Legislature:
Category:
Reset
Active:

Wied il-Għajn — Sussidji fuq kirjiet li saru qabel l-1995 u wara

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni residenti Wied il-Għajn li matul is-sena 2023 ibbenefikaw mis-sussidju fuq kirjiet li saru qabel l-1995 u wara u jgħid kemm kienet l-ispiża? Jista’ jgħid ukoll kemm kien hemm persuni li rrikorrew għall-assistenza wara li ġew żgumbrati jew li qegħdin f’dan il-proċess?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma l-Onor. Interpellant li fis-sena 2023, f'Wied il-Għajn kien hemm 216 benefiċjarju li bbenefikaw mis-sussidju fuq kirjiet li saru wara l-1995, bi spejjeż totali ta' €802,333.80, filwaqt li ma kien hemm l-ebda każ ta' żgumbrament jew ta' persuni li rrikorrew għall-assistenza minħabba żgumbrament.

Ħal Għaxaq — Sussidji fuq kirjiet li saru qabel l-1995 u wara

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni residenti Ħal Għaxaq li matul is-sena 2023 ibbenefikaw mis-sussidju fuq kirjiet li saru qabel l-1995 u wara u jgħid kemm kienet l-ispiża? Jista’ jgħid ukoll kemm kien hemm persuni li rrikorrew għall-assistenza wara li ġew żgumbrati jew li qegħdin f’dan il-proċess?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma l-Onor. Interpellant li fis-sena 2023, f'Ħal Għaxaq kien hemm 23 benefiċjarju li bbenefikaw mis-sussidju fuq kirjiet li saru qabel l-1995 bi spejjeż totali ta' €87,681.23 u 47 benefiċjarju li bbenefikaw mis-sussidju fuq kirjiet li saru wara l-1995 bi spejjeż totali ta' €175,533.15, filwaqt li ma kien hemm l-ebda każ ta' żgumbrament jew ta' persuni li rrikorrew għall-assistenza minħabba żgumbrament.

Marsaxlokk — Sussidji fuq kirjiet li saru qabel l-1995 u wara

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni residenti Marsaxlokk li matul is-sena 2023 ibbenefikaw mis-sussidju fuq kirjiet li saru qabel l-1995 u wara u jgħid kemm kienet l-ispiża? Jista’ jgħid ukoll kemm kien hemm persuni li rrikorrew għall-assistenza wara li ġew żgumbrati jew li qegħdin f’dan il-proċess?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma l-Onor. Interpellant li fis-sena 2023, f'Marsaxlokk kien hemm 2 benefiċjarji li bbenefikaw mis-sussidju fuq kirjiet li saru qabel l-1995 bi spejjeż totali ta' €5,474.70 u 8 benefiċjarji li bbenefikaw mis-sussidju fuq kirjiet li saru wara l-1995 bi spejjeż totali ta' €31,708.04, filwaqt li kien hemm każ wieħed ta' żgumbrament.

Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli - Press conferences

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru press conferences mill-Ministeru u/jew entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabiltà tiegħu minn Marzu 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? F’kull każ, jista’ jgħid ukoll: (i) x’kienet it-tema; (ii) kemm ġiet tiswa din il-press conference; (iii) kif intefqu l-flus (eż. post, catering, backdrop, sound, dawl, eċċ.); (iv) min kienu l-kuntratturi u/jew l-individwi li għamlu x-xogħol; (v) kemm minn din in-nefqa kienet permezz ta’ direct order u kemm kienet permezz ta’ sejħa pubblika?

Response (GALDES, RODERICK)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant li sabiex tinġabar din l-informazzjoni mitluba tinqabeż l-advisory cost.

Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli — Promozzjonijiet/żidiet fl-iskali tal-ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il promozzjoni jew żieda fi skala ngħatat lill-ħaddiema mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu fil-perjodu bejn l-1 ta' Mejju 2024 u t-8 ta' Ġunju 2024? F'liema grad/skala kienu u f'liema grad/skala tpoġġew?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.

Ministeru għall-Akkomodozzjoni Soċjali u Affordabbli — Reklami fuq stazzjonijiet tat-televixin - Nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu l-ammonti ta' flus li ntefqu f’reklami fuq stazzjonijiet tat-televixin mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet li jaqgħu taħt l-istess Ministeru, x'kienu d-dati li fihom ixxandru dawn ir-reklami, kif ukoll jipprovdi l-isem tal-istazzjonijiet li l-Ministeru xtara r-reklami?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Iż-Żejtun — Sussidji fuq kirjiet li saru qabel l-1995 u wara

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni residenti ż-Żejtun li matul is-sena 2023 ibbenefikaw mis-sussidju fuq kirjiet li saru qabel l-1995 u wara u jgħid kemm kienet l-ispiża? Jista’ jgħid ukoll kemm kien hemm persuni li rrikorrew għall-assistenza wara li ġew żgumbrati jew li qegħdin f’dan il-proċess?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-2023, fiż-Żejtun kellha 45 benefiċjarju ta’ sussidju ta’ kera qabel l-1995 b’€230,958.79 u 56 benefiċjarju wara l-1995 b’€205,844.16, b’każ wieħed ta’ żgumbrament.

Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli — Direct orders ta' inqas minn €5,000

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Diċembru 2023?

Response (GALDES, RODERICK)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 19952.

Ministeru għall-Akkomodozzjoni Soċjali u Affordabbli — Pannelli Solari

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx pannelli solari fuq il-bejt tal-Ministeru? Jekk le, jista’ jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jsiru?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li minħabba li l-binja tal-Ministeru tinsab f’kirja u qiegħda tintuża fuq bażi temporanja, bħalissa m’hemmx ħsieb li jiġu installati panelli solari.

Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli — Direct orders ta' inqas minn €5,000

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Awwissu 2023?

Response (GALDES, RODERICK)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari W156.

Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli — Reklami fuq stazzjonijiet tar-radju - Nefqa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-ammonti ta' flus li ntefqu f’reklami fuq stazzjonijiet tar-radju mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet li jaqgħu taħt l-istess Ministeru, x'kienu d-dati li fihom ixxandru dawn ir-reklami, kif ukoll jipprovdi l-isem tal-istazzjonijiet li l-Ministeru xtara r-reklami?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma ntefqu ebda flus f’reklami fuq stazzjonijiet tar-radju mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet li jaqgħu taħtu tul din is-sena.

Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli — Lista ta' xogħlijiet u ħlas

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista ta' xogħol u ammonti ta' flus li tħallsu mill-Ministeru u minn kull entità li taqa’ taħt id-dekasteru tiegħu lill-kumpanija/i li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament għal kull sena, mill-2010 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ebda flus ma tħalsu mill-Ministeru lil dawn il-kumpaniji. Madankollu, infurmat li l-Awtorita tad-Djar ħalset l-ammont ta’ €1,271.19 lill-kumpanija Camilleri Preziosi ghal servizzi ta’ konsulenza fis-sena 2016.

Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli -  Direct Orders

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ħarġu direct orders mill-Ministeru u minn kull entità li taqa’ taħt ir-responsabbiltà tiegħu minn Jannar 2017 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll: (i) kemm kienet in-nefqa totali f’direct orders kull sena; (ii) kemm kien hemm direct orders kull sena; (iii) kemm kien l-ammont ta’ kull direct order; (iv) lil min ingħataw dawn id-direct orders u għal liema xogħol, prodott jew servizz; (v) min awtorizza dawn id-direct orders?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Contracting Authority tippubblika l-informazzjoni fuq il-Gazzetta tal-Gvern għal kull procurement li jsir għal kull perjodu ta’ sitt xhur, skont ir-Regolament 111(2) tal-Public Procurement Regulations.

Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli — Direct orders ta' inqas minn €5,000

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Settembru 2023?

Response (GALDES, RODERICK)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari W156.

Ministeru għall-Akkomodozzjoni Soċjali u Affordabbli — Reklami fuq online portals - Nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu l-ammonti ta' flus li ntefqu f’reklami fuq online portals mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet li jaqgħu taħt l-istess Ministeru, x'kienu d-dati li fihom ixxandru dawn ir-reklami, kif ukoll jipprovdi l-isem tal-online portal li l-Ministeru xtara r-reklami?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli – Kuntratti ma’ kumpanija

Question

Jista' l-Ministru jgħid x’kuntratti għandu l-Ministeru, u/jew kull entità li taqa' taħtu, mal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, kemm jiswa kull kuntratt u b'liema mod ingħata (direct order, tender, quotations, eċċ.)?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru u l-entitajiet li jaqgħu taħtu m’għandhom ebda kuntratt ma’ din il-kumpanija.

Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli — Servizzi minn persuna

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament qattx tqabbdet biex tagħti s-servizzi tagħha direttament jew tramite kumpanija f'xi entità li taqa’ taħt id-dekasteru tiegħu? Jekk iva, jista’ jgħid x’kienu dawn is-servizzi u kemm tħallset tagħhom?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li infurmat li l-Ministeru u l-entitajiet li jaqgħu taħtu qatt ma qabdu lil din il-persuna biex tati xi servizz.

Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli — Direct orders ta' inqas minn €5,000

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Lulju 2023?

Response (GALDES, RODERICK)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari W156.

Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli – Direct orders ta' inqas minn €5,000

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Mejju 2024?

Response (GALDES, RODERICK)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari W156

Ħal Għaxaq – Triq il-Bwar – Installazzjoni ta’ lift

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux ser isir lift fi Block B Section 2, Triq il-Bwar, Ħal Dmikki, Ħal Għaxaq? Jekk fl-affermattiv, meta ser isir dan ix-xogħol? Jekk dan ix-xogħol mhux ippjanat, tista’ l-installazzjoni tal-lift tiġi kkunsidrata għaż-żmien li ġej?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità tad-Djar għandha previst li tinstalla lift fl-imsemmi blokk fis-sena 2025.