Legislature:
Category:
Reset
Active:

Għawdex – Proġetti b’fondi Ewropej

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi proġetti ġodda ġewwa Għawdex u Kemmuna hemm ippjanati b'fondi Ewropej tul is-sena 2023?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba rigward proġetti ġodda ġewwa Għawdex u Kemmuna li hemm ippjanati b’fondi Ewropej tul is-sena 2023.

Reġistru tal-Artijiet – applikazzjonijiet pendenti għat-titolu

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6346 u jgħid kemm kien hemm applikazzjonijiet pendenti għat-titolu fir-Reġistru tal-Artijiet sal-aħħar ta' Jannar 2023?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li sal-aħħar ta’ Jannar ir-Reġistru kellu total ta’ 2,076 applikazzjoni li kienu pendenti u qed jiġu pproċessati. Hemm ukoll 3,182 applikazzjoni li huma sine die minħabba li ilhom għal ammont ta’ żmien jistennew kjarifikazzjonijiet jew korrezzjonijiet min-naħa tan-nutar.

Reġistru tal-Artijiet — applikazzjonijiet pendenti għal kawzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6347 u jgħid kemm kien hemm applikazzjonijiet pendenti għal kawzjoni fir-Reġistru tal-Artijiet sal-aħħar ta' Jannar 2023?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li sal-aħħar ta’ Jannar kien hemm total ta' għaxar applikazzjonijiet għal kawzjoni pendenti fl-Uffiċċju tar-Reġistratur tal-Artijiet.

Palazz ta’ Selmun – xogħol ta’ restawr

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk bediex ix-xogħol ta’ restawr f’Selmun Palace li kellu jibda sal-aħħar tas-sena 2022? Jekk iva, jista’ jagħti rendikont tax-xogħol li sar u indikazzjoni ta’ meta hu previst li jitlesta? Jekk le, jista’ jispjega għalfejn ix-xogħol ta’ restawr għadu ma bediex?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Awtorità tal-Artijiet – ħaddiema ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm żdiedu impjegati fl-Awtorità tal-Artijiet mill-2017 sal-lum u jagħti rendikont tal-lista ta’ ħaddiema ġodda li daħlu jaħdmu f’din l-awtorità mill-2017 sal-lum, bid-data tal-bidu tal-impjieg u x-xogħol li jagħmlu?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-domanda għandha tkun iktar speċifika u ċara, eż. Impjegati li qabel kienu ingaġġati mal-G.P.D u wara l-2017 ġew detailed mal-Awtorità għandhom jiġu meqjusa bħala ħaddiema ġodda?

Segretarjat Privat tal-Ministru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet — karozzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il karozza hemm fis-Segretarjat Privat tiegħu u x’inhi l-għamla tagħhom? Jista' jgħid jekk inħarġitx tender għall-karozzi tas-Segretarjat Privat tiegħu? Jekk ma nħarġet l-ebda tender, jista' jgħid: a) mingħand min inxtraw u kemm ġew jiswew il-karozzi tas-Segretarjat Privat tiegħu; jew b) kemm qed jinkrew kuljum il-karozzi tas-Segretarjat Privat tiegħu u mingħand min?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tliet karozzi li, skont il-Manwal, jintużaw mis-segretarjat privat huma kif jidhru fit-tabella t’hawn taħt. Għamla Mixtrija/Mikrija Data Tender/Direct Order Ditta Prezz (VAT eskluża) Chevrolet Lacetti Mixtrija fl-2007 Direct Chevrolet €10,738.81 Hyundai I10 Mixtrija fl-2013 3 Quotations Hyundai €7,049.15 Ford Focus, Mixtrija fl-2007 Direct Ford €9,228.66

Fond għall-Kawżi Ġusti – Entitajiet li bbenefikaw fis-sena 2013

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-entitajiet li bbenefikaw mill-Fond għall-Kawżi Ġusti matul l-2013? Jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kemm kien l-ammont fi flus li ħadet kull entità u d-data ta’ meta ħarġet l-ittra tal-approvazzjoni għal kull entità?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

White Rocks

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn minn meta ntgħażel l-offerent preferut fl-2016, sal-ġurnata tal-lum għadu ma sar xejn fiż-żona magħrufa bħala l-White Rocks? Meta hu mistenni li jikkonkludu d-diskussjonijiet u jibda x-xogħol?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 5432.

Għawdex – Korsa taż-Żwiemel Ta’ Xħajma – twaqqigħ ta’ numru ta’ stallel

Question

B'referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 3630 u 4863 dwar ix-xogħlijiet ta' twaqqigħ ta' numru ta' stallel taż-żwiemel fil-Korsa taż-Żwiemel f'Ta’ Xħajma, minħabba li ngħad li kienu f'qagħda perikoluża li iżda sal-ġurnata qabel twaqqgħu kienu għadhom qed jintużaw mis-sidien taż-żwiemel biex fihom ipoġġu ż-żwiemel tagħhom qabel u wara t-tiġrijiet, jista' l-Ministru jgħid dan ix-xogħol kienx kopert bil-permessi tal-Awtorità tal-Ippjanar permezz ta’ applikazzjoni ta' Dangerous Structures (DS) u jekk iva, iqiegħed kopja ta' dan il-permess fuq il-Mejda tal-Kamra? Jista' jgħid min għamel dan ix-xogħol ta' twaqqigħ, kif intgħażel u kemm ġie jiswa?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif digà mwieġeb fil-mistoqsijiet preċedenti, il-Kap. 552 jagħti setgħa lill-Awtorità tal-Artijiet li tagħmel xogħol fuq strutturi ta’ periklu jew fi stat ta' emerġenza mingħajr ma ssir applikazzjoni mal-Awtorità tal-Ippjanar. Għaldaqstant, sabiex jitneħħa mill-aktar fis il-periklu għal min kien qiegħed jutilizza l-istess sit, ġie mqabbad kuntrattur privat skont il-framework tal-istess Awtorità fejn lesta x-xogħol. L-ispiża kienet tammonta għal EUR 224,466.80c.

Ministeru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet — paġni, profili u gruppi fuq Facebook

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-paġni, profili u gruppi fuq Facebook amministrati mill-Ministeru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet u mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu jew minn persuni oħrajn jew kumpaniji f'isem il-Ministeru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet u f'isem l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu? Jista' jagħti l-isem tal-imsemmija paġni, profili u gruppi u jindika għal kull wieħed minnhom il-Uniform Resource Locator (URL) tagħhom?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra sreenshot tal-paġni, profili u gruppi ta entitajiet kollha li jaqgħu taħt Ministeru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet.

Fond għall-Kawżi Ġusti – Entitajiet li bbenefikaw fis-sena 2019

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-entitajiet li bbenefikaw mill-Fond għall-Kawżi Ġusti matul l-2019? Jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kemm kien l-ammont fi flus li ħadet kull entità u d-data ta’ meta ħarġet l-ittra tal-approvazzjoni għal kull entità?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Fond għall-Kawżi Ġusti – Entitajiet li bbenefikaw fis-sena 2018

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-entitajiet li bbenefikaw mill-Fond għall-Kawżi Ġusti matul l-2018? Jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kemm kien l-ammont fi flus li ħadet kull entità u d-data ta’ meta ħarġet l-ittra tal-approvazzjoni għal kull entità?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Fond għall-Kawżi Ġusti – Entitajiet li bbenefikaw fis-sena 2017

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-entitajiet li bbenefikaw mill-Fond għall-Kawżi Ġusti matul l-2017? Jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kemm kien l-ammont fi flus li ħadet kull entità u d-data ta’ meta ħarġet l-ittra tal-approvazzjoni għal kull entità?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Fond għall-Kawżi Ġusti – Entitajiet li bbenefikaw fis-sena 2016

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-entitajiet li bbenefikaw mill-Fond għall-Kawżi Ġusti matul l-2016? Jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kemm kien l-ammont fi flus li ħadet kull entità u d-data ta’ meta ħarġet l-ittra tal-approvazzjoni għal kull entità?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Fond għall-Kawżi Ġusti – Entitajiet li bbenefikaw fis-sena 2015

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-entitajiet li bbenefikaw mill-Fond għall-Kawżi Ġusti matul l-2015? Jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kemm kien l-ammont fi flus li ħadet kull entità u d-data ta’ meta ħarġet l-ittra tal-approvazzjoni għal kull entità?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Fond għall-Kawżi Ġusti – Entitajiet li bbenefikaw fis-sena 2014

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-entitajiet li bbenefikaw mill-Fond għall-Kawżi Ġusti matul l-2014? Jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kemm kien l-ammont fi flus li ħadet kull entità u d-data ta’ meta ħarġet l-ittra tal-approvazzjoni għal kull entità?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Lands Authority — Applikazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5711 u jgħid kemm-il applikazzjoni rċeviet l-Awtorità tal-Artijiet fl-aħħar għaxar snin? Kemm minn dawn għadhom pendenti?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità tal-Artijiet qed titlob aktar żmien biex tiġi kkompilata t-tweġiba u tingħata tweġiba meħtieġa bi preċiżjoni.

Selmun Palace – kuntratt

Question

Jista’ l-Ministru jippubblika l-kuntratt tas-sussidjarja tal-Air Malta għat-trasferiment tas-Selmun Palace mingħand is-sussidjarja tal-Air Malta għal għand il-Gvern fl-24 ta' Marzu 2016?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Awtorità tal-Artijiet – kuntratt għal għoti ta’ konċessjoni fil-Bajja ta’ Little Armier

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5998 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt ta’ konċessjoni li ngħatat mill-Awtorità tal-Artijiet fil-Bajja ta’ Little Armier għat-tliet lidos li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellat li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt tal-konċessjonijiet li ngħataw fil-bajja ta’ Little Armier wara sejħa pubblika li l-avviż tagħhom ġie preżentat fi PQ 5997 seduta numru 87 fit 8 ta' Frar 2023.