Legislature:
Category:
Reset
Active:

Supply tan-new water

Question

Jista' l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa sabiex is-supply tan-new water jibqa' jitwassal sal-Fiddien u Ħad-Dingli?

Response (MIZZI, JOE)

Ninsab infurmat li bil-volum ta’ ilma li hemm ppjanat bħalissa mill-impjant taċ-Ċumnija m’huwiex possibbli li jitwassal is-servizz tan-New Water fl-inħawi msemmija.

Waste to Energy Plant — plastic

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux se jinħaraq plastic fil-Waste to Energy Plant li qed jippjana li jagħmel dan il-Gvern? Jekk iva, x'tip ta' plastic se jinħaraq?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex tirreferi l-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Waste to Energy Plant — plastic

Question

Jekk fil-Waste to Energy Plant li qed jippjana li jagħmel dan il-Gvern se jinħaraq il-plastic, jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-volum jew il-piż ta' plastic li qed jiġi pproġettat li jinħaraq fuq daily basis?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex tirreferi l-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Waste to Energy Plant – expected emissions levels

Question

Fir-rigward tal-Waste to Energy Plant li qed jippjana li jagħmel dan il-Gvern, jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-expected emission levels?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex tirreferi l-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Ministeru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma – social media advertising — nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid u jelenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa’ taħtu, fuq social media advertising, però maqsuma skont Facebook, Instagram, YouTube, Twitter, Google eċċ, minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b’sena?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ir-Rabat u Santa Luċija Kerċem Għawdex – Triq il-Qasam San Ġorġ – kisi ta’ tarmak

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 3006 peress li għad ma sar ebda xogħol biex isir network ta’ distribuzzjoni tal-ilma tat-tieni klassi magħruf bħala New Water fit-triq imsemmija, jista' l-Ministru jgħid meta hu ppjanat li tingħata t-tieni kisja ta' tarmac (il-wiċċ) fi Triq Qasam San Ġorġ bejn ir-Rabat u Santa Luċija Kerċem Għawdex, liema xogħol sar mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma u dan skont risposta mogħtija mill-Ministru għal Għawdex, u dan peress li din it-triq ilha għal diversi xhur b’kisja waħda u hemm ammont ta’ tappieri perikolużi li huma ‘l fuq mil-livell tat-triq?

Response (MIZZI, JOE)

Ninsab infurmat li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma għad għandha ppjanat li jsir network ta’ distribuzzjoni tal-ilma tat-tieni klassi magħruf bħala New Water fit-triq imsemmija. Il-Korporazzjoni għadha kif issottomettiet l-applikazzjoni għal fondi mill-Unjoni Ewropea u għandha l-preparazzjoni tat-tender fi stadju avvanzat ħalli hekk kif jiġu disponibbli l-fondi neċessarji tkun tista’ timxi minnufih. Biex itaffi din is-sitwazzjoni, il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma qed taħdem biex tmewwet kemm jista’ jkun l-inkonvenjent madwar it-tappieri.

Ministeru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma– konsulenza fuq public relations jew komunikazzjoni — nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid u jelenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa’ taħtu, għal konsulenza fuq public relations jew komunikazzjoni, minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b’sena?

Response (MIZZI, JOE)

Ninsab infurmat li n-nefqa mill-Ministeru għall-Enerġija u l-Immaniġġjar tal-Ilma saret permezz tad-DCS u hija ta’ €12,901.65 (eskl. VAT). Din in-nefqa saret minn meta twaqqaf dan l-istess Ministeru wara Ġunju tal-2017 sal-21 ta’ Mejju 2018. Ma’ saret l-ebda nefqa mill-Korporazzjoni Enemalta minn Marzu 2013 s’Awwissu 2014. L-informazzjoni mitluba għal perjodu ta’ Settembru 2014 sal-lum għandha valur kummerċjali għal Kumpanija Enemalta plc. Minħabba f’hekk, l-iżvelar tat-tagħrif mitlub jista’ jippreġudika n-negozju tal-istess kumpanija. Fir-rigward tal-entitajiet l-oħrajn ma kien hemm l-ebda nefqa fuq konsulenza għal public relations jew komunikazzjoni. Fil-każ tal-Enemed, l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Ministeru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma — persuni li huma maħtura bħala Kummissjunarji

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-persuni fil-Ministeru inkluż f'kull entità, dipartiment u awtorità li jaqgħu taħt ir-responsabbilità tiegħu u li fil-preżent huma maħtura bħala Kummissjunarji b’setgħa li jagħtu ġurament skont l-Ordinanza dwar il-Kummissjunarji b’setgħa li jagħtu Ġurament (Kap. 79 tal-Liġijiet ta' Malta)? Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-kariga ta' kull waħda minn dawn il-persuni u dwar xiex jingħataw il-ġuramenti quddiem kull waħda mill-imsemmija persuni?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li taħt id-dekasteru tal-Ministeru għall-Enerġija u l-Immaniġġjar tal-Ilma hemm żewġ persuni li huma maħtura bħala Kummissjunarji b’setgħa li jagħtu Ġurament (Kap. 79 tal-Liġijiet ta' Malta).

Ministeru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma – event organisation for promotional and communications realted events — nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid u jelenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa’ taħtu, għal event organisation for promotional and communications related events, minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b’sena?

Response (MIZZI, JOE)

Ninsab infurmat li peress li l-Ministeru għall-Enerġija u l-Immaniġġjar tal-Ilma twaqqaf f’Ġunju 2017 u kien hemm xi tibdil f’ dipartimenti u entitajiet, it-tagħrif mitlub huwa wieħed speċifiku u għaldaqstant huwa diffiċli li jinġabar mingħajr ma jinvolvi spejjeż oħrajn li mhumiex relatati. Ninfurmah li l-organizzazzjoni ta’ attivitajiet simili tinvolvi wkoll xogħol u materjali li spiss jintużaw aktar minn darba f’attivitajiet simili, bħal pereżempju kif inhu l-każ f’kampanji li jtulu.

Impjant tad-drenaġġ f’Għawdex

Question

B’referenza għall-impjant tat-tisfija tad-drenaġġ f’Għawdex u d-demel tal-baqar, jista’ l-Ministru jgħid fejn qed jiġi miġbur u msoffi d-demel tal-baqar fil-preżent meta jidher ċar li sistema tat-tisfija tal-impjant tad-drenaġġ għada qed tiġi maħnuqa bid-demel tal-baqar? Meta ħa tiġi konkluża u mwettqa s-soluzzjoni fuq livell nazzjonali? Jista’ jagħti d-data?

Response (MIZZI, JOE)

L-Onor. Interpellant għandu jkun jaf li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma mhux responsabbli mill-ġbir tad-demel tal-baqar. Madankollu, fuq l-impjant t’Għawdex, il-Korporazzjoni tinnota li dan għadu kemm ingħata overhaul u li llum il-ġurnata qed jiffunzjona b’mod ideali. Il-Korporazzjoni ħarġet ukol it- tender biex jissewwa l- outfall li nkiser b’imblukkar fl-aħħar snin. Filwaqt li nfakkar li kwalunkwe materjal li mhux drenaġġ domestiku jagħmel ħsara fl-infrastruttura tad-drenaġġ, il-Korporazzjoni tteni r-rieda tagħha li tkompli tissalvagwardja l-impjanti tagħha biex tiżgura soluzzjonijiet dejjiema.

Ministeru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma – promotional material — nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid u jelenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa’ taħtu, fuq promotional material (brochures, websites, flyers, mailshots eċċ) minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b’sena?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Birżebbuġa — Tneħħija tat-tankijiet tal-fjuwil 31 ta’ Marzu

Question

Jista’ l-Ministru jgħarraf lil din il-Kamra jekk ittieħdux passi jew inbdewx proġetti biex ikompli x-xogħol relatat mat-tneħħija tat-tankijiet tal-fjuwil 31 ta’ Marzu 1979 f’Birżebbuġa?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif kien imħabbar qabel, sabiex is-sit ta’ Birżebbuġia tingħalaq darba għal dejjem, iridu jiġu fi tmiemhom tlett proġetti maġġuri li bħalissa qegħdin fil-fażi ta’ kostruzzjoni. Dawn il-proġetti kapitali se jiswew lill-kumpanija Enemed mas-sebgħin miljun ewro u huma: Il-proġett ta’ rinnovar u “ upgrade ” tat-tankijiet ta’ taħt l-art, liema proġett beda fil-bidu ta’ Jannar ta’ din is-sena u huwa stmat li jkun lest sa’ Diċembru tal-2019. Il-proġett ta’ “ filling station ” ġdida u uffiċini ġodda f’Ħas Saptan fejn dan il-proġett beda ukoll f’ Jannar ta’ din is-sena u huwa stmat li jkun lest ukoll sa’ Dicembru tal- 2019. Il-proġett ta’ bdil ta’ tankijiet kollha tal-ħażna ġo l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta. L-ewwel fażi tal-proġett hija lesta u f’Ġunju għandha tibda t-tieni fażi li mistennija tkun lesta wkoll sa’ Diċembru tal-2019.

Qajjenza – faċilità fejn kienu jimtlew iċ-ċilindri tal-gas

Question

Jista’ l-Ministru jgħarraf lil din il-Kamra x’passi se jkunu qed jittieħdu rigward il-faċilità fejn kienu jimtlew iċ-ċilindri tal-gass fil-Qajjenza u jekk hemmx pjani ta’ żvilupp għal dan is-sit?

Response (MIZZI, JOE)

Ninsab infurmat li l-Enemalta għaddejja b’diskussjonijiet interni dwar l-iżvilupp ta’ dan is-sit.

Cable mill-power station lejn Ħal Far

Question

Jista’ l-Ministru jgħarraf lil din il-Kamra f’liema stadju wasal il-proġett biex jingħadda cable mill-power station lejn Ħal Far li jgħaddi minn Birżebbuġa?

Response (MIZZI, JOE)

Ninsab infurmat li l-proġett relatat mar-rinfurzar tal-infrastruttura tal-Enemalta, li kien jinvolvi xogħlijiet ta’ tqegħid ta’ cables mill-power station ta’ Delimara sa Ħal Far, wasal fil-fażi finali tiegħu. Huwa ppjanat li fil-ġimgħat li ġejjin il-cables kollha jkunu ġew mgħoddija u allura l-proġett ikun jista’ jibda jiġi konkluż.

Birżebbuġa – xogħlijiet fuq mains tal-ilma u drenaġġ

Question

Jista’ l-Ministru jgħarraf lill-Kamra jekk ix-xogħlijiet f’mains tal-ilma u d-drenaġġ f’Birżebbuġa nbdewx u kif se jkun qed jitwettaq dan ix-xogħol?

Response (MIZZI, JOE)

Ninsab infurmat li x-xogħlijiet fi Triq Birżebbuġia minn fejn l-Għassa sa Misraħ il-Knisja u Triq Santa Katarina huma lesti. Ix-xogħlijiet tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma kemm tal-ilma, kif ukoll tad-drenaġġ se jissuktaw fit-toroq l-oħra wara li jitlesta x-xogħol tal-Enemalta li qiegħed joqrob lejn it-tmiem. Dawn it-toroq jinkludu Triq San Patrizju sa Misraħ is-Summit, Triq il-Bajja s-Sabiħa, Triq Żaren Dalli u Triq Għar Dalam sa kantuniera ma’ Triq Salvatore Cachia Zammit. Għalkemm il-programm tax-xogħol diġa’ ġie mfassal mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma, dan għad irid jiġi maqbul mal-Kunsill Lokali u awtoritajiet ikkonċernati minħabba li jkun qorob biex jibda l-istaġun tal-għawm.

Ministeru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma – Data Protection Officers

Question

Jista' l-Ministru jagħti l-isem u l-kunjom tad-Data Protection Officers kollha fi ħdan il-Ministeru għall-Enerġija u l-Immaniġġar tal-Ilma nkluż dawk l-uffiċjali f kull entità, dipartiment u awtorità li jaqgħu taħt ir-responsabiltà tiegħu?

Response (MIZZI, JOE)

Ninsab infurmat li n-numru ta’ uffiċjali li bħalissa qed jaqdu d-dmirijiet ta’ Data Protection Officer fil-Ministeru għall-Enerġija u l-Immaniġġjar tal-Ilma huwa ta’ 5. Ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data se jkun applikabbli fil-25 ta’ Mejju u għaldaqstant il-ministeri, dipartimenti u entitajiet qed jaġġornaw il-listi skont il-provvedimenti tar-Regolament.

Ministeru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma – radio advertising — nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid u jelenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa’ taħtu, fuq radio advertising minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b’sena?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma — mobile phones imħallsa mill-Gvern

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4899 u jgħid kemm hemm persuni fis-Segretarjat, inkluż il-Ministru, li għandhom mobile telephone imħallas mill-Gvern? Jista’ jgħid kemm kienet in-nefqa globali minn April 2013 s’issa?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Inteprellant li hemm 6 persuni intitolati għall-mobile phone imħallas mill-Gvern (inkluż il-Ministru) u n-nefqa globali s’April 2018 hija dik ta’ €8,155.11 (VAT eksluż). Din l-informazzjoni hija min meta twaqqaf il-Ministeru għall-Enerġija u l-Immaniġġjar tal-Ilma minn Ġunju 2017.

Arms Ltd – meters tad-dawl

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5552 u jgħid kemm iżżomm flus l-ARMS Ltd biex tiċċekja meter u kemm hu l-ħlas lill-ARMS Ltd biex taqleb l-isem ta’ fuq min hu l-meter?

Response (MIZZI, JOE)

Ninsab infurmat li fil-każ tad-dawl hemm ħlas dovut lill-Enemalta ta’ €70 li f’każ li l-arloġġ ma jinstabx jaħdem kif suppost, jiġi rifuż. Filwaqt li fil-każ tal-ilma, il-ħlas dovut lill-Water Services Corporation hu ta’ €11.65. Ta’ min jgħid li dawn il-ħlasijiet ilhom fis-seħħ sa minn qabel ma ġiet imwaqqfa ARMS Ltd. min Gvern preċedenti. Il-ħlas ta’ €4.66 huwa mitlub biex wieħed ikun jista’ jaqleb il- meter minn fuq isem għal ieħor. Dan dejjem jekk il-post fejn hemm il- meter stallat ikun il-proprjeta’ ta’ min ser jieħu il- meter fuqu. Hemm ukoll il-kundizzjoni li biex isir it-trasferiment, kull kont pendenti irid jitħallas qabel ma jsir it-trasferiment. Fil-każ li l-persuna li ser tieħu l- meter fuq isimha ma tkunx is-sid tal-proprjeta’ tkun trid titħallas ukoll garanzija (depożitu) ta’ €466, liema garanzija (depożitu) jitħallas lura lill-persuna wara li toħroġ mill-proprjeta’. Dan dejjem wara li jinqagħtu l-kontijiet pendenti.

Arms Ltd – Rata għolja

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5553 u jgħid kemm hawn familji li jħallsu lill-ARMS Ltd bir-rata għola domestika?

Response (MIZZI, JOE)

Ninsab infurmat li r-rata hekk imsejjħa ‘Domestika’ qedgħa għal dawk l-istallazzjonijiet f’proprjetajiet li ma jkunux ir-residenza prinċipali tal-persuna/i. Hija pero’ r-responsabbilta’ tal-familji kkonċernati li jinformaw lill-ARMS bin-numru ta’ persuni li joqogħdu fil-proprjeta’, tant li din il-proprjeta’ tibda titqies bħala ‘Residenzjali’. Fid-dawl ta’dan, l-ARMS ma tistax tkun taf kemm hemm “familji li jħallsu lill-ARMS Ltd bir-rata għola domestika”. Huma r-residenti fil-proprjeta’ li jridu jinformaw lill-ARMS jekk u meta l-proprjeta’ għandha tibda titqies bħala ‘Residenzajli’. Dan billi jimlew il-formola H.