Legislature:
Category:
Reset
Active:

Pulizija — każi ta' stupru fuq nisa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm każi ta' stupru (rape) fuq nisa rrapportati s-sena l-oħra? Jista' jgħid kemm minn dawn il-każi tressqu l-Qorti?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-ewwel parti tal-mistoqsija għandha tiġi riferuta lill-Ministru kkonċernat. Fir-rigward tat-tieni mistoqsija ninsab infurmat illi fl-2021 tressqu l-Qorti 14-il persuna akkużata bi stupru f'Malta, filwaqt li f'Għawdex tressqet persuna waħda.

Amministrazzjoni tal-Qorti – Infiq ta’ flus fl-akkomodazzjoni ta’ Membri tal-Ġudikatura

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija numru 24449 tat-13-il Leġiżlatura u jgħid kemm intefqu flus mill-amministrazzjoni tal-Qorti kemm f'Malta kif ukoll f’Għawdex, sena b'sena, f’akkomodazzjoni f'lukandi ta' Membri tal-Ġudikatura meta jkunu qed jaqdu dmirhom f'xi gżira partikolari mis-sena 2010 sas-sena 2021?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tabella dwar kemm intefqu flus fuq akkomodazzjoni meta Membri tal-Ġudikatura jkunu qed jaqdu dmirhom f'xi gżira partikolari, primarjament ġewwa Għawdex, mis-sena 2010 sas-sena 2021. SenaAmmont 2010€1,268.6 2011€1,251.7 2012€5,165.9 2013€5,747.8 2014€2,343.1 2015€3,847.2 2016€4,257.3 2017€4,183.6 2018€2,841.6 2019€4,025.6 2020€5,200.2 2021€6,144.7

Inkjesti Maġisterjali pendenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid fil-preżent kemm hemm inkjesti maġisterjali li għadhom pendenti? Jista' jgħid kemm ilha pendenti kull inkjesta maġisterjali?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tabella t'hawn taħt turi kemm kien hemm inkjesti maġisterjali pendenti fil-bidu tas-sena mill-2011 sal-2022: Sena201120122013201420152016 Numru149714431495152415241405 Sena201720182019202020212022 Numru153316341726169014151403

Drittijiet tax-xhieda emendati

Question

B'referenza għad-drittijiet elenkati fl-iskedi annessi mal-Ordinanza dwar id-Drittijiet tax-Xhieda, Kap. 108, dwar id-drittijiet tax-xhieda, jista' l-Ministru jgħid jekk iqisx li jsiru l-emendi meħtiega biex l-imsemmija drittijiet jiġu aġġornati biex jirriflettu r-realtajiet attwali fejn allura skont il-Kap. 108 l-ogħla dritt li jista’ jitħallas hu ta’ 1.16 ċenteżmu?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Ordinanza dwar id-Drittijiet tax-Xhieda (Kap. 108) qiegħda tiġi eżaminata sabiex jiġu proposti l-emendi neċessarji bħala parti mir-riforma fil-qasam tal-ġustizzja

Uffiċċju għall-Irkupru tal-Assi — impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu impjegati miegħu l-Uffiċċju għall-Irkupru tal-Assi? Jista' l-Ministru jagħti l-kariga ta' kull impjegat u d-data ta' meta beda l-impjieg tiegħu mal-Uffiċċju għall-Irkupru tal-Assi?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant l-Uffiċċju għall-Irkupru tal-Assi sa llum għandu 14-il impjegat li huma skond kif indikat fit-tabella hawn isfel. KarigaData tal-bidu tal-impjieg Director25/01/2022 Principal Legal Officer14/09/2020 Manager25/06/2018 Manager08/10/2020 Manager10/06/2021 Bureau Officer II05/10/2018 Bureau Officer II12/09/2019 Bureau Officer II13/04/2020 Bureau Officer II22/11/2021 Bureau Officer II29/10/2021 Bureau Officer II17/12/2021 Bureau Officer II09/05/2022 Handler29/10/2018 Bureau Officer II18/06/2018

Bord tal-Uffiċċju għall-Irkupru tal-Assi — laqgħat

Question

Jista' l-Ministru jgħid mis-sena 2015 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il laqgħa saret tal-Bord tal-Uffiċċju għall-Irkupru tal-Assi? Jista' l-Ministru jagħti d-dati ta' meta saret kull laqgħa u jindika l-membri tal-Bord u persuni oħra li kienu preżenti u/jew assenti għal kull waħda mil-laqgħat?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-2015 sat-13 ta’ Mejju 2022 saru 63 laqgħa tal-Bord tal-Uffiċċju għall-Irkupru tal-Assi. Min dawn kien hemm 26 istanzi fejn kien hemm xi ħadd mill-membri assenti hekk kif muri fit-tabelli li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Talbiet mill-Uffiċċju għall-Irkupru tal-Assi lill-Prim Ministru

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'talbiet saru mill-Uffiċċju għall-Irkupru tal-Assi lill-Prim Ministru, li permezz tiegħu ntalab li uffiċjali pubbliċi jiġu assenjati biex jaqdu dmirijiethom mal-Uffiċċju għall-Irkupru tal-Assi? Jista' l-Ministru jgħid min kienu dawn l-uffiċjali pubbliċi, il-kariga tagħhom u f'liema kapaċità intalbu li jaqdu d-dmirijiet tagħhom fl-Uffiċċju għall-Iskupru tal-Assi? Jista' l-Ministru jgħid kemm minn dawn it-talbiet ġew aċċettati mill-Prim Ministru, kemm ġew miċħuda u kemm għadhom pendenti?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’kollox saru 3 talbiet biex uffiċjali pubbliċi jiġu assenjati biex jaqdu dmirijiethom mal-Uffiċċju għall-Irkupru tal-Assi, li kollha ġew aċċettati. Id-dettalji ta’dawn it-talbiet jinstabu fit-tabella annessa. KarigaKariga mal-ARB Office Clerk Bureau Officer II Health Screening CoordinatorBureau Officer II Executive - Grade 1Bureau Officer II

Uffiċċju għall-Irkupru tal-Assi – offerti ta’ impjieg permanenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid mis-sena 2015 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, x'offerti ta' impjieg permanenti għamel l-Uffiċċju għall-Irkupru tal-Assi lil uffiċjali assenjati għal dmirijiet mal-istess Uffiċċju għall-Irkupru tal-Assi? Jista' l-Ministru jgħid x'rimunerazzjoni, pattijiet u kondizzjonijiet ġew offruti lill-imsemmija uffiċjali mill-Uffiċċju għall-Irkupru tal-Assi?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ewwel parti tal-mistoqsija mhux ċara u qed jintalab biex jikkjarifika xi jfisser meta jigħd “ x'offerti ta' impjieg permanenti għamel l-Uffiċċju għall-Irkupru tal-Assi lil uffiċjali assenjati għal dmirijiet mal-istess Uffiċċju għall-Irkupru tal-Assi?”. Ninforma ukoll li ma kien hemm ebda pattijiet li jmorru oltre dawk stabilitti fil-kuntratt ġenerali u komuni ta’impjieg skont il-ligi li l-impjegat ikun iffirma meta beda jaħdem mal- Uffiċċju għall-Irkupru tal-Assi.

Qorti Ċivili (Sezzjoni tal-Irkupru tal-Assi) – każijiet pendenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm każijiet pendenti quddiem il-Qorti Ċivili (Sezzjoni tal-Irkupru tal-Assi)? Jista' l-Ministru jgħid kemm ilhom pendenti dawn il-każijiet?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa hemm 3 kawżi pendenti quddiem din il-Qorti, fejn l-aktar każ li ilu pendenti imur lura għal 6 xhur.

Qorti tal-Appell (L-Ewwel Sezzjoni) – Kawżi pendenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm kawżi pendenti quddiem il-Qorti tal-Appell (L-Ewwel Sezzjoni)?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor.Interpellant li sal-11 ta’ Mejju 2022, hemm 109 kawża pendenti quddiem il-Qorti tal-Appell (L-Ewwel Sezzjoni).

Qorti tal-Appell (It-Tieni Sezzjoni) – Kawżi pendenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm kawżi pendenti quddiem il-Qorti tal-Appell (It-Tieni Sezzjoni)?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li sal-11 ta’ Mejju 2022 hemm 138 kawża pendenti quddiem il-Qorti tal-Appell (It-Tieni Sezzjoni).

Qorti tal-Appell (It-Tielet Sezzjoni) – Kawżi pendenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm kawżi pendenti quddiem il-Qorti tal-Appell (It-Tielet Sezzjoni)?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor.Interpellant li sal-11 ta’ Mejju 2022 hemm 89 kawża pendenti quddiem il-Qorti tal-Appell (It-Tielet Sezzjoni).

Ġurijiet pendenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ġurijiet pendenti u kemm huwa n-numru ta' persuni li qed jistennew li jgħaddu ġuri? Jista' l-Ministru jgħid għal kull wieħed mill-ġurijiet li jinsabu pendenti, id-data meta ġie ppreżentat l-att tal-akkuża?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninsab infurmat li sal-11 ta’ Mejju 2022 kien hemm 80 ġuri pendenti, li minnhom, 8 kazijiet huma appuntati biex jgħaddu ġuri u 7 oħra, li mmaturaw riċentement, qed jistennew id-data tal-appuntament. L-oħrajn, għal-diversi ragunijiet varji ma jistgħux isiru: fosthom, minħabba proċeduri Kostituzzjonali, għax qegħdin jistennew kawżi oħra jew għax għadhom fi stadju ta’ eċċezzjonijiet preliminari. In-numru ta’ persuni li qed jistennew li jgħaddu ġuri u d-data ta’ meta ġie ppreżentat l-att tal-akkuża jinstabu fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Qrati – persuni akkużati bir-reat ta’ ħasil ta’ flus

Question

Jista' l-Ministru jgħid fil-preżent, kemm-il persuna tinsab akkużata bir-reat ta' ħasil ta' flus (money laundering) quddiem il-Qrati ta' pajjiżna?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor.Interpellant li sal-11 ta’ Mejju 2022 kien hemm 97 kaz ta’ Money Laundering b’127 persuna akkużata.

Aġenzija dwar is-Servizzi tal-Qrati — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm għandha impjegati magħha l-Aġenzija dwar is-Servizzi tal-Qrati? Jista' l-Ministru jagħti l-kariga ta' kull impjegat u d-data ta' meta beda l-impjieg tiegħu mal-Aġenzija dwar is-Servizzi tal-Qrati?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninsab infurmat li l-Aġenzija għas-Servizzi tal-Qrati għandha 469 impjegat li huma maqsumin skond il-kariga tagħhom fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra .

Aġenzija dwar is-Servizzi tal-Qrati – Persuni li rriżenjaw

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna rriżenjat mill-impjieg tagħha minn mal-Aġenzija dwar is-Servizzi tal-Qrati mit-twaqqif tagħha fis-sena 2019 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' l-Ministru jagħti l-kariga ta' kull persuna li rriżenjat u d-data u r-raġuni tar-riżenja tagħha?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li mid-data tat-twaqqif tagħha fis-sena 2019, irriżenjaw 36 impjegat minn mal-Aġenzija dwar is-Servizzi tal-Qrati li kienu jikkonsistu hekk kif imniżżel fit-tabella hawn taħt. Ninsab infurmat li ma tinżamx statistika dwar ir-raguni tar-riżenja. KarigaNumru ta’impjegati li rriżenjaw Court Attorney2 Assistent Registratur1 Assistenti Ġudizzjarji (part-time)5 Deputati Reġistraturi5 Uffiċjal fi Skala 91 Skrivan11 Messaġiera9 Court Customer Relations Assistant1 Xufier ta’ Ġudikant1

Aġenzija dwar is-Servizzi tal-Qrati – Konsulenzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid min kienu jew huma l-persuni u/jew ditti u/jew kumpaniji li ġew ingaġġati bħala konsulenti mal-Aġenzija dwar is-Servizzi tal-Qrati mit-twaqqif tagħha fis-sena 2019 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' l-Ministru jgħid xi ħlasijiet irċeviet kull waħda minn dawn il-persuni, ditti u kumpaniji?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninsab infurmat li mill-2019 sat-13 ta’ Mejju 2022 ġew ingaġġati żewg kumpaniji biss biex jagħtu servizz ta’ konsulenza lill-Aġenzija għas-Servizzi tal-Qrati hekk kif muri fit-tabella t’hawn taħt. Ta’ min jinnota li dawn il-kumpaniji għad ma rċievewx ħlasijiet peress lis-servizz li kellhom jagħtu għadu ma ġix provdut kollu. Isem l-Konsulent Deskrizzjoni tas-servizz mixtri mill-Aġenzija Data ta' meta beda il-kuntratt Mad About Video Provision of Audio-Visual consultancy services 24/08/2021 Charles Scerri & Associates Provision of Audit and Consultancy Services 16/12/2021

Inkjesta Maġisterjali dwar impjieg ta’ persuna ma’ kumpanija tal-Gvern – Spiża

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġiet tiswa s'issa l-inkjesta maġisterjali dwar l-allegat użu mhux leġittimu ta' fondi pubbliċi u reati oħra in konnessjoni ma' impjieg ta' persuna mal-kumpanija tal-Gvern li d-dettalji dwarha qegħdin jingħataw separatament?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-inkjesta għadha għaddejja.