Legislature:
Category:
Reset
Active:

Għawdex — Malta Enterprise - Investiment dirett barrani

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’investiment dirett barrani, adattat għaċ-ċirkostanzi speċifiċi ta’ Għawdex, qed tippromwovi l-Malta Enterprise minbarra dak tas-settur mediku u tas-saħħa?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellent li x-xogħol li jsir biex jiġi attirat investiment dirett barrani ġewwa Għawdex huwa wieħed ħolistiku u s-settur mediku u tas-saħħa huma biss żewġ setturi minn bosta oħra li l-Malta Enterprise tattira. Fl-aħħar snin, kien hemm aktar iffukar biex jiġu attirati proġetti ta' teknoloġija avvanzata lejn Għawdex. Fl-Istess ħin ukoll qed naraw anke kumpaniji b’investiment barrani f’Għawdex li qed jespandu b’operat diversfikat. Dawn il-proġetti mhumiex neċessarjament limitati għal qasam teknoloġiku wieħed. Hemm ukoll sforzi speċifiċi biex Għawdex jiġi stabbilit bħala testing bed għal proġetti innovattivi.

Ministeru għall-Ekonomiija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet — Chairpersons u membri ta’ entitajiet pubbliċi

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 12017, 13492 u 14667 u jgħid min huma ċ-Chairpersons u l-membri ta’ kull entità pubblika - irrispettivament mill-mod kif deskritti - li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, u f’kull każ jgħid: (a) kull persuna kemm ilha fil-ħatra, u (b) meta tiġi fit-tmiem il-ħatra attwali ta’ kull persuna?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġibiet li ngħataw fil-mistoqsijiet parlamentari 16173, 16174, 16175, 16176, 16177, 16179, 16180 u 16181, ninfurmah li l-kumplament tal-informazzjoni se tingħata f’seduta oħra.

Ministeru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi — Direct Orders

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru tiegħu, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Jannar 2024?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt li joħorġu mill-Public Procurement Regulations. Intant nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15426.

Ministeru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi — Ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni jaħdmu full-time jew part-time mal-Ministeru tiegħu b’kuntratt jew bħala persons of trust jew advisers jew experts li għandhom: i. ’l fuq minn 65 sena; ii. ’l fuq minn 70 sena; u iii. ’l fuq minn 80 sena? Jista’ jaqsam din l-informazzjoni skont l-etajiet indikati?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninformal lill-Onor. Interpellanta li ninsab infurmat li fid-dekasteru tal-Ministeru għall-Ekonomija, Intrapriża u Proġetti Strateġiċi hemm dawn l-persuni kif indikati: ’il fuq minn 65 sena 1 ’il fuq minn 70 sena 0 ’il fuq minn 80 sena 0

Ministeru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi — Promozzjoni ta’ CEOs – spiża

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8891 u jgħid kemm intefqu flus minn fondi pubbliċi fuq advertisement packages li jinkludu kontenut diġitali u kwalunkwe promozzjonijiet ta’ kull xorta, li ttellgħu fuq il-pjattaformi soċjali tal-kumpanija, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, bl-iskop li jippromwovu b’mod personali lis-CEOs tal-Malta Communications Authority u tal-INDIS Malta?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-promozzjoni riferuta hi fil-mansjoni tagħhom ta’ CEOs tal-Entita’ u mhux waħda personali.

GamingMalta Foundation – membri tal-Bord tad-Diretturi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-membri tal-Bord tad-Diretturi tal-Gaming Malta Foundation (GMF), x’inhi l-kariga tagħhom u kemm ilhom membri ta’ dan il-Bord?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

MIMCOL – membri tal-Bord tad-Diretturi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-membri tal-Bord tad-Diretturi tal-Malta Investment Management Co. Ltd (MIMCOL), x’inhi l-kariga tagħhom u kemm ilhom membri ta’ dan il-Bord?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma l-Onor. Interpellant li qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Malta Government Technology Investments Ltd – membri tal-Bord tad-Diretturi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-membri tal-Bord tad-Diretturi tal-Malta Government Technology Investments Ltd (MGTIL), x’inhi l-kariga tagħhom u kemm ilhom membri ta’ dan il-Bord?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma l-Onor. Interpellant li qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Tech.mt – membri tal-Bord tad-Diretturi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-membri tal-Bord tad-Diretturi ta’ Tech.mt, x’inhi l-kariga tagħhom u kemm ilhom membri ta’ dan il-Bord?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma l-Onor. Interpellant li qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Malta Crafts Foundation – Membri tal-Bord tal-Amministraturi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-membri tal-Bord tal-Amministraturi tal-Malta Crafts Foundation, x’inhi l-kariga tagħhom u kemm ilhom membri ta’ dan il-Bord?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.

Ministeru għall-Ekonomiija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi — Konsulenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il konsulent hemm fil-Ministeru tiegħu u x’livell ta’ edukazzjoni u esperjenza għandhom, speċjalment fil-qasam li l-Ministeru jirrappreżenta?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-konsulenti ġew impjegati skont l-manwal li kopja tiegħu diġà tqiegħdet fuq il-Mejda tal-Kamra.

Inċidenti stradali — Paid out claims

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kif jikkompara t-total ta’ paid out claims minn kumpaniji tal-insurance li kellhom x’jaqsmu ma’ inċidenti stradali fis-sena 2023 mas-sentejn ta’ qabel?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15954.

Kordin Grain Terminal – Membri tal-Bord tad-Diretturi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-membri tal-Bord tad-Diretturi tal-Kordin Grain Terminal, x’inhi l-kariga tagħhom u kemm ilhom membri ta’ dan il-Bord?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

MCA – Membri tal-Bord tad-Diretturi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-membri tal-Bord tad-Diretturi tal-Awtorità Maltija tal-Komunikazzjoni (MCA), x’inhi l-kariga tagħhom u kemm ilhom membri ta’ dan il-Bord?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Malta Government Investments – membri tal-Bord tad-Diretturi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-membri tal-Bord tad-Diretturi tal-Malta Government Investments, x’inhi l-kariga tagħhom u kemm ilhom membri ta’ dan il-Bord?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

MGA – membri tal-Bord tad-Diretturi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-membri tal-Bord tad-Diretturi tal-Awtorità Maltija għal-Logħob (MGA), x’inhi l-kariga tagħhom u kemm ilhom membri ta’ dan il-Bord?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.