Skejjel - Sistemi ta’ arja kundizzjonata fil-klassijiet u staff rooms
Question
Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk l-iskejjel li fihom m'hemmx is-sistemi ta' arja kkundizzjonata installati fil-klassijiet u fl-istaff rooms kollha tagħhom?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Filwaqt li nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall - mistoqsija parlamentari numru 30. Infurmat li bħalissa hemm 32 skola mgħamra bis-sistema tal-arja kundizzjonata.
Skejjel - Sistemi ta’ arja kundizzjonata fil-klassijiet u staff rooms - Pjan
Question
Fid-dawl li fil-programm elettorali tal-Partit Laburista li kellu jitlesta sal-elezzjoni li għaddiet kien hemm il-wegħda li “Ninstallaw sistemi ta’ arja kkundizzjonata fil-klassijiet u staff rooms fl-iskejjel kollha ta’ Malta u Għawdex”, jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx pjan biex din il-wegħda ssir u jekk iva, sa meta l-Ministru qed jittama li jagħmel dan?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-titjib fil-kundizzjonijiet li fihom isiru t-tagħlim u x-xogħol fl-iskejjel huma ta’ prijorità u għal dan il-għan se jkomplu jsiru diversi proġetti, inkluż dawk marbuta ma’ ambjent aħjar, arja kundizzjonata u aperturi. Inizjattivi bħal dawk li qed jirreferi għalihom l-Onorevoli Interpellant se jkunu parti importanti u ċentrali fil-ħidma tal-Ministeru għall-Edukazzjoni u l-Isport fejn irridu nwettqu sensiela ta’ proġetti biex inkopru l-iskejjel ta’ pajjiżna fuq medda ta’ leġiżlatura.
Minkejja li f’klawsola 4.10.3 tal-Ftehim Settorjali tal-Edukaturi, il-Gvern kien wiegħed li ħa toħroġ sejħa għal Senior Teachers fi żmien tliet xhur, jista’ l-Ministru jgħid għaliex din is-sejħa damet sentejn biex toħroġ?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li s-sejħa għal Senior Teachers ħarġet fl-aħħar ġimgħat. Il-mod kif ħarġet is-sejħa tindirizza dak imsemmi mill-Onorevoli Interpellant fid-domanda tiegħu.
Santa Luċija – Grawnd tal-futbol – Użu tal-parkeġġ
Question
Jista' l-Ministru jgħid x’azzjoni kienet ittieħdet wara li f’Settembru 2024, permess ta’ ittra uffiċjali, SportMalta kienet qalet li ħa tieħu azzjoni biex il-parkeġġ biswit il-grawnd tal-futbol ta’ Santa Luċija jerġa' jirritorna għall-użu ta’ parkeġġ pubbliku?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li l-informazzjoni mitluba ġiet provduta lil dan il-Parlament permezz ta' tweġibiet Parlamentari għall-mistoqsijiet Parlamentari numru 22041 u 23316 tal-leġiżlatura XIV. Infurmat li ma kienx hemm żviluppi oħra wara dawn it-tweġibiet Parlamentari.
Ministeru għall-Edukazzjoni u l-Isport — Direct Orders
Question
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta' direct orders li ħareġ il-Ministeru u kull entità li taqa' taħtu mis-sena 2017 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija? L-informazzjoni għandha tinkludi l-valur tad-direct order, min pprovda s-servizz jew oġġetti (kumpanija/individwi) u x'kien is-servizz jew oġġett provdut.
Response (GRIMA, CLIFTON)
Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 13760, tlabt biex il-bqija tal-informazzjoni tinġabar.
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-ispejjeż kollha relatati mal-proċess tal-privatizzazzjoni tal-Korsa tal-Marsa, inkluż l-ismijiet tal-kumpaniji u/jew individwi bħala benefiċċjarji? X’kien l-iskop ta’ kull spiża u meta tħallset?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma l-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Skejjel primarji u sekondarji – Rapporti ta’ bullying
Question
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar x’miżuri qegħdin jittieħdu sabiex jitnaqqsu r-rapporti ta’ bullying fost it-tfal u adoloxxenti fl-iskejjel primarji u sekondarji? X’kooperazzjoni qiegħda ssir bejn l-iskejjel u l-pulizija dwar każijiet diġà irrapportati ta’ bullying u sabiex jitnaqqsu dawn ir-rapporti?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma l-Onor. Interpellanta li t-tagħrif mitlub qed jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.
Attachments:PQ 24687 - Skejjel primarji u sekondarji - Rapporti ta' bullying.pdf
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar x’inhi r-raġuni li l-Iskejjel tal-Knisja ma jingħatawx fondi apposta biex ikun hemm security mal-iskejjel, filwaqt li jidher li l-iskejjel tal-Gvern jingħataw fondi għal dan?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li tweġiba ser tingħata f'seduta oħra.
Skejjel – Tfal u adoloxxenti li mhumiex jattendu b’mod regolari l-iskola
Question
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm huma t-tfal u adoloxxenti li mhumiex jattendu b’mod regolari l-iskola? Jista’ jagħti tagħrif dwar kemm minn dawn jattendu skejjel primarji u sekondarji u kemm jattendu skejjel tal-Gvern, tal-Knisja u privati? X’tip ta’ follow-up qed isir f’dawn il-każijiet?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma l-Onor. interpellanta li t-tabella turi l-informazzjoni mitluba rigward studenti li fallew għal aktar minn tlitt ijiem bejn Ottubru u Diċembru 2021:
State
Non-state
Primary
295
1
Middle
202
6
Secondary
420
33
Fost l-istudenti li jattendu skejjel tal-Istat hemm numru ta’ studenti barranin li jkunu telqu minn Malta mingħajr ma avżaw lill-iskola. Lil dawn tintbagħtilhom ittra reġistrata filwaqt li ssir ukoll żjara fl-indirizz li jkollhom l-iskola mill-ħaddiema soċjali tal-Kullegg rispettiv.
L-istudenti l-oħra jiġu segwiti mill-iskola u jekk jibqgħu jfallu mingħajr ġustifikazzjoni jiġu referuti lill-ħaddiema soċjali fi ħdan il-Kulleġġi rispettivi. Il-ħaddiema soċjali jaħdmu mill-qrib mal-familji ta’ dawn l-istudenti flimkien mal-iskola kkonċernata u l-professjonisti varji li jaħdmu fi ħdan il-Kulleġġ rispettiv bil-għan li l-istudent jingħata l-appoġġ meħtieġ u jirritorna l-iskola. Kemm l-iskola kif ukoll il-ħaddiema soċjali jimmoniterjaw l-attendenza tal-istudenti fuq bażi regolari biex l-interventi jsiru fil-ħin.
Skejjel – Tfal u adoloxxenti bi problemi psiko soċjali
Question
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm huma t-tfal u adoloxxenti li għandhom problemi psiko soċjali u li jingħataw servizz bħal dak ta’ social worker, psikoloġista jew psikoterapista? Jista’ jagħti tagħrif dwar kemm huma t-tfal u adoloxxenti li għandhom problemi psiko soċjali u li mhux jingħataw dawn is-servizzi? Kemm huma n-numri fil-waiting list għal dawn is-servizzi? X’inhi r-raġuni li mhux jingħata dan is-servizz u x’miżuri qiegħed jimplimenta l-Gvern biex tali servizz jibda jingħata mill-aktar fis?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma l-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni mitluba hija pprovduta fit-tabella. Il-Gvern huwa kommess li l-proċess ta’ reklutaġġ ta’ professjonisti jissokta biex jinżamm livell tajjeb ta’ servizz.
Servizz
Każi
Pendenti
Social Work
674
/
Psychologist
1729
531
Counsellor
5883
116
Jista’ l-Ministru jikkonferma li l-Pixxina Nazzjonali kienet titgħatta bil-lejl? Jistax jikkonferma meta l-aħħar ġiet mgħottija bil-lejl?
--
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma l-Onor. Interpellant li filwaqt li l-pixxina kienet tagħlaq fix-xhur tax-xitwa u titgħatta waqt dan il-waqfien fit-tul mill-operat, fl-aħħar snin il-pixxina kienet qed tagħlaq biss fil-perjodu bejn il-Milied u l-ewwel tas-Sena.
Mellieħa, Naxxar, Qawra u San Pawl il-Baħar — Skejjel primarji u sekondarji – studenti barranin
Question
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm-il tifel u tifla fl-iskejjel primarji u sekondarji (fejn hemm skola sekondarja) tal-Gvern ġewwa l-Mellieħa, Naxxar, Qawra u San Pawl il-Baħar huma barranin u kemm hu t-total ta’ tfal li jattendu kull skola? F’kull każ, ta’ liema nazzjonalità huma dawn it-tfal?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma l-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub qed jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.
Attachments:PQ 24682 - State School Mellieħa, Naxxar, Qawra, St Paul's Bay - Non-Maltese students & Nationalities.pdf
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm-il tifel u tifla fl-iskejjel primarji tal-Gvern huma barranin u kemm hu t-total ta’ tfal li jattendu kull skola?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma l-Onor. Interpellanta li t-tagħrif mitlub qed jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.
Attachments:PQ 24683 - Primary State Schools - Non-Maltese Students.pdf
Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra għaliex il-librerija pubblika ġewwa l-Iskola taż-Żejtun Primarja A għaddiet issa fiż-Żejtun Primarja B u jista’ wkoll jinforma l-Kamra jekk is-servizzi humiex l-istess jew inbidlux?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma l-Onor. Interpellant li l-librerija pubblika ġiet temporanjament riallokata minn Żejtun Primarja A għal Żejtun Primarja B sabiex jinħoloq spazju ħalli l-istudenti tal-Kinder ikun jista’ jingħatalhom id-dritt għat-tagħlim fi spazji xierqa. Is-servizz ta’ din il-librerija ser jingħata skont l-iskeda preċedenti.
Ministeru għall-Edukazzjoni u l-Isport – ħlasijiet lil ditta legali
Question
Jista’ l-Ministru jelenka l-ħlasijiet kollha li saru mill-Ministeru tiegħu lil ditta legali, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, wara l-1 ta’ Mejju, 2013 u sal-lum, bid-data rispettiva?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. interpellant li tweġiba ser tingħata f'seduta oħra.
Ministeru għall-Edukazzjoni u l-Isport – xogħol ta’ konsulenza minn ditta legali
Question
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ kull kuntratt/skrittura li permezz tagħha/tiegħu d-ditta legali, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, intrabtet tagħti jew ingħatat xogħol ta’ konsulenza legali mill-Ministeru tiegħu wara l-1 ta’ April, 2013?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor interpellant li tweġiba ser tingħata f'seduta oħra.
Naxxar – Skola Primarja – preżenza tal-Pulizija biex jikkontrollaw it-traffiku
Question
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 24424, jista’ l-Ministru jinvestiga jekk nhar il-Erbgħa 2 ta’ Frar, 2022 u t-Tlieta 8 ta’ Frar, 2022 kienx hemm il-preżenza tal-pulizija jew uffiċjali biex jikkontrallaw it-traffiku fil-madwar tal-Iskola Primarja tan-Naxxar fil-ħinijiet tad-dħul u tal-ħruġ tat-tfal mill-iskola, hekk kif informata li f’dawn id-dati ma kienx hemm il-preżenza tal-pulizija jew uffiċjali fil-ħinijiet tal-ħruġ tat-tfal mill-iskola?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. interpellanta li tweġiba ser tingħata f'seduta oħra.
Ministeru għall-Edukazzjoni u l-Isport — kuntratti, direct orders, donazzjonijiet jew benefikati diretti jew indiretti
Question
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 24051, jista' l-Ministru jiċċara r-risposta u jgħid jekk kienx hemm donazzjoni u jekk ingħatatx is-somma ta' 10,000 ewro u numru ta' kotba kif ġara fl-2020 kif jissemma fil-mistoqsija parlamentari 18617? Jekk iva, min approva din id-donazzjoni?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Kif ingħad fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 24051, l-informazzjoni mitluba għall-perjodu indikat mill-Onorevoli interpellanta huwa l-istess kif muri fid-dokument li tqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 18617.
Ministeru għall-Edukazzjoni u l-Isport — Infiq fuq materjal ta' reklamar
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'kien l-ammont li ntnefaq mill-Ministeru fuq materjal ta' reklamar inkluż fuq billboards, reklami fil-gazzetti, reklami fuq social media u leaflets jew pubblikazzjonijiet oħrajn li tqassmu fid-djar għal kull xahar bejn Jannar 2020 u Jannar 2022?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma l-Onor. interpellanta li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-parkeġġ taħt l-Iskola Primarja tal-Qawra hux se jkun miftuħ bi ħlas għal kull min jipparkja fih? Jekk iva, se jkun hemm xi skont għar-residenti? Minħabba li preżentement parti sostanzjali mill-parkeġġ qiegħda tkun vojta anke waqt il-ħinijiet tal-iskola, ġie kkonsidrat li din il-parti tintu¿a mir-residenti u dan meta wieħed jikkonsidra l-problema ta’ nuqqas ta’ parkeġġ fiż-żona?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Filwaqt li nirreferi l-Onor. interpellanta għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 24311, ninfurmaha li d-diskussjonijiet għadhom għaddejjin.