Legislature:
Category:
Reset
Active:

Il-Gżira — Triq San Albert - Xogħlijiet

Question

B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 17739 u 18635 fuq reinstatement tat-Triq San Albert quddiem il-Kulleġġ Stella Maris, il-Gżira fejn dawn ix-xogħlijiet ilhom pendenti xhur u li qiegħed joħloq inkonvenjent kbir kemm lill-istudenti/ġenituri u kemm lir-residenti, tista’ l-Ministru tagħti data meta dawn ix-xogħlijiet se jitlestew?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninsab infurmata li wara li tlestew ix-xogħlijiet taħt it-triq indikata biex tkompli tissaħħaħ is-sistema tad-distribuzzjoni tal-elettriku f’din iż-żona, f’dawn il-jiem se jkun qed jingħata l-asfalt skont ir-rekwiżiti tal-permess maħruġ minn Transport Malta.

Ħaż-Żabbar – Triq il-Kbira — xogħlijiet

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm ser jiġu jiswew u meta ser ikunu konklużi x-xogħlijiet li qegħdin isiru fi Triq il-Kbira Ħaż-Żabbar?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru konċernat.

Sussidju fuq il-kont tad-dawl

Question

Fid-dawl tal-ittra li qed tintbagħat lill-konsumaturi dwar is-sussidju li qed jingħata fil-kont tad-dawl, tista' l-Ministru tispjega b'mod konkret kif qed tinħadem din iċ-ċifra?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ċ-ċifra murija hija d-differenza bejn il-komputazzjoni tal-konsum bit-tariffi bil-prezz mhux sussidjat, minn dik bil-prezz sussidjat. Permezz ta’ din iċ-ċifra li qed tintwera fuq il-kont, il-familji u n-negozji għandhom viżibiltà tal-prezz li huma mhux iħallsu biex il-kontijiet jibqgħu stabbli. Dan għall-kuntrarju ta’ dak li qed jiġri barra minn xtutna. Infakkar li bit-traħħis tal-kontijiet b’riżultat tad-deċiżjonijiet kuraġġużi li ttieħdu f’dawn l-aħħar 10 snin, flimkien mal-għajnuna addizzjonali li l-Gvern ta f’dawn l-aħħar tliet snin minħabba ż-żidiet fil-prezzijiet internazzjonali, il-familji u n-negozji f'pajjiżna ffrankaw aktar minn €1.4 biljun mill-ispiża tal-enerġija tagħhom. Kif tħabbar fil-Baġit, din l-għajnuna addizzjonali se nkomplu nagħtuha anke din is-sena għax li ma kienx għal din il-politika ta’ stabbiltà, kieku l-familji Maltin u Għawdxin illum qegħdin iħallsu d-doppju f’kontijiet tad-dawl. Mingħajr dan is-sapport, l-ispiża tal-konsum tal-elettriku għal koppja tirdoppja minn €403 għal €822 fis-sena. Għal familja t’erbgħa, din l-ispiża titla’ minn €672 għal €1,275 fis-sena.

Birkirkara, Fleur-de-Lys – Triq Borg – Xogħlijiet

Question

Tista' l-Ministru tgħid meta se jitlesta x-xogħol li għaddej fi Triq Borg fi Fleur-de-Lys, Birkirkara, li minħabba f’dawn ix-xogħlijiet hemm gandott mgħotti bi pjanċi tal-ħadid li qed jagħmel ħafna storbju għar-residenti tal-akkwati?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninsab infurmata li l-pjanċi tneħħew malli ssewwiet il-ħsara li kien hemm.

Floating solar farms — Kumitat tekniku

Question

Tista' l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-ismijiet tat-tekniċi u l-membri kollha li se jkunu qegħdin jiffurmaw il-kumitat tekniku deskritt fl-istqarrija tal-Ministeru PR240902 b'rabta mal-konsultazzjoni preliminari għall-floating solar farms?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninsab infurmata li, ladrba dan huwa proċess simili għal dak ta’ procurement, l-informazzjoni mitluba hija ta’ natura kunfidenzjali u l-iżvelar tagħha jista’ jkun ta’ detriment għall-proċess innifsu.

Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir — Reklami fuq gazzetti - Nefqa

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kienu l-ammonti ta' flus li ntefqu f’reklami fuq gazzetti mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet li jaqgħu taħt l-istess Ministeru, x'kienu d-dati li fihom ixxandru dawn ir-reklami, kif ukoll tipprovdi l-isem tal-gazzetti li l-Ministeru xtara r-reklami?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir — Artikli u opinjonijiet fuq gazzetti - Nefqa

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm kienu l-ammonti ta' flus li ntefqu fuq artikli u opinjonijiet fuq gazzetti mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet li jaqgħu taħt l-istess Ministeru, x'kienu d-dati li fihom ixxandru dawn l-artikli, kif ukoll tipprovdi l-isem tal-gazzetti li l-Ministeru xtara artiklu? Tista' tindika wkoll liema minn dawn l-artikli kienu intervisti jew rapporti?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.

San Pawl tat-Tarġa – Xogħlijiet

Question

B'referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 18359 u 18794 dwar xogħlijiet f'San Pawl tat-Tarġa, tista' l-Ministru tgħid x’xogħlijiet saru u f'liema toroq sar dan ix-xogħol?

Response (DALLI, MIRIAM)

Filwaqt li ninforma lill-Onor. Interpellanta li fit-tweġibiet li tajtha għall-mistoqsijiet parlametnari 18359 u 18794 diġà spjegajt x’inhuma x-xogħlijiet fejn jidħlu servizzi tal-Enemalta, inżid li dawn saru f’partijiet minn dawn it-toroq: Triq E. Bradford, Triq De Saavedra, Triq Hans Christian Anderson, Triq San Pawl, Triq Sir Harry Luke u Triq Tackeray.

Triq Burmarrad — Xogħlijiet

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 18795 dwar xogħlijiet fi Triq Burmarrad, tista' l-Ministru tipprovdi site plan fejn tindika fejn saru x-xogħlijiet mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma f'din it-triq, kif ukoll tgħid meta sar dan ix-xogħol? Tista' tipprovdi wkoll programm tax-xogħlijiet, inkluż id-dati, rigward ix-xogħol ippjanat f'din it-triq?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninsab infurmata li x-xogħlijiet fit-triq indikata jinvolvu prinċipalment il-bdil ta’ mejnijiet eżistenti u nbdew fit-tielet ġimgħa t’April, minn ġo parti minn Trejqet il-Kostinjus u se jibqgħu sejrin lejn in-naħa tat-Telgħa t’Alla u Ommu. Ix-xogħlijiet jinsabu għaddejjin skont il-pjan u huwa mmirat li jitlestew fil-ġimgħat li ġejjin. Id-dokument mitlub ma jistax jiġi pubblikat minħabba li huwa ta’ natura sensittiva, biex tkun imħarsa s-sigurtà tal-infrastruttura.

NSDF – Transferable Loan Note Instrument – Kumpanija ivoluta

Question

B’referenza għar-Rapport Annwali u l-Financial Statements tal-Fond Nazzjonali u Soċjali ta' Żvilupp (NSDF) għas-sena 2021, tista’ l-Ministru tagħti l-isem tal-kumpanija involuta fit-Transferable Loan Note Instrument (‘TLNI’) ta’ USD25 miljun, hekk kif hemm miktub f’paġna 49 tal-istess Rapport Annwali?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru konċernat.

Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir — Direct orders ta' inqas minn €5,000

Question

Tista' l-Ministru tagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru tagħha inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha matul April 2024?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari W92.

Unleaded petrol

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk l-unleaded petrol li jkun importat f’pajjiżna huwiex soġġett għal sorveljanza, speċifikament jekk isirx testjar fuq il-kompożizzjoni tiegħu?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninsab infurmata li r-Regolatur għall-Enerġija u s-Servizzi tal-Ilma jsegwi programm ta’ monitoraġġ fuq l-unleaded petrol kif stabbilit mir-Regolamenti Dwar il-Kwalità tal-Karburanti.

Direttivi tal-Unjoni Ewropea li ġew implimentati

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’direttivi tal-Unjoni Ewropea ġew implimentati mill-Ministeru tagħha matul is-sena 2024 u liema huma dawk li għadhom pendenti?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.

Is-Swieqi — Triq Josef Kalleya, Triq il-Ġiżimin u Triq il-Mensija - Sistema tad-drenaġġ

Question

Tista' l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra pjanta ta' kif inhi mgħoddija s-sistema tad-drenaġġ fl-inħawi ta' Triq Josef Kalleya, Triq il-Ġiżimin u Triq il-Mensija, fis-Swieqi?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninsab infurmata li d-dokument mitlub ma jistax jiġi pubblikat minħabba li huwa ta’ natura sensittiva, biex tkun imħarsa s-sigurtà kemm tal-infrastruttura nnifisha kif ukoll tar-residenti.

San Pawl tat-Tarġa – Xogħlijiet

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 18359 dwar xogħlijiet f'San Pawl tat-Tarġa, tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija fl-intier tagħha u għaldaqstant tgħid meta hu ppjanat li jitlesta dan ix-xogħol, inkluż l-asfalt?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-mistoqsija parlamentari 18359 ġiet imwieġba fl-intier tagħha. Għal din il-mistoqsija ġdida tagħha ninfurmaha li x-xogħlijet tlestew. It-toroq ukoll ġew asfaltati skont il-permessi maħruġin minn Transport Malta, ħlief fejn sar il-culvert minħabba li hemmhekk għad iridu jsiru xogħlijiet oħrajn minn Infrastructure Malta li kienet hi li għamlet ix-xogħlijiet.

Triq Burmarrad — Xogħlijiet

Question

Tista' l-Ministru tgħid meta ser jibda x-xogħol mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma fi Triq Burmarrad (it-triq li tagħti minn Triq il-Witja/Triq Toni Camilleri għal Triq is-Salina) wara li hawnhekk sar xi xogħol mill-Enemalta? Tista' tgħid ukoll meta hu ppjanat li jitlesta dan ix-xogħol mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninsab infurmata li x-xogħol min-naħa tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma fit-triq indikata, li jinvolvi bdil ta’ mejnijiet tal-ilma, beda u huwa mmirat li jitlesta fil-ġimgħat li ġejjin.

Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir — Artikli u opinjonijiet fuq online portals - Nefqa

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kienu l-ammonti ta' flus li ntefqu fuq artikli u opinjonijiet fuq online portals mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet li jaqgħu taħt l-istess Ministeru, x'kienu d-dati li fihom ixxandru dawn l-artikli, kif ukoll tipprovdi l-isem tal-online portal li l-Ministeru xtara l-artiklu? Tista' tindika wkoll liema minn dawn kienu intervisti jew rapporti?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.

Birżebbuġa – Wasteserv — Parkeġġ

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 17548, tista’ l-Ministru tgħid x'operat se jkollha l-Wasteserv f'Birżebbuġa biex se jkollha bżonn 104 spazji ta' parkeġġ?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninsab infurmata li l-ispazji ta’ parkeġġ huma meħtieġa għall-ħaddiema tal-Multi-Materials Recovery Facility (MMRF) li diġà qed topera f’Ħal Far, kif ukoll għall-impejgati amministrattivi li ġew rilokati fl-uffiċini li għandha l-Wasteserv fl-istess sit. Il-konnessjoni bejn il-parkeġġ f’Birżebbuġa u l-MMRF f’Ħal Far issir permezz ta’ servizz ta’ park and ride.

Birżebbuġa — Naħa ta’ San Ġorġ - Upgrading tas-sistema tas-servizz tad-drenaġġ

Question

Tista’ l-Ministru tgħid meta se jibda l-upgrading tas-sistema tas-servizz tad-drenaġġ għar-residenti tan-naħa ta' San Ġorġ fil-viċinanzi tal-Al Fresco, f'Birżebbuġa?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninsab infurmata li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma qed tħejji l-abbozzar biex tiġi pubblikata s-sejħa għall-offerti għat-twettiq ta’ dawn ix-xogħlijiet. Minħabba li f’żoni bħalma hi Birżebbuġa huwa projbit li jsiru xogħljiet ta’ kostruzzjoni fil-perjodu meta l-istaġun turistiku jkun fl-aqwa tiegħu, huwa mmirat li x-xogħol jibda wara s-sajf.