidrat il-proġett għat-tisqif tal-mini fi Triq Reġjonali Santa Venera, fil-qafas finanzjarju rispettiv.
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex ir-rifużjoni tat-taxxa li ġiet mogħtija matul dawn l-aħħar ġranet ma ngħatatx ukoll lil dawk il-pensjonanti li ħallsu t-taxxa fuq il-pensjoni tagħhom fl-2021? Jekk iċ-cheque li ntbagħat huwa rifużjoni ta’ taxxa skont l-istess stqarrija maħruġa mill-Gvern, jista’ l-Ministru jgħid għaliex dawn il-pensjonanti qed jiġu ddiskriminati?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan iċ-ċekk, li issa tqassam għas-sitt darba, dejjem ħareġ lil ħaddiema full-time jew part-time, li jaqilgħu anqas minn €60,000.
Persuni, li apparti l-pensjoni, kellhom ukoll impjieg matul l-2021 irċevew dan iċ-ċekk ukoll.
Jista’ l-Ministru jgħid mill-2013 sal-lum kemm kienet il-medja li ħaddiema barranin damu f’pajjiżna wara li ġew jaħdmu f’Malta, u jgħid kemm kienet il-paga medja u medjana ta’ dawn il-persuni matul it-tul taż-żmien li damu f’impjieg hawn Malta?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.