Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 16452 u jelenka lista tal-iskemi maħruġa mill-Awtorità tal-Artijiet li huma miftuħa fil-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u li turi meta fetħet kull skema, kemm kien hemm applikazzjonijiet għal kull skema u kemm-il applikazzjoni ġiet ipproċessata sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll meta ser tagħlaq kull skema?
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 16477 u jgħid kemm għad baqa' każijiet miftuħa dwar artijiet li ġew esproprijati bejn l-1990 u l-1995? Jista’ wkoll jelenka lista li turi kemm hemm minn dawn il-każijiet lokalità b’lokalità?
Jista' l-Ministru jgħid kemm għad baqa' każijiet miftuħa dwar artijiet li ġew esproprijati bejn l-1995 u l-2000 u jelenka lista li turi kemm hemm minn dawn il-każijiet lokalità lokalità?
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 16287 u 16690 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14525 dwar proprjetà mogħtija b’enfitewsi, jista’ l-Ministru jgħid jekk saritx applikazzjoni għall-iskema li nieda l-Gvern u li permezz tagħha konċessjoni enfitewtika skaduta, li fil-każ tal-proprjetà inkwistjoni skadiet fl-2017, tista’ tiġi estiża għal ħamsin sena oħra?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninsab infurmat li l-Awtorita tal-Artijiet, permezz tal-Avviż Legali Nru. 161 tal-2023, qegħda tilqa applikazzjonijiet online fuq il-formola GLA29 biex proprjeta mogħtija b’enfitewsi li tkun skadiet jew se tiskadi sal-31 ta’ Diċembru 2030 jkollha l-konċessjoni tagħha estiża b’50 sena. Kull persuna li tista’ tkun eleġibbli għal din l-iskema tista’ tapplika. L-Awtorita tal-Artijiet irċeviet 127 applikazzjoni skont din l-iskema.
Din l-applikazzjoni hija aċċessibli mis-sit elettroniku:
https://onlineportal.landsauthority.org.mt/Services/Forms#gla29
Awtorità tal-Artijiet — Hospitality and Entertainment
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 16316 u 16689 u ċjoè: B’referenza għar-rapport finanzjarju għas-sena 2022 tal-Awtorità tal-Artijiet, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-ħlasijiet (inklużi l-iskop u isem il-benefiċjarji/kumpaniji) li tħallsu b’konnessjoni man-nefqa fuq il-‘Hospitality and Entertainment’ imsemmija fl-istess rapport?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Ministeru għall-Artijiet u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali — Promozzjonijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid:
• kemm hemm ħaddiema li ngħataw aktar minn promozzjoni waħda inkluż career progression minn Jannar 2021 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari fil-Ministeru, awtoritajiet jew fejn il-Gvern għandu b'xi mod interess minoritarju jew maġġoritarju, fid-dekasteru li hu responsabbli għalih;
• fejn kienu/qegħdin iservu dawn il-ħaddiema, il-kariga/grad li kienu/qegħdin jokkupaw, id-dati ta’ meta ġew promossi u/jew ħadu l-career progression, id-data sakemm baqgħu ingaġġati dawn il-persuni, b'liema mod kienu impjegati (jekk hux b’sejħa pubblika, minn Ministru eċċ); u
• kemm kien/hu l-pakkett finanzjarju tagħhom u kemm kienu ż-żidiet fil-paga b’mod monetarju minn skala għal oħra? X’kienet id-data tal-ingaġġ minn meta bdew mal-istess Ministeru, entità jew awtorità u anke jekk biddlux l-awtorità, entità jew Ministeru meta saru l-promozzjonijiet u/jew career progression?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-promozzjonijiet li jingħataw u anke l-career progressions, huma kollha skont dak miktub fis-sectoral agreements, class agreements, u anke l-collective agreements tal-General Service Grades, liema agreements jinħarġu ma’ kull sejħa interna/esterna li toħroġ. Is-sejħiet huma dawk standard li jinkitbu u jiġu miftehma ċentralment.
Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess ta' devoluzzjoni lill-Kunsill Lokali Naxxar tal-proprjetà magħrufa bħala t-Torri tal-Kaptan, ġewwa San Pawl tat-Tarġa, Naxxar?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li ninsab infurmat li wara konsultazzjoni wiesgħa mal-istakeholders kollha li wrew interess f’din il-proprjetà, inbeda l-proċess biex it-Torri tal-Kaptan f’San Pawl tat-Tarġa jkun devolut lill-Kunsill Lokali tan-Naxxar.
Awtorità tal-Artijiet u Land Registration Agency – Direct Orders
Question
Jista’ l-Ministru jipprovdi lista ta’ kemm-il direct order għall-fotografi jew vidjografi inkarigati mill-Awtorità tal-Artijiet u/jew Land Registration Agency li ngħataw f’din l-aħħar sena u dan billi jipprovdi l-isem tal-kuntrattur, id-dati tal-inkarigu, l-attivitajiet li saru u kif ukoll l-ammonti mħallsa?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-Awtorità tal-Artijiet u l-Aġenzija tar-Reġistru tal-Artijiet matul l-2023 ma taw l-ebda direct order relatati ma’ vidjografija jew fotografija.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 16434 u jgħid kemm-il rapport irċeviet l-Awtorità tal-Artijiet mill-pubbliku jew entitajiet pubbliċi oħra, rigward imwejjed u siġġijiet mill-2017 sal-aħħar tal-2023? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn ir-rapporti ttieħdet azzjoni fuqhom f’forma ta’ spezzjoni?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor, Interpellanta li ninsab infurmat li bejn l-2017 u l-2023 l-Awtorità tal-Artijiet kellha 225 bejn rapporti u spezzjonijiet dwar imwejjed u siġġijiet.
Awtorità tal-Artijiet — Rapporti imwejjed u siġġijiet
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 16318 u ċjoè: Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il rapport sar mill-pubbliku jew minn entitajiet pubbliċi oħrajn lill-Awtorità tal-Artijiet fuq imwejjed u siġġijiet fl-2023?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li ninsab infurmat li matul l-2023 kien hemm 91 rapport lill-Awtorità tal-Artijiet dwar imwejjed u siġġijiet.
Awtorità tal-Artijiet — Spezzjonijiet fuq imwejjed u siġġijiet
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 16317 u jgħid kemm saru spezzjonijiet mill-Awtorità tal-Artijiet relatati ma’ imwejjed u siġġijiet mill-ewwel ta’ Jannar tal-2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, indikati xahar b’xahar u skont il-lokalità?
Awtorità tal-Artijiet — Hospitality and Entertainment
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 16316 u ċjoè: B’referenza għar-rapport finanzjarju għas-sena 2022 tal-Awtorità tal-Artijiet, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-ħlasijiet (inklużi l-iskop u isem il-benefiċjarji/kumpaniji) li tħallsu b’konnessjoni man-nefqa fuq il-‘Hospitality and Entertainment’ imsemmija fl-istess rapport?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f'seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 16287 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14525 dwar proprjetà mogħtija b’enfitwesi, jista’ l-Ministru jgħid jekk saritx applikazzjoni għall-iskema li nieda l-Gvern u li permezz tagħha konċessjoni enfitewtika skaduta, li fil-każ tal-proprjetà inkwistjoni skadiet fl-2017, tista’ tiġi estiża għal ħamsin sena oħra?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni mitluba qed tinġabar.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16271, jista’ l-Ministru jgħid meta ser ikunu konklużi l-każijiet pendenti tal-Home Ownership Scheme li għadhom mhux solvuti mill-Awtorità tal-Artijiet?
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 16412 u ċjoè: B'referenza għall-Gazzetta tal-Gvern Nru 20,966 datata 28 ta' Novembru 2022, paġni 16,050 u 16,052, jista' l-Ministru jgħid jekk il-biċċa art qrib l-Iskola Primarja ta' Birżebbuġa bejn Trejqet l-Iskola u Triq il-Bandli, ġietx akkwistata mill-Gvern? Jista’ jgħid ukoll kemm tħallas biex ġiet akkwistata u għal liema raġunijiet ġiet akkwistata?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 11201 u 12018 li oriġinarjament saru lill-Prim Ministru u lill-Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli rispettivament u jgħid meta bdew in-negozjati bejn il-Gvern u s-Santa Sede dwar ftehim ġdid li jirregola l-proprjetà immobbli li l-Knisja Kattolika għaddiet lill-Istat Malti fl-1991? Jista’ jgħid ukoll fiex waslu dawn in-negozjati?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li kienet ingħatat għall-mistoqsija parlamentari 13423.
Ministeru għall-Artijiet u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali — Direct Orders
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru tiegħu, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Jannar 2024?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt joħorġu mill-Public Procurement Regulations.
Intant nirrefi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15434.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 16013 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir u jgħid kemm hemm artijiet tal-Gvern fis-Swieqi?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex tiċċara dak li qed jintalab fil-mistoqsija.
Ministeru għall-Artijiet u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali — Ħaddiema
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni jaħdmu full-time jew part-time mal-Ministeru tiegħu b’kuntratt jew bħala persons of trust jew advisers jew experts li għandhom:
i. ’l fuq minn 65 sena;
ii. ’l fuq minn 70 sena; u
iii. ’l fuq minn 80 sena?
Jista’ jaqsam din l-informazzjoni skont l-etajiet indikati?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninsab infurmat li l-Ministeru għandu żewġ persuni li jaħdmu fuq bażi part-time li l-età tagħhom hija bejn il-65 u s-70 sena.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il rapport irċeviet l-Awtorità tal-Artijiet mill-pubbliku jew entitajiet pubbliċi oħra, rigward imwejjed u siġġijiet mill-2017 sal-aħħar tal-2023? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn ir-rapporti ttieħdet azzjoni fuqhom f’forma ta’ spezzjoni?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li tweġiba se tingħata f’seduta oħra.