Mellieħa – Triq Ġorġ Borġ Olivier – sejba ta’ xelter
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux minnu jew le li waqt li għaddej ix-xogħol mill-Kunsill Lokali Mellieħa fi Triq Ġorġ Borġ Olivier, kantuniera ma’ Triq Sant Anna, liema xogħol jikkonsisti fi bdil ta’ 6 tarġiet għal rampa instab xelter? Jekk iva x’passi ser ikunu qed jittieħdu sabiex dan jiġi protett u ma ssirlux ħsara?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Mellieħa illi huwa minnu li fil-post indikat instab dak li qed jiġi meqjuż bħala xelter tat-Tieni Gwerra Dinjija. Il-perit tal-Kunsill talab lis-Sovrantendenza għall-Wirt Storiku sabiex tibgħat l-uffiċjali tagħha ħalli jispezzjonaw il-post u jagħmlu r-rapport tagħhom. Ix-xogħlijiet jitkomplew skont l-eżitu tal-istess rapport.