Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar — mobile phones imħallsa mill-Gvern

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4897 u jgħid kemm hemm persuni fis-Segretarjat, inkluż il-Ministru, li għandhom mobile telephone imħallas mill-Gvern? Jista’ jgħid kemm kienet in-nefqa globali minn April 2013 s’issa?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm sitt persuni fis-Segretarjat, inkluż il-Ministru, li għandhom mobile telephone imħallas mill-Gvern, in-nefqa globali minn April 2013 s’issa kienet ta’ € 240,489.72

Bejjiegħa tal-Monti tal-Belt Valletta u tar-Rabat Għawdex — kumpens

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5206 u jgħid xi pjanijiet hemm li jwasslu sabiex bejjiegħa fuq il-monti tal-Belt Valletta jkunu mogħtija kumpens biex jirtiraw il-permess tagħhom bħalha bejjiegħa tal-Monti tal-Belt? Jista' jgħid xi pjanijiet hemm sabiex iwasslu li bejjiegħa tal-Monti li kienu jarmaw fil-Pjazza tat-Tokk fir-Rabat, Għawdex, ikunu mogħti kumpens biex ikunu mħajra jirtiraw il-permess tagħhom ta' bejjiegħa tal-Monti fil-post indikat? Jista' jgħid f'kull każ kemm se jkun il-kumpens maħsub?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — safar

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4875 u ċjoè: Jista' l-Ministru jgħid, mill-10 ta’ Marzu 2013 sal-lum x’kienet in-nefqa totali tal-Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar fuq safar? Jista’ jagħti dawn id-dettalji dwar kull żjara: kemm kienet l-ispiża, x’kien l-għan ta’ din iż-żjara, minn min kienet komposta d-delegazzjoni għal kull żjara u x’kien ir-rwol tal-persuni li attendew?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar – spejjeż ta’ media events

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4866 u jgħid mill-10 ta’ Marzu 2013 sal-lum, xahar b’xahar, kemm ġew organizzati PR u media events mill-Ministeru tiegħu? Kemm kienet l-ispiża ta’ kull attività u kemm kienet in-nefqa totali ta’ dawn l-attivitajiet? Min kienu l-kuntratturi li ħadmu fuq dawn l-attivitajiet u jekk dawn intgħażlux wara sejħa pubblika?

Response (CARDONA, CHRIS)

Kif l-Onorevoli Interpellanta konxja, ladarba kienet hi wkoll tagħmel parti f’tim ta’ tmexxija għall-organizzazzjoni ta’ attivitajiet simili, it-tagħrif speċifiku mitlub diffiċli li jinġabar mingħajr ma jinvolvi spejjeż oħrajn li mhumiex relatati. Ninformaha li l-organizzazzjoni ta’ attivitajiet simili tinvolvi wkoll xogħol u materjali li spiss jintużaw aktar minn darba f’attivitajiet simili, bħal pereżempju kif inhu l-każ f’kampanji li jtulu. Il-medja ta’ spejjeż għal kull attività tvarja bejn €400 u €600.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar — newspaper advertising - nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid u jelenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa’ taħtu, fuq newspaper advertising, maqsuma skont digital advertising u print advertising, minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b’sena?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Kumpanija – ftuħ ta’ ċentru reġjonali għad-Distribuzzjoni f’Malta

Question

B’referenza għat-tweġiba għal-mistoqsija parlamentari 5356, jista’ l-Ministru jgħidilna jekk il-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, talbitx iktar minn 50,000 metru kwadru hekk kif kien imħabbar xi sena ilu?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-talba kienet għall-biċċa art kunsiderevoli.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar — production costs għal TV advertising - nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid u jelenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa’ taħtu, għal production costs għal TV advertising minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b’sena?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar — TV advertising - nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid u jelenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa’ taħtu, fuq TV advertising minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b’sena?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar — nisa fuq bordijiet tal-Gvern

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'kull bord li nħatar mill-Ministeru tiegħu mill-elezzjoni sal-lum, kemm hu n-numru ta' membri u kemm minn dawn huma nisa?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba b’rabta mal-bordijiet maħtura mill-Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar mill-elezzjoni sal-lum hija din: 90 membru fejn 33 minnhom huma nisa: 36.6%. Meta jiskadi l-perjodu ta’ kull bord, qed insegwu l-wegħda tal-manifest elettorali sabiex nersqu lejn il-kwota ta’ 40% li jkunu nisa.

Kumpanija – ftuħ ta’ ċentru reġjonali għad-Distribuzzjoni f’Malta

Question

Peress li ftit iktar minn sena ilu l-Ministru ħabbar li l-Malta Enterprise u l-Malta Industrial Parks kienu għadhom kif laħqu ftehim mal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament biex jistabbilixxu Ċentru Reġjonali għad-Distribuzzjoni f’Malta li kellu jimpjega 120 ruħ, jista’ l-Ministru jgħid jekk dan il-proġett għadux fil-pjan li jseħħ? U jekk iva, f'liema stadju wasal dan il-proġett u meta hu ppjanat li jibda jopera?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-proġett għadu ma ġiex implimentat minħabba l-ammont kbir ta’ art li ġiet mitluba.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar – billboard advertising — nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid u jelenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa’ taħtu, fuq billboard advertising minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b’sena?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar — mobile phones imħallsa mill-Gvern

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni fis-Segretarjat, inkluż il-Ministru, li għandhom mobile telephoneimħallas mill-Gvern? Jista’ jgħid kemm kienet in-nefqa globali minn April 2013 s’issa?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Għawdex – Xewkija Industrial Estate – Triq it-Tessuti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni li Triq it-Tessuti ġewwa x-Xewkija Industrial Estate f'Għawdex ilha għal dawn l-aħħar ġimgħat magħluqa għal kollox għat-traffiku? Jista' jgħix x’inhi r-raġuni li din it-triq ingħalqet mingħajr ebda avviż? Jista’ jgħid meta hi ppjanata li tinfetaħ? Jista' jgħid jekk din it-triq hux ser tinbena mill-ġdid? U jekk iva, kemm hi stmata li ser tkun l-ispiża?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa m'hemmx xogħlijiet għaddejin fi Triq it-Tessuti. Fir-rigward tal-MIPL, parti biss minn Triq it-Taflija ġiet temporanjament magħluqa bħala prekawzjoni ta’ Health & Safety minħabba xogħlijiet imwettqa għar-rilokazzjoni ta 'kejbils tal-enerġija u l-bini ta' ħajt li jżomm l-istess triq, relatati mal-proġett iffinanzjat mill-Unjoni Ewropea li għaddej bħalissa.

Fabbriki battala f’Għawdex

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm fabbriki battala ġewwa Għawdex? Jista’ jgħid ukoll jekk il-Malta Industrial Parks (MIP) għandhiex kawżi pendenti dwar fabbriki f’Għawdex u jekk għandha kemm u x’tip ta’ kawżi huma?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma’ hemm l-ebda fabbrika battala ġewwa x-Xewkija Industrial Estate ħlief għal fabrikka waħda li ma tistax titqies bħala battala għax għad hemm proċeduri pendenti quddiem il-qorti'.

Bejjiegħa tal-Monti tal-Belt Valletta u tar-Rabat Għawdex — kumpens

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi pjanijiet hemm li jwasslu sabiex bejjiegħa fuq il-monti tal-Belt Valletta ikunu mogħtija kumpens biex jirtiraw il-permess tagħhom bħalha bejjiegħa tal-Monti tal-Belt? Jista' jgħid xi pjanijiet hemm sabiex iwasslu li bejjiegħa tal-Monti li kienu jarmaw fil-Pjazza tat-Tokk fir-Rabat, Għawdex, ikun mogħti kumpens biex ikunu mħajra jirtiraw il-permess tagħhom ta' bejjiegħa tal-Monti fil-post indikat? Jista' jgħid f'kull każ kien se ikun il-kumpens maħsub?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Kumpanija tal-Avjazzjoni — proġett

Question

Jista' l-Ministru jagħti l-aħħar dettalji/żviluppi dwar il-proġett li kien ġie mħabbar minnu li se jqum €30 miljun imħabbar mill-Gvern f'Marzu 2017 u liema proġett għandu jsir mill-kumpanija tal-avjazzjoni li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament u dwaru kien ġie ffirmat memorandum of understanding mal-Malta Industrial Parks u l-Malta Enterprise? Jista' jgħid jekk ix-xogħol infrastrutturali fuq dan il-proġett bediex u jekk le x’inhi r-raġuni li għadu ma bediex? Meta hu maħsub li se jitlesta dan il-proġett?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-negozjati u l-kuntratti fuq dan il-proġett waslu fil-fażi finali tagħhom. Ix-xogħolijiet jibdew appena l-permessi neċessarji jiġu maħruġa mill-Planning Authority u huwa mistenni li jitlestu fi żmien tnax-il xahar.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — safar

Question

Jista' l-Ministru jgħid, mill-10 ta’ Marzu 2013 sal-lum x’kienet in-nefqa totali tal-Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar fuq safar? Jista’ jagħti dawn id-dettalji dwar kull żjara: kemm kienet l-ispiża, x’kien l-għan ta’ din iż-żjara, minn min kienet komposta d-delegazzjoni għal kull żjara u x’kien ir-rwol tal-persuni li attendew?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Ta’ Qali – Crafts Village

Question

Jista’ l-Ministru jgħid dettaljatament ix-xogħol kollu li sar s’issa fuq il-Crafts Village f’Ta’ Qali skont kif kien ħabbar il-Gvern fl-aħħar Leġiżlatura?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proġett ta’ żvilupp tal-Crafts Village f’Ta’ Qali issa qiegħed fil-fażi ta’ kostruzzjoni. Ix-xogħolijiet infrastrutturali relatati ma’ dan il-proġett bdew fil-bidu ta’ din is-sena u huma ippjanati li jkunu sostanzjalment lesti sa l-aħħar ta’ din is-sena. Fost dawn ix-xogħolijiet hemm it-tibdil ta’ sistemi ta’ l-ilma u drenaġġ u jinbena sistema ġdida għal maniġjar ta’ l-ilma tax-xita. Il- provvista tal-elettriku qegħda tiġi msaħha bit-tibdil tal-cables ‘high tension’ kollha u s-sistemi ta’ provista tad-dawl u telekommunikazzjoni għal-kull unit u d-dawl tat-toroq sejrin ikunu kollha mgħoddija minn ‘service culverts’ taħt l-art. Fuq dan ix-xogħol kollu jerġaw jinbnew it-toroq tal-‘villaġġ’ u jsir pavimentazzjoni ġdid tal-bankini kif ukoll tat-toroq.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar – spejjeż ta’ media events

Question

Jista’ l-Ministru jgħid mill-10 ta’ Marzu 2013 sal-lum, xahar b’xahar, kemm ġew organizzati PR u media eventsmill-Ministeru tiegħu? Kemm kienet l-ispiża ta’ kull attività u kemm kienet in-nefqa totali ta’ dawn l-attivitajiet? Min kienu l-kuntratturi li ħadmu fuq dawn l-attivitajiet u jekk dawn intgħażlux wara sejħa pubblika?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negożji Żgħar – Direct orders bejn l-2008 u l-2013

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders mogħtija mid-dipartimenti, entitajiet, fondazzjonijiet, aġenziji, kumpaniji, korporazzjonijiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu (inkluż fejn japplika dawk li jaqgħu taħt is-Segretarji Parlamentari fid-dekasteru tiegħu) sena b’sena, bejn Marzu 2008 u Marzu 2013? Jista’ jagħti d-data meta ngħatat kull direct order, l-ispiża ta’ kull direct order u lil min ingħatat kull direct order?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.