Legislature:
Category:
Reset
Active:

Unemployment Assistance – persuni li qed jirreġistraw

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm persuni qegħdin jirreġistraw u li qed jieħdu l-benefiċċju tal-UA (Unemployment Assistance)?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta` persuni li tħallsu l-UA, Unemployment Assistance, fl-aħħar ta` Diċembru 2019, kien jammonta għal 608 benefiċarju/a.

UAT (tapering) – persuni intitolati għal assistenza soċjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni intitolati li jieħdu l-UAT (tapering); dik l-assistenza soċjali fuq tliet snin għal dawk li jmorru jaħdmu?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta` persuni li tħallsu l-UAT, Tapering of Benefit, fl-aħħar ta` Diċembru 2019, kien jammonta għal 1728-il benefiċjarju/a.

Servizz ta’ Night Shelters

Question

Jista’ l-Ministru jgħid f'liema lokalitajiet hemm servizz ta' Night Shelter? X'inhu l-iskop primarju ta' dawn is-shelters? Isir xi tip ta' programm għal min juża dan is-servizz? Min jista’ jibbenefika minn dan is-servizz? Kemm hemm persuni li jużaw b'mod regolari dan is-servizz u l-etajiet tagħhom?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li preżentament hawn ħames Night Shelters. Erba’ minnhom jinsabu f’Malta, li huma fiż-Żejtun, l-Fgura, San Vinċenz de Paul, u l-Mellieħa. Hemm ukoll Night Shelter f’Għajnsielem Għawdex. L-għan tas-Servizz huwa li joffri kenn sigur għal matul il-lejl, lill-anzjani li jgħixu waħedhom jew għal raġunijiet diversi, jħossuhom insikuri f’darhom. · Jistgħu jibbenifikaw Anzjani li għandhom ‘il fuq minn 60 sena, li jgħixu waħedhom u li jgħixu ħajja indipendenti fir-rigward ta’ attivitajiet ta’ kuljum. · Ma jbatux minn xi kundizzjoni medika (bħal Dimensja) li tista’ tkun ta’ problema għar-residenti l-oħra li qed jużaw in- Night Shelter . Bħalissa qed jattendu 20 persuna u l-eta` tagħhom tvarja minn 65 sa 85 sena.

Tħejjija għaż-żwieġ biċ-Ċivil

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx korsijiet ta’ tħejjija għaż-żwieġ għall-koppji li jridu jiżżewġu biċ-ċivil? Jekk le, għaliex ma jsirux sabiex dawn il-koppji jkollhom aktar għarfien dwar iż-żwieġ qabel ma jieħdu dan il-pass importanti?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li m’hemmx korsijiet ta’ tħejjija għaż-żwieġ, għall-koppji li jridu jiżżewġu biċ-ċivil, biss qed tittieħdet nota ta’ dan is-suġġeriment.

Aġenzija Sapport: Servizzi lil min ibati mill-vista

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12250 u jgħid x’servizzi qiegħda toffri l-Aġenzija Sapport għal dawk il-persuni li jbatu min-nuqqas ta’ vista? X’għandha persuna tagħmel biex tirċievi dan is-servizz?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Aġenzija Sapport toffri s-servizz ta’ Matul il-Jum għal persuni neqsin mid-dawl. Dan is-servizz jingħata miċ-Ċentru Spero li jinsab Ħal Qormi. Il-persuni li jagħmlu użu minn dan is-servizz jingħataw sapport f’ħiliet bażiċi ta’ kuljum u taħriġ dwar kif jistgħu jgħixu ħajja aktar indipendenti. Il-programmi li jingħataw minn dan iċ-Ċentru jinkludu wkoll sessjonijiet dwar it-teknoloġija tal-informatika, lezzjonijiet tal-Braille u sessjonijiet li jinvolvu eżerċizzji. Jiġu organizzati wkoll diversi attivitajiet ta’ divertiment, attivitajiet edukattivi u kif ukoll dawk kulturali, kollha bil-għan illi nipromovu l-inklużjoni ta’ persuni neqsin mid-dawl. Il-każijiet għal dan is-servizz jiġu riferuti lill-Aġenzija Sapport, liema Aġenzija tieħu ħsieb li tagħmel l-assessjar meħtieġ u talloka s-servizz lill-klijenti skont il-ħtieġa. Kull persuna li tuża dan is-servizz tibqa’ tiġi segwita minn Social Worker illi jibqa’ jagħti s-sapport anke` matul il-perjodu li fih qed jingħata s-servizz. Persuni neqsin mid-dawl jistgħu jibbenefikaw ukoll minn sussidju fuq xiri ta’ apparat assistiv, permezz tal-Empowerment Scheme li tmexxi l-istess Aġenzija. Biex wieħed japplika għal dawn il-fondi, jista’ jikkuntattja lill-Aġenzija Sapport u jissottometti applikazzjoni flimkien ma’ numru ta’ dokumenti meħtieġa. It-talba tkun tista’ tiġi evalwata minn Bord indipendenti, li jagħti pariri u jipprovdi informazzjoni lill-applikanti dwar kif jistgħu jixtru tagħmir, skont il-bżonnijiet individwali tagħhom.

Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali — safar, fuel u hospitality - nefqa

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12103, jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali għas-safar, fuel u hospitality f’kull Dipartiment, Awtorità jew fil-Ministeru stess minn Jannar 2019 sal-ġurnata li tiġi mwieġba din id-domanda?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali — impjieg lill-individwu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk xi entità li hija fid-dekasteru tiegħu tatx impjieg taħt kwalsiasi titlu (inkluż part-time, position of trust, temporanju eċċ) wara Jannar 2017 lill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament u li reċentement ngħata Maħfra Presidenzjali?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-Mistoqsija Parlamentari lill-Ministru ikkonċernat.

Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali — sponsorships

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-isponsorships li ngħataw mill-Ministeru, Dipartimenti, Awtoritajiet u entitajiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, kemm kien il-valur ta' kull sponsorship u lil min ingħata (l-isem tal-individwu, kumpanija jew entità pubblika) minn Ġunju tal-2017 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali — investigazzjoni fuq manipulazzjoni ta’ Wikipedia page

Question

Fid-dawl tal-fatt li l-IP Address li ntuża biex fit-3 u s-6 ta' Ottubru 2019 ġiet immanipulata l-Wikipedia page tar-Rapporteur Speċjali tal-Kunsill tal-Ewropa Peter Omtzigt kien minn uffiċċju tal-Gvern, u li skont ir-regoli tad-Data Retention, tali informazzjoni tinżamm għal sitt xhur, jista' l-Ministru jgħid jekk saritx investigazzjoni? Jekk iva, minn liema uffiċċju saret din il-manipulazzjoni u x'passi ttieħdu? Jekk le, meta se ssir tali investigazzjoni?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-Mistoqsija Parlamentari lill-Ministru ikkonċernat.

Pubblikazzjoni “Ngħinu u Nippremjaw lill-familji”

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12062, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-invoices u/jew talbiet għal ħlas dwar in-nefqa ta' €8,192.25?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi n-nefqa ta’ €8,192.25ċ, tinkludi l-ammont ta’ €947.25ċ bħala ħlas ta’ VAT u l-ammont ta’ €7,245, bħala ħlas konness mad-disinn, l-istampar u d-distribuzjoni tal-imsemmi magażin.

Persuni bejn l-40 u 50 sena li jirċievu pensjoni wara l-mewt ta’ żwieġhom jew marthom

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 11893, jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra kemm huwa l-ammont jew kif inhija maħduma l-pensjoni tar-romol f’każijiet ta’ persuni bejn l-40 u 50 sena li jirċievu pensjoni wara l-mewt ta’ żwieġhom jew marthom?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.

Persuni bejn it-30 u l-40 sena li jirċievu pensjoni wara l-mewt ta’ żwieġhom jew marthom

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 11891, jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra kemm huwa l-ammont jew kif inhija maħduma l-pensjoni tar-romol f’każijiet ta’ persuni bejn it-30 u l-40 sena li jirċievu pensjoni wara l-mewt ta’ żwieġhom jew marthom?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.

Aġenzija Sapport: Servizzi lil min ibati mill-vista

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’servizzi qiegħda toffri l-Aġenzija Sapport għal dawk il-persuni li jbatu min-nuqqas ta’ vista? X’għandha persuna tagħmel biex tirċievi dan is-servizz?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.

Awtorità tad-Djar: Applikazzjonijiet pendenti

Question

B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 12058, jista’ l-Ministru jindika kemm huwa n-numru ta’ applikanti li qed jistennew akkomodazzjoni alternattiva quddiem l-Awtorità tad-Djar u: a. għandhom diżabiltà; b. għandhom każijiet soċjali marbuta ma’ vjolenza domestika; u c. li huma anzjani?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.

Senior Citizen Grant

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk is-Senior Citizen Grant (SCG) jingħatawx lil dawk l-anzjani li jkunu jgħixu f'home? Jekk le, x'inhi r-raġuni?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Għotja għall-Anzjani (Senior Citizen Grant) tingħata lil dawk l-anzjani li għandhom 75 sena jew aktar u li għadhom jgħixu fil-komunità. Mis-sena d-dieħla, kif imħabbar fid-diskors tal-Baġit, din l-għotja se tiżdied b’€50 fis-sena u se titla’ għal €350 għal dawk l-anzjani li jkunu laħqu l-età ta’ 80 sena. Barra minnhekk, kif imħabbar ukoll fid-diskors tal-Baġit, mis-sena d-dieħla wkoll, din l-istess għotja se tibda tingħata anke lill-anzjani li minn buthom qed iħallsu biex jgħixu f’dar residenzjali għall-anzjani. Dawk li għalqu t-80 sena u aktar, ukoll se jibbenifikaw miż-żieda ta’ €50.

Binjiet tal-Gvern — proġett

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 11303 u jgħid liema huma l-binjiet li l-Gvern ta' Malta huwa s-sid li ġew rinovati mis-sena 2017 sal-lum? Liema huma dawn il-binjiet? F'liema lokalitajiet? Kemm sewa l-proġett ta' kull binja? Kemm-il familja bbenefikat minn dan ix-xogħol?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.

Djar Residenzjali tal-Anzjani – programmi ta’ attivitajiet soċjali

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10211 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-programmi ta’ attivitajiet soċjali li qegħdin jitwettqu din is-sena f’kull Dar Residenzjali tal-Anzjani?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi hemm diversi programmi ta' attivitajiet għall-anzjani fid-djar residenzjali, fosthom il-programm Making Homes Fun fid-djar ta' l-Imsida, l-Imtarfa, l-Mosta u l-Mellieħa, fejn impjegati ġew imħarrġa biex jorganizzaw attivitajiet mal-anzjani u għandhom 3 nofs ta' nhari fil-ġimgħa iddedikati għall-attivitajiet biss. Hemm sessjonijiet ta’ tagħlim informali fid-djar tal-Mosta, l-Imsida, l-Imtarfa, l-Furjana, l-Mellieħa, Bormla, ż-Żejtun u Żammit Clapp, li jiġu organizzati darba fil-ġimgħa permezz ta' tutors imqabbda apposta. Isir ukoll il-programm Arts in Residential Homes fid-djar tal-Imtarfa, l-Mosta, l-Imsida, l-Furjana, l-Mellieħa u Orange Grove Dementia Ward fejn artisti jkunu mqabbda jagħmlu attivitajiet mal-anzjani. Din is-sena ġiet imwaqqfa wkoll l-Università tar-raba’ età bħala proġett pilota fid-dar residenzjali San Gużepp u f’San Vinċenz. Hemm ukoll Qari mal-Anzjani fid-djar tal-Mellieħa u l-Imtarfa, fejn rapreżentanta mill-Malta Libraries taqra siltiet minn kotba u tħeġġeġ diskussjoni mal-anzjani. Dawn huma programmi li jibqgħu għaddejjin is-sena kollha. Barra minn hekk ikun hemm ukoll ħruġ għar-residenti. Ikun hemm ukoll attivitajiet marbutin ma’ festi partikolari organizzati f’kull dar residenzjali minn żmien għal żmien.

Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali: Quality Service Charter

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Quality Service Charter tal-Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.