Tista' l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kwalunkwe linji gwida jew politika adottata dwar l-użu tal-Intelliġenza Artifiċjali fi ħdan il-Ministeru u l-entitajiet tagħha?
Tista' l-Ministru tgħid kemm sewa l-impjant ta' ġenerazzjoni ta' emerġenza f'Delimara, kemm biex jinkera u kemm biex jopera, matul l-2025 u matul l-2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Tista' tgħid ukoll għal kemm-il siegħa ntuża b'kollox kemm fl-2025 u kemm fl-2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Tista' l-Ministru tgħid kemm swew il-generators temporanji li qed jitqabbdu f'partijiet differenti tan-network tad-distribuzzjoni tal-elettriku, kemm biex jinkrew u kemm biex joperaw, matul l-2025 u matul l-2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Tista' tgħid ukoll għal kemm-il siegħa ntużaw b'kollox kemm fl-2025 u kemm fl-2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li tweġiba tingħata f’seduta oħra.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 1036, tista’ l-Ministru tgħid jekk hemmx pjanijiet għal proġetti ta’ enerġija rinnovabbli ffinanzjati minn fondi Ewropej? Jekk iva, tista’ tgħid liema huma u fejn se jsiru?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, fil-preżent, il-proġett relatat mal-enerġija rinnovabbli li huwa ffinanzjat minn fondi Ewropej huwa l-Impjant għall-Ipproċessar tal-Iskart Organiku (Organic Processing Plant – OPP), li qed jiġi żviluppat fil-Kumpless ECOHIVE fil-Magħtab. L-impjant huwa maħsub biex jipproċessa skart organiku miġbur separatament minn djar u stabbilimenti kummerċjali madwar Malta u Għawdex, filwaqt li jikkontribwixxi għall-ġenerazzjoni ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli permezz tal-produzzjoni tal-bijogass.
Tista' l-Ministru tgħid kemm sewa lill-Enemalta t-tisħiħ tan-network tad-distribuzzjoni tal-elettriku fl-2024, fl-2025 u fl-2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Tista' wkoll taqsam dawn il-figuri bejn l-ispiża għax-xiri ta' cables flimkien mal-kwantità ta' tul ta' cables, l-ispiża għat-tqegħid u l-installazzjoni, u l-ispiża biex jinfetħu t-toroq u jerġgħu jiġu asfaltati?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor Interpellant li, bejn l-2023 sal-aħħar tal-2025, l-Enemalta għamlet investiment ta’ €140 miljun fit-tisħiħ tan-network tad-distribuzzjoni tal-elettriku.
Tista' l-Ministru tgħid meta ser jiġu ppubblikati l-audited accounts tal-Enemalta u dan peress li ilhom mill-2022 ma jiġu ppubblikati?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li l-audited accounts tas-snin 2023 u 2024 waslu fi stadju finali u għandhom jiġu pubblikati fil-ġimgħat li ġejjin. Infurmata wkoll li l-audited accounts tal-2025 għandhom jiġu pubblikati lejn l-aħħar ta’ din is-sena.
Tista’ l-Ministru tgħid xi ħsarat kien hemm/għad hemm fil-faċilità tal-Wasteserv fil-Magħtab, li skont l-operaturi tal-ġbir tal-iskart qed jitilfu ħafna ħin minħabba dawn il-ħsarat? Tista’ tgħid ukoll jekk il-ħsarat li kien hemm ġewx imsewwija?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li WasteServ wettqet xogħlijiet ta’ manutenzjoni fuq il-weighbridge ta’ Malta North bejn it-30 ta’ Ġunju u l-5 ta’ Lulju 2026. Sabiex jitnaqqas kull inkonvenjent u jiġi faċilitat il-fluss tal-vetturi, matul il-perjodu tax-xogħlijiet il-weighbridge operators taw assistenza addizzjonali lis-sewwieqa. Mis-6 ta’ Lulju 2026, il-weighbridge reġa’ beda jopera b’mod normali u kompletament awtomatizzat.
Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali - Kura veterinarja - Stabbilimenti
Question
Tista’ l-Ministru tgħid f’liema stabbiliment jew stabbilimenti qed tiġi pprovduta l-kura veterinarja lil hinn minn dik ta’ rutina fil-preżent, u ċjoè:
i. interventi ta’ dijanjostika permezz tal-immaġini;
ii. testijiet tad-demm; u
iii. kirurġija mhux relatata mal-isterilizzazzjoni tal-annimal għal finijiet riproduttivi?
Tista’ tgħid ukoll liema stabbilimenti ntużaw matul l-aħħar sena ta’ operat tad-Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali sabiex tingħata kura veterinarja lill-annimali taħt il-kustodja tiegħu?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li l-kura veterinarja li mhix ta’ rutina u l-proċeduri speċjalizzati meħtieġa għall-annimali taħt il-kustodja tad-Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali qed jiġu provduti minn stabbilimenti li għandhom kuntratti ta’ servizz attivi mad-Direttorat. Dawn jinkludu, iżda mhumiex limitati għal Happy Paws, Vetcare,Vet 4 Pet Health, Animal Aid Clinic, Highrise Veterinary Clinic, Zoomangi Veterinary Clinic u Agrimed għal necroscopy.
Barra minn hekk, skont il-ħtiġijiet individwali tal-annimali, partikolarment fil-każ ta’ annimali mhux konvenzjonali, id-Direttorat jista’ wkoll jirrikorri għal stabbilimenti veterinarji oħra fuq bażi ta’ każ b’każ sabiex jiġi żgurat li tingħata l-kura meħtieġa.
L-istess stabbilimenti kienu fost dawk użati matul l-aħħar sena ta’ operat tad-Direttorat sabiex tingħata kura veterinarja lill-annimali taħt il-kustodja tiegħu.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il darba ntużaw generators fit-toroq ta’ Malta u Għawdex sabiex jipprovdu provvista temporanja tal-elettriku mill-1 ta’ Jannar 2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Tista’ wkoll tindika l-lokalità u t-triq fejn intuża kull generator, id-data jew id-dati li fihom intuża, u għal kemm żmien dam jintuża?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Enemalta investiet f’numru ta’ generators li jintużaw primarjament biex, waqt li jkunu qegħdin isiru xogħlijiet ta’ manutenzjoni ppjanati fuq is-sistema tad-distribuzzjoni, b’mod partikolari meta jkun meħtieġ li tintefa’ substation, il-klijenti ma jibqgħux mingħajr provvista tal-elettriku sakemm ix-xogħol ikun lest.
Barra minn hekk, f’każijiet ta’ ħsarat mhux ippjanati fuq in-network, dawn il-generators jistgħu jintużaw ukoll bħala miżura temporanja biex jitnaqqas il-perjodu li fih il-klijenti jkunu mingħajr provvista, sakemm jitlestew ix-xogħlijiet ta’ tiswija meħtieġa u tiġi restawrata l-provvista b'mod normali mal-grid ta' l-elettriku.
Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali - Annimali ewtanizzati
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien hemm annimali taħt il-kura tad-Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali li ġew ewtanizzati matul il-perjodu bejn Jannar 2026 u Ġunju 2026, maqsuma skont l-ispeċi tal-annimal?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li matul il-perjodu indikat fil-mistoqsija, kien hemm 162 annimal li kellhom jitraqdu wara li kienu eżaminati minn veterinarju, li minnhom 150 kienu qtates, 5 klieb u 7 annimali oħra.
Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali - Kura veterinarja
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien hemm każijiet ta’ annimali taħt il-kura tad-Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali li kellhom bżonn kura veterinarja lil hinn minn dik ta’ rutina? Tista’ wkoll tipprovdi n-numru ta’ każijiet li kienu jeħtieġu:
i. interventi ta’ dijanjostika permezz tal-immaġini;
ii. testijiet tad-demm; u
iii. kirurġija mhux relatata mal-isterilizzazzjoni tal-annimal għal finijiet riproduttivi?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali - Rekords mediċi miżmuma
Question
Tista’ l-Ministru tgħid x’tip ta’ rekords mediċi qegħdin jinżammu mid-Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali fir-rigward tal-annimali li jinsabu taħt il-kura tiegħu?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Tista’ l-Ministru tgħid liema Standard Operating Procedures (SOPs) qed jadotta d-Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali għall-kura, it-trattament u l-immaniġġjar tal-annimali li jidħlu taħt il-kustodja tiegħu? Tista’ wkoll tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ dawn l-SOPs?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li d-Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali qed jadotta SOPs dwar l-Animal Ambulance; Enforcement & Legal Proceedings; Adoption; Fostering u l-Animal Care. Barra minn hekk, qed jiġu żviluppati jew aġġornati SOPs addizzjonali dwar Animal Handling - għall-użu fis-sezzjonijiet kollha fejn jiġu mmaniġġjati annimali; Vehicles & Equipment, inkluża reviżjoni tal-SOP eżistenti dwar il-Fuelling; Control Unit, inkluża reviżjoni tal-SOP eżistenti dwar il-153/17 Call Centre; u l-Access Control relatata ma’ studenti, voluntieri u viżitaturi. L-SOPs li ġew finalizzati u implimentati huma dwar Management of Orphaned Neonatal Kittens; Assessment of Aggressive Behaviour in Animals; u Free Vet Services.
Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali - Annimali salvati
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm ġew salvati jew miġbura annimali mid-Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali matul il-perjodu bejn Jannar 2026 u Ġunju 2026, maqsuma skont l-ispeċi tal-annimal?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li matul il-perjodu indikat fil-mistoqsija, ġew salvati jew miġbura 708 annimali mid-Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali. Dawn kienu 470 qattus, 187 kelb u 51 annimali oħrajn.
Social Climate Funds – Sejħiet għall-applikazzjonijiet
Question
Tista' l-Ministru tgħid x'inhu l-pjan u l-iskeda ta' meta ser jibdew joħorġu s-sejħiet għall-applikazzjonijiet tas-social climate funds u liema setturi ser jikkonċernaw?
Response (DALLI, MIRIAM)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tirreferi l-mistoqsija lill-Ministeru konċernat.
Tista' l-Ministru tgħid fiex wasal il-proċess tal-evalwazzjoni tal-pjan nazzjonali tal-Gvern għall-użu tal-fondi Ewropej tas-Social Climate Fund mill-Kummissjoni Ewropea?
Response (DALLI, MIRIAM)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tirreferi l-mistoqsija lill-Ministeru konċernat.
Tista' l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjan nazzjonali tal-Gvern iffinalizzat, wara l-konsultazzjoni pubblika, ta' kif qed jippjana li jintużaw il-fondi Ewropej tas-Social Climate Fund allokati għal Malta?
Response (DALLI, MIRIAM)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tirreferi l-mistoqsija lill-Ministeru konċernat.
Birżebbuġa – Trejqa qrib id-Dar ta’ Pultu – Konkos
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 449, tista' l-Ministru tgħid jekk l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) approvatx li jingħata l-konkos fi trejqa qrib id-Dar ta' Pultu fil-limiti ta' Birżebbuġa? F'każ li dan ma ġiex approvat, tista’ tgħid x'azzjoni ser tittieħed u sa meta?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-permessi għar-resurfacing tat-toroq ma jinħarġux mill-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA). L-ERA hija biss waħda mill-entitajiet li jiġu konsultati.
Tista’ l-Ministru tgħid x’passi ttieħdu biex tittejjeb l-infrastruttura tat-tisqija, b’mod partikolari l-infrastruttura biex jintuża n-new water, matul dawn l-aħħar ħames snin?
Response (DALLI, MIRIAM)
Il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma ppjanat, investiet u ħadmet bla heda matul l-aħħar ħames snin mhux biss biex twassal in-New Water f’żoni li kienu għadhom mhux milħuqa, imma wkoll biex is-sistema titħaddem bl-aktar mod effettiv u bl-iktar teknoloġija avvanzata. L-investiment u x-xogħol li sar kien jinkludi partikularment:
- Disinn mill-bidu, bini u operat ta’ farm treatment plant fin-Nofsinhar ta’ Malta biex il-kwalità tal-ilma trattat mid-drenaġġ tkun tista’ tintuża għall-produzzjoni tan-New Water.
- Operat u manutenzjoni tal-impjanti tan-New Water li wassal għal żieda attwali fil-produzzjoni tan-New Water.
- Pjanar għal iktar produzzjoni fit-tliet żoni (Nofsinhar, Tramuntana u Għawdex).
- Estensjonijiet ta’ network fit-tliet żoni, inkluż l-ikbar estensjoni li miż-Żejtun se twassal l-ilma saż-Żurrieq, Ħal Safi, Ħal Għaxaq, Birżebbuġa fost lokalitajiet oħrajn.
- Pjanar u installazzjoni ta’ dispensers intelligenti biex ikun hemm tqassim iktar ġust.
- Installazzjoni ta’ optic fibre biex tissapportja l-komunikazzjoni fiż-żoni kollha
- Installazzjoni ta’ cables tal-elettriku biex ikun żgurat li ma jkunx hemm dipendenza biss fuq il-panelli solari.
- Ħidma mal-Ministeru għall-Agrikoltura, Sajd u l-Provvista tal-Ikel biex jibda jiġi allokat New Water lill-bdiewa skont il-crop plan u mhux skont id-daqs tal-art biss.
- Proċessar ta’ iżjed minn 1,200 applikazzjoni għal access card jew FOB u tiġdid regolari tagħhom.
- Manutenzjoni kontinwa fuq in-network u dispensers.
- Rinovar ta’ ġibjuni ta’ New Water fin-Nofsinhar ta’ Malta u f’Għawdex.
Bis-saħħa tal-investiment li sar fl-aħħar snin, il-Koporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma qed tipproduċi 1.6 miljun metru kubu ta’ New Water fis-sena li sa ftit ilu ma kienx jeżisti u li huwa vitali għall-bdiewa.