Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali – Vjaġġar
Question
Jista’ l-Ministru jgħid:
(a) kemm-il vjaġġ għamel barra mill-pajjiż minn April 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u fejn kienet id-destinazjoni?
(b) X'kienet ir-raġuni għal kull vjaġġ u kemm sewa kull vjaġġ f'termini ta' fondi pubbliċi għall-biljetti tal-ajru, lodging, trasport, ikel, xorb, allowances per diem għal kull persuna li kienet tifforma parti mill-kontinġent u spejjeż oħra, separatament?
(c) Min għand liema aġent tal-ivjaġġar inxtraw il-biljetti tal-ajru u jekk hux b'direct order jew tender, x’tip ta' biljetti tal-ajru inqatgħu (jekk hux economy, business club jew class club) u ma' liema kumpanija tal-ajru?
(d) Kemm kien it-tul ta' żmien għal kull vjaġġ?
(e) Minn min kien iffurmat il-kontinġent tal-Ministru għal kull vjaġġ?
Response (REFALO, ANTON)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tabella hawn taħt. Ninfurmah illi l-iskop għal safar uffiċċjali ikun marbut ma' laqgħat ma' Mexxejja ta' Gvernijiet u Stati oħrajn, laqgħat tal- Kunsill Ewropew u laqgħat oħra li għalihom ikun hemm stediniet uffiċċjali bħala l-Kap / Ministru tal-Gvern. Infurmat illi l-arranġamenti ta' vjaġġar, akkomodazzjoni barra l-pajjiż, delegazzjonijiet, per diem allowances huma rregolati skont il-Manual on Transport and Travel Policies Manual on Transport and Travel Policies” li kopja tiegħu diġà tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra. Għar-rigward tat-tul ta' żmien għal kull vjaġġ, naħseb li vjaġġ, naħseb li l-Onor Interpellant jifhem li dan ikun jiddependi mill-aġenda taż-żjara barra l-pajjiż.
Sena
Nru ta’ Vjaġġi uffiċċjali
2022
11
2023
12
2024
16
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12924 u ċjoè: Skont l-estimi tal-Budget 2024, jista’ l-Ministru jagħti indikazzjoni f'liema stadju ta' ħsieb wasal il-proġett għal ċimiterju tal-annimali li tant ilu jiġi mwiegħed u li qed jiġi stmat għal €50,000?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li għadu kif ġie inawgurat il-Pet Memorial Garden ġewwa Ta’ Qali.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12923 u ċjoè: Skont l-Estimi tal-Budget 2024, jista’ l-Ministru jagħti break down tan-nefqa ta’ €345,585 għal Animal Welfare Initiatives u lil min ġew mogħtija?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni qed tinġabar u ser tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12919 u ċjoè: Skont l-Estimi tal-Budget 2024, jista’ l-Ministru jagħti break down ta' kif ġew allokati l-€20,757 li ntefqu f’neutering ta' qtates fis-sena 2022 u min kienu dawk li bbenifikaw minn din l-iskema?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-benefiċjarji kienu varji feeders tal-qtates stray. Qed inpoġġi l-informazzjoni fuq il-Mejda tal-Kamra.
Baġit 2024 — Santwarji megħjuna permezz ta' skemi finanzjarji
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12918 u ċjoè: Hekk kif indikat fid-Diskors tal-Baġit 2024, jista’ l-Ministru jgħid liema kienu dawk is-santwarji li ġew megħjuna permezz ta' skemi finanzjarji f'dawn l-aħħar żewġ leġiżlaturi u kif ġew megħjuna? Jista’ jgħid ukoll kif l-istess santwarji jistgħu japplikaw għall-għajnuna fejn jidħol xogħol ta' tiswijiet u manutenzjoni fl-istess santwarji, kif ġie mwiegħed fl-istess Diskors?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li qed inpoġġi l-informazzjoni fuq il-Mejda tal-Kamra. Qed nippreżenta l-għajnuna mogħtija lis-Santwarji liċenzjati mir-raba’ kwart tal-2021 sa l-aħħar kwart tas-sena 2024 li jammonta għal €391,128.28. Barra minn hekk, fis-sena 2024 inħarġet Skema għall-Manutenzjoni tas-Santwarji fejn kull santwarju li ressaq l-applikazzjoni u nstab li kien eleġibbli ser jingħata sa massimu ta €10,000 f’xogħolijiet ta’ manutenzjoni. Id-Direttorat għat-Trattament Xieraq tal-Annimali jibqa’ kommess li jkun ta’ sapport għal dawn is-Santwarji bl-iskemi ta’ għajnuna li jinħargu ta’ kull sena.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 8644 u 12162 u jgħid jekk kienx hemm annimali eżotiċi li ntbagħtu barra minn Malta? Jista’ jagħti indikazzjoni ta' dawn il-figuri sena b'sena għal dawn l-aħħar għaxar snin? X'tip ta' annimali kienu dawn u liema huma ż-zoos li għamlu dan?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li kien hemm annimali eżotiċi li ntbagħtu barra mill-pajjiż. Lista tal-annimali eżotiċi meqjusa perikolużi, skont Skeda B ta’ Liġi Sussidjarja 439.19, u li nħarġu barra mill-pajjiż mill-istabbilimenti żooloġiċi liċenzjati sena b’sena, huma mniżżlin fit-tabella hawn taħt.
Għal raġunijiet ta’ protezzjoni ta’ dejta, dan id-Direttorat mhuwiex f’pożizzjoni li jagħti dettalji dwar liema kienu l-istabbilimenti żooloġiċi minn fejn ħarġu l-annimali. Id-data disponibbli huwa biss mill-2018 sal-lum.
It-tabella hawn taħt qiegħda turi kemm u liema annimali eżotiċi ħarġu barra mill-pajjiż:
Tip ta’ annimal eżotiku li ntbagħat barra minn Malta
Total 2014
Total 2015
Total 2016
Total 2017
Total 2018
Total 2019
Total 2020
Total 2021
Total 2022
Total 2023
Total 2024
Panthera Tigris (Tigri)
1
0
9
7
9
0
0
Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali — Direct orders ta' inqas minn €5,000
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Jannar 2025?
Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali — ħaddiema reġistrati b'diżabilità
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema reġistrati b’diżabilità fid-dekasteru tiegħu u x’investiment sar biex dawn ikunu komdi waqt il-ħin tax-xogħol?
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 20200 u jgħid kif qed jagħti sostenn lill-kliniki jekk ikun hemm overcrowding ta’ annimali?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li huwa propju l-kompitu tal-istess kliniċi privati tal-annimali sabiex dawn jimmaniġġjaw il-faċilitajiet li huma responsabbli minnhom.
Klinika privata — Isolation spaces għall-klieb u l-qatates
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 20199 u jikkonferma jekk il-klinika li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament għandhiex isolation spaces kemm għall-klieb u kemm għall-qtates?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li ma hemm ebda obbligu legali li klinika veterinarja jkollha kamra ta’ iżolament.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 20196 u jgħid kemm huwa ż-żmien medju li annimal qed idum fil-klinika li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament? Jista’ jgħid ukoll jekk din il-klinika hux qed titħallas biex iżżomm l-annimali wara li jgħaddi ż-żmien tar-recovery?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li ż-żmien medju li annimali jdumu fi klinika veterinarja jiddependi skont meta dawn ikunu ċċertifikati li jkunu tajba biex jiġu rilaxxati mill-veterinarju responsabbli tal-klinika jew veterinarji oħra li jaħdmu fl-istess klinika. Il-klinika veterinarja msemmija titħallas għal trattament jew interventi veterinarji, tindif, ikel, mediċini u konsumibbli.
Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali – Xiri ta’ karozzi ġodda — Nefqa
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24383 u jgħid kemm intefqu flus biex inxtraw karozzi ġodda taħt id-dekasteru tiegħu, inkluż fid-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħtu, minn Ġunju 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, inkluż informazzjoni dwar il-mudell tal-karozzi li nxtraw, minn liema kumpanija u meta nxtraw, jekk inxtrawx b'direct order jew b'tender pubbliku, l-ammont li nxtraw, u jagħti l-pożizzjoni u l-grad tal-persuna għal min inxtrat kull karozza? Jista' jippreżenta l-informazzjoni fil-format hekk kif indikat separatament?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni qed tinġabar u ser tingħata f'xi seduta oħra.
Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali – Direct Orders
Question
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tad-direct orders kollha li huwa awtorizza matul is-snin 2022, 2023 u 2024? Jista’ għal kull direct order jagħti l-ammont involut, lil min ingħata u għal liema skop? Jista’ jgħid ukoll għalfejn kellha tingħata direct order minflok sejħa pubblika għal kull wieħed?
Response (REFALO, ANTON)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-proċeduri ta’ akkwisti spjegati fir-Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku għaliex l-awtorizzazzjoni tad-direct orders mhux fir-responsabbilità tiegħi.
Għaldaqstant il-Contracting Authority tippubblika l-informazzjoni fuq il-Gazzetta tal-Gvern għal kull xiri li jsir għal kull perjodu ta’ sitt xhur, skont ir-Regolament 111(2) tar-Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku.
Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali — Servizz ta' dentistrija u ortopedija
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 23305 u jgħid jekk hemmx annimali misjuba mid-Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali li għadhom qed jistennew trattamenti ta’ dentistrija u ta’ ortopedija?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li n-numru t-annimali misjuba mid-Direttorat għat-Trattament Xieraq tal-Annimali li għadhom qed jistennew trattamenti ta’ dentistrija u t’ortopedija huwa ta’ 24.
Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali — Servizz ta' dentistrija u ortopedija
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 23304 u jgħid kemm instabu annimali mid-Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali li kellhom bżonn servizzi mediċi ta’ dentistrija u ta’ ortopedija u kemm infatti ġew trattati?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li n-numru t’annimali misjuba mid-Direttorat għat-Trattament Xieraq tal-Annimali li kellhom bżonn servizzi mediċi ta’ dentistrija u t’ortopedija kien ta’ 49, fejn 25 minnhom ingħataw il-kura meħtieġa.
Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali — Servizz ta' dentistrija u ortopedija
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 23303 u jgħid liema klinika/ċi qed jagħtu s-servizz ta' dentistrija u ta’ ortopedija meta annimali jiġu misjuba fit-triq mid-Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali u jkollhom bżonn dawn il-bżonnijiet?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-kliniċi li qed jagħtu s-servizz ta' dentistrija huma z-Zoomangi kif ukoll il-Highrise Veterinary Clinic. Fir-rigward tas-servizzi t’ortopedija dawn jiġu ingaġġati skont il-ħtieġa.
Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali — Annimali ġewwa Boarding Kennels li qed jistennew trattament mediku
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 23302 u jgħid kemm hemm annimali li ġew misjuba fit-triq mid-Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali li qegħdin ġewwa Boarding Kennels u li għadhom qed jistennew it-trattament mediku li għandhom bżonn u dan in kwantu l-kliniċi li qed jiġu użati ma joffrux is-servizzi li dawn l-annimali għandhom bżonn?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li ma hemm l-ebda annimal li ġie misjub fit-triq mid-Direttorat għat-Trattament Xieraq tal-Annimali li qiegħed ġewwa Boarding Kennels u li għadu qed jistenna trattament mediku.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 23300 u jgħid x’ammonti ta' kontijiet tħallsu lill-kliniċi diversi (u jgħid kemm tħallset kull waħda minnhom rispettivament) li qed jagħtu sapport mediku lill-annimali salvati mid-Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali minn Awwissu 2023, proprju meta ngħalaq b'mod formali l-Isptar tal-Annimali ġewwa Ta’ Qali? Jista’ jgħid ukoll sa liema xahar dawn il-kliniċi tħallsu għas-servizzi mediċi mogħtija?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni mitluba tinkludi l-lista ta’ kliniċi li qed jagħtu sapport mediku lill-annimali salvati mid-Direttorat għat-Trattament Xieraq tal-Annimali minn Awwissu 2023. It-tabella tinkludi wkoll l-ammont mħallas lil kull klinika kif ukoll sa liema xahar dawn il-kliniċi tħallsu għas-servizzi mediċi mogħtija.
Klinika
Ammont €
Xahar ta’ l-aħħar Pagament
Vet 4 Pet Health
11,562.76
Ġunju 2024 (sejħa magħluqa)
Quality Vet Clinic
7,738.00
Lulju 2024 (sejħa magħluqa)
Zoomangi
748,693.68
Diċembru 2024
Best Friends Clinic
12,634.17
Jannar 2025
Happy Paws
81,759.42
Jannar 2025
Animal Medical Centre
12,695.45
Jannar 2025
The Veterinary Clinic
370.85
Jannar 2025
Highrise Clinic
3,399.40
Jannar 2025