Prim Awla tal-Qorti Ċivili u Qorti tal-Maġistrati – mandati ta’ sekwestru
Question
Jista’ l-Minsitru jgħid kemm ġew ippreżentati mandati ta’ sekwestru fil-Prim Awla tal-Qorti Ċivili u l-Qorti tal-Maġistrati f’Malta u Għawdex tul is-sena li għaddiet 2019?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
In-numru ta’ Mandati ta’ Sekwestru li ġew ipprżentati fil-Prim’ Awla tal-Qorti Ċivili u fil-Qorti tal-Maġistrati f’Malta matul is-sena 2019 huwa kif muri hawn taħt:
2019Prim’ Awla tal-Qorti ĊiviliQorti tal-Maġistrati (Malta)
Sekwestru Kawtelatorju343404
Sekwestru Ezekuttiv338974
In-numru ta’ Mandati ta’ Sekwestru li ġew ipprezentati fil-Qorti tal-Maġistrati f’Għawdex matul is-sena 2019 huwa kif muri hawn taħt:
2019
Qorti tal-Maġistrati (Ġurisdizzjoni Superjuri)
Qorti tal-Maġistrati (Ġurisdizzjoni Inferjuri)
Sekwestru Kawtelatorju
18
13
Sekwestru E¿ekuttiv
14
15
Qrati ta’ Malta u Għawdex – Comunity Service Orders
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm sentenzi fil-qrati ta Malta u Għawdex fejn kien hemm Comunity Service Order is-sena l-għaddiet u kemm kien hemm sigħat komplessivi stabiliti?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-Qorti ta’ Malta fis-sena 2019 kien hemm 36 każ ta Community Service Order b’ammont ta’ 7055 sigħat komplessivi.
Infurmat ukoll li fil-Qorti ta’ Għawdex fis-sena 2019 kien hemm każ wieħed ta
Community Service Order
li biha persuna ngħatat 200 siegħa.
Ministeru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza — Rapporti ta' serqiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serqiet li ġew rapportati lill-Pulizija li saru mill-Ministeru, dipartimenti, id-dekasteru u awtoritajiet oħra li jaqgħu taħtu kull sena matul l-2017, 2018 u 2019?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninsab infurmat li mill-Ministru, dipartimenti, id-dekasteru u awtoritajiet li jaqgħu taħti ġiet irrapurtata serqa waħda biss fl-2018
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew ippreżentati ittri uffiċjali fil-Prim Awla tal-Qorti Ċivili fis-sena 2019?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ ittri uffiċjali ppreżentati matul 2019 fil-Prim Awla tal-Qorti Ċivili kien hekk:
Tip ta’ Ittra Uffiċjali
Prim’ Awla Qorti Ċivili (Malta)
Qorti tal-Maġistrati (Għawdex) fil-kompetenza superjuri tagħha
Ittri Uffiċjali normali
5005
608
Ittri Uffiċjali (Kostituzzjonali)
3
--
Ittri Uffiċjali dwar Kambjali
20
--
Ittri Uffiċjali ai termini tal-Art. 166A (Kap. 12)
180
6
Prim Awla tal-Qorti Ċivili u l-Qorti tal-Maġistrati – ittri uffiċjali eżekuttivi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew ippreżentati ittri uffiċjali eżekuttivi taħt l-artikolu 166A fil-Prim Awla tal-Qorti Ċivili u l-Qorti tal-Maġistrati f’Malta u Għawdex is-sena li għaddiet 2019?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ ittri uffiċjali ppreżentati ai termini tal-artikolu 166A (Kap. 12) fl-2019 fil-Prim Awla tal-Qorti Ċivili (Malta) kien ta’ 180 filwaqt li 54 ittra uffiċjali ġew reżi eżekuttivi. Fl-istess perjodu 3654 ittra uffiċjali ai termini tal-artikolu 166A (Kap. 12) ġew ippreżentati fil-Qorti tal-Maġistrati (Malta) filwaqt li 718-il ittra ġew reżi eżekuttivi.
In-numru ta’ ittri uffiċjali ppreżentati ai termini tal-artikolu 166A (Kap. 12) fl-2019 fil-Qorti tal-Maġistrati (Għawdex), fil-kompetenza Superjuri Ċivili tagħha kien ta’ 6 filwaqt li ittra waħda uffiċjali ġiet reża eżekuttiva. Fl-istess perjodu 186 ittra uffiċjali ai termini tal-artikolu 166A (Kap. 12) ġew ippre¿entati fil-Qorti tal-Maġistrati (Għawdex), Inferjuri Ċivili, filwaqt li 13-il ittra ġew reżi eżekuttivi.
Jista’ l-Ministru jgħid meta ħaddiem jitkeċċa b’mod inġust mix-xogħol jew ikun akkużat b’mod inġust, x’hawn fil-pajjiż li jista’ jagħmel tajjeb għar-ristituzzjoni tad-danni morali għal din il-persuna li tkun soffriet minn tkeċċija minn fuq il-post tax-xogħol b’mod inġust jew li tkun soffriet inġustizzja b’akkuża inġusta?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi il-mistoqsija tiegħu lil Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm bħalissa priġunieri fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin li għandhom il-permess li jaħdmu barra l-ħabs? X'tip ta' xogħol qegħdin iwettqu u f'liema lokalità qegħdin jaħdmu? min qed jagħmilhom sorveljanza sabiex ma jkunx hemm abbużi?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lil Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew deċiżi arbitraġġi fiċ-Ċentru tal-Arbitraġġ tul is-sena 2019 u jista’ jindika kemm kienu volontarji, kemm mandatorji u kemm internazzjonali?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninsab infurmat li matul is-sena 2019 ġew deċiżi 267 ka¿, li minnhom 2 kienu deċiżjonijiet ta’ arbitraġġ internazzjonali, 25 kienu deċizjonijiet ta’ arbitraġġi volontarji u 240 deċiżjoni ta’ arbitraġġi mandatorju.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm arbitraġġi pendenti fiċ-Ċentru tal-Arbitraġġ fl-aħħar tas-sena 2019 u jista’ jindika kemm kienu volontarji, kemm mandatorji u kemm internazzjonali?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninsab infurmat li sal-aħħar tas-sena 2019, fiċ-Ċentru kien hemm 634 każ pendenti minn 5,868 każ li ġew ippreżentati sa minn Marzu tas-sena 2000. Il-każijiet pendenti huma 24 każ ta’ arbitraġġ internazzjonali, 145 każ ta’ arbitraġġ volontarju u 465 każ ta’ arbitraġġ mandatorju.
Qrati ta’ Malta – spiża f’ikel u akkomodazzjoni għal ġurati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża li tħallset mill-Qrati ta’ Malta f’ikel u akkomodazzjoni għal ġurati fis-sena 2019?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninsab infurmat li l-ispiża li tħallset mill-Agenzija dwar is-Servizz tal-Qrati f’ikel u akkomodazzjoni għal ġurati fis-sena 2019 kienet kif indikata hawn taħt:
Akkomodazzjoni
€ 24,802.33
Ikel
€ 6,838.02
Ministeru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza — nefqa fuq fuel/petrol/diesel
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali ta' flus għall-fuel/petrol/diesel li ntuża mill-Ministeru kull sena matul l-2017, 2018 u 2019? Jista' jipprovdi informazzjoni separata għal dan għad-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħtu?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Qed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba hekk kif miġbura sal-31 ta’ Diċembru 2019.
Ministeru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza — konsulenza fuq public relations jew komunikazzjoni - nefqa
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2398 u ċjoè: Jista’ l-Ministru jgħid u jelenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa’ taħtu, għal konsulenza fuq public relations jew komunikazzjoni, minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b’sena?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Qed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba hekk kif miġbura sal-31 ta’ Diċembru 2019.
Ninsab infurmat ukoll li l-entitajiet u id-Dipartiment l-oħra li jinstabu fid-dekasteru tiegħi m’għamlux din it-tip ta’ konsulenza.
Ministeru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza- social media advertising — nefqa
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2413 u jelenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa’ taħtu, fuq social media advertising, però maqsuma skont Facebook, Instagram, YouTube, Twitter, Google eċċ, minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b’sena?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Qed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba hekk kif miġbura sal-31 ta’ Diċembru 2019.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm inġabru lura mill-ispejjeż peritali f’kawżi kriminali tul is-sena li għaddiet 2019?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninsab infurmat li fil-Qorti ta’ Malta inġabar l-ammont ta’ €121,692.29 mill-ispejjez peritali f’kawżi kriminali matul is-sena 2019. Filwaqt li fil-Qorti ta’ Għawdex inġabar l-ammont ta’ €1887.81 ewro mill-ispejjez peritali f’kawżi kriminali matul is-sena 2019.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni rreġistrati fir-Reġistru għall-Protezzjoni tal-Minuri fil-Qorti sal-aħħar tas-sena 2019?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninsab infurmat li fil-Qorti ta’ Malta kien hemm 75 persuna reġistrati fir-Reġistru għall-Protezzjoni tal-Minuri fil-Qorti sal-aħħar tas-sena 2019. Tajjeb li jingħad li pero’ hemm 76 reġistrazzjoni peress li persuna waħda kienet reġistrata darbtejn b’żewġ sentenzi.
Ministeru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza — promotional material - nefqa
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2368 u ċjoè: Jista’ l-Ministru jgħid u jelenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa’ taħtu, fuq promotional material (brochures, websites, flyers, mailshots eċċ) minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b’sena?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba bejn il-perjodu Marzu 2013 u 31 ta’ Diċembru 2019.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk ġiex introdott il-mekkaniżmu li permezz tiegħu jiġu identifikati d-diskrepanzi fil-pagi? Jekk iva, fiex jikkonsisti dan il-mekkaniżmu?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninsab infurmat li preżentament il-Kummissjoni Nazzjonali għall-Promozzjoni tal-Ugwaljanza (NCPE) m’għandhiex mekkaniżmu li permezz tiegħu jiġu identifikati d-diskrepanzi fil-pagi.
Però ta’ min jinnota li permezz tal-proġett ko-finanzjat mill-UE ‘
Prepare the Ground for Economic Independence
’, qed tiġi żviluppata
equal pay tool
diġitali addattata għal Malta. Din l-għodda ser tkun qed tgħin lill-ħaddiema u lil min iħaddem sabiex jassigura l-istess paga għall-xogħol tal-istess valur jew simili. Din l-għodda ser tkun ukoll magħmula sabiex tintuża għall-proċess taċ-ċertifikazzjoni tal-Marka tal-Ugwaljanza tal-NCPE. L-
equal pay tool
ser tiġi varata fil-konferenza finali tal-proġett f’Awwissu 2020.
Barra minn dan, fl-2014 l-NCPE neħħiet il-klawżola fil-kuntratti tal-impjieg tal-ħaddiema tagħha li kienet tesigi kunfidenzjalità dwar ir-remunerazzjoni tagħhom għal aktar trasparenza fil-pagi.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12271 u jara li fil-proġett il-ġdid li se jitwettaq għal aktar effiċjenza fis-sistema ġudizzjarja, tiddaħħal is-sistema tas-Sentencing Guidelines kif għandhom pajjiżi oħra?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninsab infurmat li l-proġetti li nieda dan l-aħħar il-Gvern bl-għajnuna tal-Kunsill tal-Ewropa u tal-Unjoni Ewropeja għat-twettiq ta’ aktar effiċjenza fil-qasam tas-smiegħ u deċiżjoni tal-kawżi ma jinkludix l-hekk imsejjħa sentencing guidelines.
Dwar dawn pero l-Gvern huwa dispost li jiddiskuti bi qbil mal-ġudikatura iżda bir-riżerva illi l-metodu ta’ għoti ta’ piena, għad illi tista’ tkun soġġetta għal linji gwida ma għandha qatt issir eżerċizzju purament awtomatiku li ma jħallix lill-Qorti tagħmel ġustizzja kif tħoss li jkun l-aħjar fil-każ partikolari.
Se nirreferi d-diversi domandi Parlamentari fuq li saru fuq dan is-suggett lill-Kummissjoni Għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja għar-reazzjoni tagħha.
Ministeru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza — direct orders
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il direct order ingħatat kull sena matul l-2017, 2018 u 2019 mill-Ministeru u d-dekasteru tiegħu inkluż dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu? Jista' jgħid kemm kienet iċ-ċifra ta' flus globali sena b’sena?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Qed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba hekk kif miġbura sal-31 ta’ Diċmbru 2019.