Legislature:
Category:
Reset
Active:

Siġar meqruda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il siġra nqalgħet jew tqaċċtet jew inqerdet, bil-permess u mhux, matul l-2016, l-2017 u l-2018 sa Mejju? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li tinkludi s-sena, is-speċi tas-siġra u timmarka b’distinzjoni jekk kienx hemm permess jew le? Fil-każ li ma kienx hemm permess, x’passi ttieħdu?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.

Regolamenti għall-ħarsien tas-siġar u l-imsaġar

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk għadux bi ħsieb li jippubblika r-regolamenti għall-ħarsien tas-siġar u l-imsaġar li l-konsultazzjoni pubblika dwarhom għalqet fl-1 ta' Marzu 2018? Jekk iva meta se jiġu ppubblikati?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-Regolamenti ser jiġu mtella l-Kabinett tal-Ministri fil-ġimgħat li ġejjin.

Wasteserve – faċilità ta’ Civic Amenity f’Ħal Far, limiti ta’ Birżebbuġa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi pjani għandha l-Wasteserve għall-faċilità ta’ Civic Amenity Site li hemm f’Ħal Far limiti ta’ Birżebbuġa? Hemm xi ħsieb ta’ estensjoni ta’ servizzi? Jekk hemm estensjoni kemm huwa d-daqs u x’tip ta’ attività qed tiġi ppjanata? Sar xi studju dwar l-impatt possibbli fuq il-madwar u hemm xi pjani biex jekk hemm impatt ikun imnaqqas?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Wasteserv m’għandhiex ħsieb ta’ estensjoni fil-faċilità ta’ Civic Amenity Site li hemm f’Ħal Far. Permezz tal-applikazzjoni PA 3123/18 il-Wasteserv qegħda tippjana faċilità primarjament ta’ transfer station fejn l-għan ewlieni huwa dak li jinġabar u jiġi proċessat materjal bħal injam, gypsum u skart ieħor elettroniku. Wieħed mill-għanijiet ta’ dan il-proġett huwa li dak il-materjal elettroniku li llum huwa miżmum fil-miftuħ, dan jibda jiġi miżmum taħt l-art. Għal fini ta’ kjarezza mhiex l-intenzjoni tal-Wasteserv li din il-faċilità isservi bħala rilokazzjoni tal-faċilità tal- Material Recovery Facility (MRF) li kien hemm f’Sant’ Antnin. Din l-applikazzjoni ser tkun qed issegwi l-proċessi kollha mitluba mill-Awtoritajiet kollha kkonċernati inkluż tal-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi.

Freeport — spezzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Awtorità tal-Ambjent għamlitx spezzjonijiet fil-Freeport sabiex tara li l-operational permit hux qed jiġi osservat? Jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm rapport u x’passi ttieħdu dwar ħsejjes eċċessivi fl-operat?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Compliance & Enforcement Unit tal-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (l-ERA) ma rċiviet l-ebda rapport ta’ lment rigward l-operat tal-Port Ħieles fl-elfejn u tmintax (2018). Madankollu l-ERA, flimkien ma’ rappreżentanti tal-Birżebbuġa Action Group u tal-Kunsill Lokali, jiltaqgħu ta’ kull xahar ma’ rappreżentanti tal-Freeport, f’dak li jissejjaħ l- Environment Management Committee . Kundizzjoni speċifika fil-Permess Ambjentali li jirregola l-operat tal-Port Ħieles (EP 0033/09), teżiġi li jkun hemm dan il-Kumitat. F’dawn il-laqgħat, jiġu diskussi, fost affarijiet oħra, diversi ġeneri ta’ rapporti, inkluż ta’ ħsejjes eċċessivi, li jsiru mir-residenti tal-madwar li jilmentaw direttament mal-Freeport minħabba l-operat, u jiġu spjegati u diskussi l-azzjonijiet li jittieħdu mill-Freeport biex jindirizzaw il-materji li jitqajmu. Ta’ min jingħad ukoll li diġà ttieħdu varji miżuri sabiex jitnaqqsu il-ħsejjes relatati mal-operat tal Freeport, billi tnaqqsu l-livelli ta’ ħoss tal-‘alarms’ ta’ ‘ Rubber Tyre Gantries’ u ta’ ‘ quay cranes ’, qiegħed jiġi implimentat l-użu ta’ white noise , qed jtneħħew it-‘ turning pads ’ tar-‘ Rubber Tyre Gantries ’ li jikkawżaw ħafna ħsejjes, kif ukoll qed jitneħħew sorsi oħrajn li jikkawżaw ħsejjes madwar il-Port Ħieles. L-operatur għadu qed janalizza metodi oħrajn ġodda biex jara kif jista’ jimmitiga iktar dawn il-ħsejjes mingħajr ma jikkomprometti s-sigurtà tal-ħaddiema.

Direttorat li jieħu ħsieb il-Parks – għoti ta’ kuntratti b’direct order

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il kuntratt ingħata b’direct order minn Novembru 2017 sa Mejju 2018 lid-direttorat li jieħu ħsieb il-Parks? Jista’ l-Ministru jgħid liema huma wieħed wieħed u x’inhuma r-raġunijiet? Kemm huma u liema huma dawk il-kuntratti li ma nħarġilhomx direct order għall-perjodu, Novembru 2017 sa Mejju 2018?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi Tabella fuq il-Mejda tal-Kamra bl-informazzjoni mitluba.

Ministeru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima – social media advertising — nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid u jelenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa’ taħtu, fuq social media advertising, però maqsuma skont Facebook, Instagram, YouTube, Twitter, Google eċċ, minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b’sena?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.

Ħal Farruġ – pjan ta’ afforestazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx pjanijiet għal inizjattivi ta’ afforestazzjoni fil-lokalità ta’ Ħal Farruġ?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li f’dan l-istadju l-Gvern m’għandux siti identifikati speċifikament għall-afforestazzjoni fil-lokalità msemmija.

Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi – tħawwil ta’ siġar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi timponix kundizzjonijiet biex siġar li jkollhom jinqalgħu minħabba proġetti infrastrutturali li jkunu se jsiru, jiġu mħawla f’postijiet oħra jew jitħawlu siġar oħra minflokhom?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità għall-Ambjent u r-Ri¿orsi timponi diversi kundizzjonijiet f’permessi għall-qlugħ ta’ siġar, fosthom kundizzjoni li s-siġar ikunu trapjantati fejn hu possibbli (skont l-ispeċi ta’ siġar u l-età tagħhom) jew inkella s-siġar jiġu kkumpensati b’numru ta’ siġar indiġeni skont linji gwida mill-ERA. L-ERA wkoll timponi garanziji bankarji sabiex dawn il-kundizzjonijiet u oħrajn imposti jiġu mħarsa mill-persuna fil-pussess tal-permess.

Plastic, Metal u Karti – public tenders għar-riċiklaġġ

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 3038, dwar il-volum ta' plastic, metall u karti li ġew riċiklati permezz ta' public tenders, jista' l-Ministru jagħti break down ta' kemm kien l-ammont ta' plastic, kemm kien l-ammont ta' metall u kemm kien l-ammont ta' karti għal kull sena rispettiva elenkata f'dik il-mistoqsija parlamentari?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi Tabella fuq il-Mejda tal-Kamra bl-informazzjoni mitluba.

Birżebbuġa – pjan ta’ afforestazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx pjanijiet għal inizjattivi ta’ afforestazzjoni fil-lokalità ta’ Birżebbuġa?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru tiegħi għaddej bi pjanijiet sabiex żona fil-limiti ta’ Birżebbuġa tinbidel f’żona ta’ afforestazzjoni.

Ħal Kirkop – pjan ta’ afforestazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx pjanijiet għal inizjattivi ta’ afforestazzjoni fil-lokalità ta’ Ħal Kirkop?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li f’dan l-istadju l-Gvern m’għandux siti identifikati speċifikament għall-afforestazzjoni fil-lokalità msemmija.

Ħal Safi – pjan ta’ afforestazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx pjanijiet għal inizjattivi ta’ afforestazzjoni fil-lokalità ta’ Ħal Safi?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li f’dan l-istadju l-Gvern m’għandux siti identifikati speċifikament għall-afforestazzjoni fil-lokalità msemmija.

Iż-Żurrieq – pjan ta’ afforestazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx pjanijiet għal inizjattivi ta’ afforestazzjoni fil-lokalità taż-Żurrieq?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li f’dan l-istadju l-Gvern m’għandux siti identifikati speċifikament għall-afforestazzjoni fil-lokalità msemmija.

Il-Qrendi – pjan ta’ afforestazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx pjanijiet għal inizjattivi ta’ afforestazzjoni fil-lokalità tal-Qrendi?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li għalkemm f’dan l-istadju l-Gvern m’għandux siti identifikati speċifikament għall-afforestazzjoni fil-lokalità msemmija, riċentament sar xogħol ta’ tiswija ta’ ħitan tas-sejjieħ u tindif ta’ żona ġewwa l-Qrendi, bħala assistenza lill-Kunsill Lokali, fejn fiha tħawlu madwar 120 siġra indiġena bħala parti minn pjan ta’ afforestazzjoni li jsir mid-Direttorat tal-PARKS u Inizjattivi.

Ministeru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima – konsulenza fuq public relations jew komunikazzjoni — nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid u jelenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa’ taħtu, għal konsulenza fuq public relations jew komunikazzjoni, minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b’sena?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi Tabella fuq il-Mejda tal-Kamra bl-informazzjoni mitluba.

Ministeru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima — persuni li huma maħtura bħala Kummissjunarji

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-persuni fil-Ministeru inkluż f'kull entità, dipartiment u awtorità li jaqgħu taħt ir-responsabbilità tiegħu u li fil-preżent huma maħtura bħala Kummissjunarji b’setgħa li jagħtu ġurament skont l-Ordinanza dwar il-Kummissjunarji b’setgħa li jagħtu Ġurament (Kap. 79 tal-Liġijiet ta' Malta)? Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-kariga ta' kull waħda minn dawn il-persuni u dwar xiex jingħataw il-ġuramenti quddiem kull waħda mill-imsemmija persuni?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm żewġ persuni fi ħdan il-Ministeru tiegħi li għandhom ir-rwol ta' Commissioner for Oaths.

Għawdex – proġett ta’ afforestazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il proġett ta’ afforestazzjoni sar ġewwa Għawdex u f’liema lokalità mit-8 ta’ Marzu 2013 sal-lum? Jista' jgħid kemm-il siġra ġiet imħawwla f'dawn il-proġetti ta' afforestazzjoni? Jista’ jgħid fejn hu ppjanat li jsiru iktar proġetti ta’ afforestazzjoni matul is-sena 2018 f'Għawdex?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 3761. Ninfurmah ukoll li f’Kemmuna tlesta l-proġett ta’ afforestazzjoni fejn tħawlu 3,100 siġra indiġena.