Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa totali fuq il-qasam kulturali f’Għawdex għas-snin 2023 u 2024 u jagħti break down ta’ din in-nefqa? Jista’ jgħid ukoll kemm kienet in-nefqa f’dan il-qasam mill-bidu ta’ din is-sena sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u x’vot hemm f’dan il-qasam għas-sena 2025?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Attachments:PQ 29088 - Għawdex nefqa fuq il-qasam kulturali.pdf
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew kreati ġonna ġodda f’Għawdex f’dawn l-aħħar għaxar snin, jispeċifika liema huma u meta ġew riġenerati?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar irriġenera jew ħoloq dawn il-ġonna li ġejjin f dawn l-aħħar snin;
· Qortin t’Isopu
· Il-Qortin, Xagħra
· Ġnien tal-Iskola Primarja tan-Nadur b'kollaborazzjoni mal-Ministeru tal-Edukazzjoni,
· Ġnien tal-Iskola Primarja Victoria b'kollaborazzjoni mal-Ministeru tal-Edukazzjoni,
· Ġnien ta' Wistin Dingli b'kollaborazzjoni mal-Kunsill Lokali.
Il-Ministeru ħareġ it-tenders biex jiġu riġenerati;
· Ġnien il-ħaddiem, Xewkija;
· Dementia Friendly Garden f'Kerċem;
· Proġett ta' afforestazzjoni f'Għammar;
· Ulyssess Grove.
Apparti hekk se jiġi rriġenerat Ġnien fi Triq Maġistrat Salvu Attard.
SPD3/2024/053 — TENDER FOR THE SUPPLY, DELIVERY TESTING, COMMISSIONING AND MAINTENANCE OF TWO (2) BRAND NEW LOW EMISSION REFUSE COLLECTION VEHICLES FOR THE ECO GOZO DIRECTORATE, MGP
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx xi aġġornament dwar is-sejħa: SPD3/2024/053 - TENDER FOR THE SUPPLY, DELIVERY TESTING, COMMISSIONING AND MAINTENANCE OF TWO (2) BRAND NEW LOW EMISSION REFUSE COLLECTION VEHICLES FOR THE ECO GOZO DIRECTORATE, MGP li għalqet fit-31 ta’ Lulju 2024 u għaliex inħasset il-ħtieġa li toħroġ din is-sejħa? Jista’ jgħid ukoll jekk din is-sejħa ġietx awarded u jekk le, x’ġara?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li din is-sejħa ħarġet biex jinxtraw żewġ vetturi ġodda għall-ġbir tal-iskart, bil-għan li jitjieb l-operat tas-sezzjoni tal-indafa pubblika. L-ebda waħda miż-żewġ offerti (li inzertaw mill-istess operatur ekonomiku) u li ġew sottomessi għal din is-sejħa ma kienu jilħqu l-kriterji tekniċi li intalbu fl-istess sejħa. Għalhekk din is-sejħa għall-offerti ġiet ikkanċellata.
Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar – Public Expo Village 2025 – Nefqa
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 28677 u jgħid jekk il-Ministeru u/jew entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, ħadux sehem fil-Public Expo Village 2025 li saret f’Ta’ Qali mill-21 sal-25 ta’ Mejju 2025? Jekk iva, liema dipartimenti ħadu sehem, x’kien id-daqs tal-istand/stands tagħhom u kemm kienet in-nefqa ta’ kull dipartiment, kif ukoll in-nefqa totali tal-Ministeru fuq din l-Expo?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-istand tal-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar fil-Public Service Expo Village 2025 ġiet tiswa €50,899.67. F’din l-istand kien hemm sezzjoni fejn ingħatat spjegazzjoni b'mod interattiv dwar Għawdex fil-futur, sezzjoni fejn studenti mill-iskola tal-Arti Viżiva u performattiva Mikiel Anton Vassalli ġewwa Għawdex urew it-talenti tagħhom, ġie varata u murija il-pjattaforma gozoalbum.gov.mt li hija pjattaforma diġitali ta' ritratti li juru lil Għawdex, ġiet varata t-tieni verżjoni tal-mobile application MyGozo u ġiet murija is-sistema ta' ċertifikazzjoni ta' prodotti tal-artiġjanat Għawdxi. Din l-attività kopriet il-parteċipazzjoni wkoll tal-Awtorità tal-Ippjanar. L-Expo Village tas-Servizz Pubbliku din is-sena żaruh 76,264 persuna.
CT3012/2025 — WORKS - Tender for the Upgrading and Embellishing of Ġnien il-Ħaddiem in Xewkija Gozo in an Environmentally Friendly Manner u CT3011/2025 - Tender for The Establishment of A Dementia Friendly Public Garden, Kerċem, Gozo in A Resource Efficient Manner which Considers Wider Environmental Considerations
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma r-raġunijiet għaliex id-data ta’ għeluq għas-sejħiet ‘CT3012/2025 - WORKS - Tender for the Upgrading and Embellishing of Ġnien il-Ħaddiem in Xewkija Gozo in an Environmentally Friendly Manner’, u ‘CT3011/2025 - Tender for The Establishment of A Dementia Friendly Public Garden, Kerċem, Gozo in A Resource Efficient Manner which Considers Wider Environmental Considerations’, li kellhom jagħlqu fil-28 ta’ Mejju 2025, ġew mibdula ftit sigħat qabel ma kellhom jagħlqu u issa se jagħlqu fit-18 ta’ Ġunju 2025?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-limitu taż-żmien għat-tender ġie estiż biex jippermetti kjarifikazzjonijiet addizzjonali li kienu meħtieġa, wara mistoqsijiet imqajma minn offerenti potenzjali. L-Awtorità Kontraenti u d-Dipartiment tal-Kuntratti kellhom bżonn żmien addizzjonali biex jikkonsultaw u jindirizzaw dawn il-mistoqsijiet kif jixraq u jipprovdu l-kjarifikazzjonijiet meħtieġa.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ anzjani li qegħdin jistennew biex jidħlu f’Dar tal-Anzjani f’Għawdex sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li filwaqt li d-djar preżenti huma prattikament mimlija u l-istennija tal-anzjani li jidħlu mill-komunità normalment mhux iddum aktar minn ftit ġimgħat fiż-żmien li ġej huwa maħsub li jiġu trasferiti madwar 120 anzjan mill-Isptar Ġenerali t’Għawdex għal djar fil-komunità.
CT2051/2023 — TENDER FOR THE EXTERNAL PAVING WORKS AT THE MINISTRY FOR GOZO ADMINISTRATION CENTRE IN VICTORIA, GOZO
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 27679, jista’ l-Ministru jispjega għaliex ix-xogħlijiet relatati mas-sejħa ‘CT2051/2023 - Tender for the External Paving Works at the Ministry for Gozo Administration Centre in Victoria, Gozo’ għadhom ma bdewx? Jista’ jgħid ukoll meta hu maħsub (xahar u sena) li ser jibdew dawn ix-xogħlijiet?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet se jsiru fi żmien propizju peress li fl-istess Ministeru għaddejjin xogħlijiet oħrajn.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 29010 u jgħid jekk qatt ġewx imposti penali jew multi fuq il-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, fir-rigward tal-konċessjoni ta’ Manoel Island, b’mod partikolari wara li naqset milli tlesti żvilupp sostanzjalment sal-31 ta’ Marzu 2023, kif stipulat fil-ftehim ta’ kunċessjoni? Jekk ma ttieħdet l-ebda azzjoni ta’ infurzar, jista’ l-Ministru jispjega għaliex dan ma sarx, minkejja d-dispożizzjonijiet kuntrattwali?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-kundizzjonijiet ta’ kull konċessjoni ma jiffurmawx parti mill-kundizzjonijiet tal-ippjanar.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 28047 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi u jgħid x’tip ta’ permess għandu kull każin f’Malta u Għawdex biex ikun jista’ jopera?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta sabiex tirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 28754.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 27800 u 28120 li oriġinarjament saru lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi u lill-Prim Ministru rispettivament u jgħid kemm ġiet tiswa l-karozza tal-linja li ġiet mikrija f’Għawdex għall-membri kollha tal-Kabinett, nhar it-Tnejn 7 ta’ April ta’ din is-sena?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-karozza tal-linja li ntużat hija propjetà tal-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar, u allura ma nkrietx. L-ispiża tal-operat kienet dik marbuta mas-sewwieq tal-istess karozza tal-linja u din ma taqbiżx Ewro 16.87.
L-Awtorita tal-Ippjanar — Ħlasijiet miġbura b’rabta ma’ żviluppi infrastrutturali
Question
Jista’ l-Ministru jikkunsidra l-possibbiltà li l-fondi li l-Awtorità tal-Ippjanar tiġbor u li tkun ġabret matul is-snin bħala riżultat tal-ħlasijiet b’rabta ma’ żviluppi differenti, jibdew jintużaw għal żviluppi infrastrutturali differenti, fosthom għat-toroq u l-bankini fil-lokalitajiet li minnhom ikunu nġabru dawn il-fondi?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità tal-Ippjanar tiġbor fondi relatati mal-iżvilupp permezz tal-Fond għall-Ippjanar tal-Iżvilupp, skont il-linji gwida stipulati fiċ-Ċirkulari PA 1/22 li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. L-għan prinċipali ta’ dan il-fond huwa li jiffinanzja interventi fiżiċi li jtejbu s-sostenibbiltà u l-kwalità tal-ħajja fil-komunitajiet, b’enfasi fuq proġetti ta’ embellishment u infrastruttura ħadra u blu (Green and Blue Infrastructure).
San Pawl il-Baħar — Permessi maħruġa mill-Awtorità tal-Ippjanar
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il permess inħareġ mill-Awtorità tal-Ippjanar f’San Pawl il-Baħar matul is-snin 2024 u 2025, sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Minn dawn il-permessi, kemm minnhom huma għall-bini ta’ djar/appartamenti residenzjali, maqsuma separatament? Jista’ jgħid ukoll kemm-il unit ta’ kamra waħda (one-bedroom), ta’ żewġt ikmamar (two-bedroom) u ta’ tliet ikmamar (three-bedroom) inħareġ il-permess għalihom, f’dan il-perjodu?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn informazzjoni disponibbli li tkopri bejn l-1 ta’ Jannar 2024 u t-2 ta’ Ġunju 2025, inħarġu 466 permess ta’ żvilupp.
L-istess figuri jinkludu l-permessi għal kull tip ta’ applikazzjoni, sew għal-binjiet ġodda kif ukoll applikazzjonijiet għal tibdil jew tnaqqis jew żidiet għal binjiet eżistenti jew bdil fl-użu ta’ strutturi eżistenti; u jinkludu applikazzjonijiet għal permessi sħaħ (Full), permessi dwar il-mertu (Outline), li permezz tagħhom ma jista’ jsir ebda żvilupp, kif ukoll permessi għal tiġdid (Renewal).
L-Awtorità, iżda, ma żżommx statistika dwar in-numru ta’ kmamar tas-sodda li jiġu approvati.
CT7002/2024 — Establishment of a Dynamic Purchasing System for Construction and Maintenance of Roads across Gozo and Comino in a Resource Efficient Manner, Ministry for Gozo and Planning
Question
Jista’ l-Ministru jgħid fiex tikkonsisti s-sejħa li nħarġet mill-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar ‘CT7002/2024 - Establishment of a Dynamic Purchasing System for Construction and Maintenance of Roads across Gozo and Comino in a Resource Efficient Manner, Ministry for Gozo and Planning’? Jista’ jgħid ukoll liema xogħlijiet hemm ippjanati li jsiru permezz ta’ din is-sejħa; kemm hu l-valur; u għal kemm-il sena ħarġet din is-sejħa?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-DPS ikopri diversi xogħlijiet skont l-esiġenzi fix-xhur u snin li ġejjin. Dettalji mitlubin jinsabu kollha fit-tender ippublikat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il applikazzjoni daħlet għar-regolarizzazzjoni, kemm kienu within scheme u kemm kienu parzjalment barra ż-żona ta’ żvilupp (ODZ) u kemm minn dawn l-applikazzjonijiet ġew approvati minn meta daħlet din l-iskema sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi d-dettalji mitluba tal-applikazzjonijiet għal regolarizzazzjoni kompluti li rċeviet l-Awtorità tal-Ippjanar. It-tabella tindika jekk il-każijiet humiex deċiżi jew pendenti. Apparti hekk, fejn hemm deċiżjoni, it-tabella tispeċifika t-tip ta’ deċiżjoni. L-informazzjoni nġabret mis-sistema tal-informatika tal-Awtorità tal-Ippjanar nhar id-9 ta’ Ġunju 2025.
Attachments:PQ 29059 Applikazzjonijiet għal regolarizzazzjoni - Tabella.pdf
Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar — Credit/Debit cards
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 23601 fejn intqal li l-informazzjoni kienet għadha qed tinġabar, issa li għaddew ix-xhur, jista’ l-Ministru jgħid jekk l-entitajiet li jaqgħu taħtu jagħmlux użu minn credit/debit card pubblika u min għandu l-faċilità li juża kull credit/debit card? Għal xiex tintuża kull credit/debit card u x’inhu l-limitu ta’ nefqa kuljum għal kull credit/debit card? Jista’ jgħid ukoll x’kienet in-nefqa minn April 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b’xahar u xi nxtara, item item, b’din il-credit/debit card?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm żewġ entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar li b'kollox inħarġulhom żewġ cards – waħda għal kull entità. Il-ħruġ ta’ card isir biss wara li jkun hemm l-approvazzjoni tal-Ministeru għall-Finanzi u l-approvazzjoni tas-Segretarju Permanenti fi ħdan il-Ministeru tiegħi, skont il-proċedura stabbilita. Inżid ngħid li kull nefqa ssir skont, u fil-parametri stabbiliti, ta’ kif għandhom jintużaw il-fondi pubbliċi.
Jista’ l-Ministru jgħid liema latrini pubbliċi f’Għawdex sarilhom refurbishment matul is-snin 2024 u 2025, fiex kien jikkonsisti x-xogħol u x’kienet l-ispiża relatata ma’ kull waħda minnhom? Jista’ jgħid ukoll liema latrini huma ppjanati li jsirilhom refurbishment matul is-sena 2025, fejn jinsabu, fiex jikkonsisti x-xogħol, kemm hi stmata li tkun l-ispiża u minn min se jitwettqu x-xogħlijiet?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar il-proġett ta’ Victoria Parks fir-Rabat, Għawdex? Jista’ jgħid ukoll x’inhu jsir fuq dan il-proġett fil-preżent, x’inhu fil-preżent u x’ser ikun ’il quddiem l-irwol ta’ Project Green fir-rigward ta’ dan il-proġett?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar ħareġ sejħa għall-offerti; SPD3/2024/055 – Tender for the provision of technical consultancy and srchitectural services for the establishment of the Victoria Parks, Victoria Gozo. Ħarġet ukoll quotation; MGP eQ52/2025 – Quotation for the drafting of a fire safety, ventilation and lighting reports for the proposed Victoria Parks. Bħalissa qed isir id-disinn tal-Park.
Jista’ l-Ministru jgħid min, fil-preżent, qed jokkupa l-kariga ta’ CEO fi ħdan l-Awtorità għall-Iżvilupp Reġjonali ta’ Għawdex (GRDA)?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra stqarrija maħruġa mill-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar nhar it-30 ta’ Mejju li għadda.
Jista’ l-Ministru jgħid liema knejjes ġew restawrati, jew jekk ingħatatx xi għajnuna għall-konservazzjoni tagħhom, matul dawn l-aħħar ħames snin f’Għawdex u kemm kienet l-ispiża totali sa issa?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lil Onorevoli Interpellant li matul dawn l-aħħar ħames snin dawn il-knejjes li jidhru qed jidhru fit-tabella li qed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra ibbenefikaw minn fondi għar-restawr jew konservazzjoni.
Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-Master Plan tar-Ramla l-Ħamra, meta nbeda (sena u xahar), u meta hu ppjanat li jiġi konkluż? Jista’ jgħid ukoll b’mod konkret, x’sar matul is-snin 2023, 2024, u fl-ewwel erba’ xhur tas-sena 2025 dwar dan il-Master Plan u kemm intefqu flus matul dan il-perjodu, u fuq xiex intefqu?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-applikazzjoni mal-Awtorita tal-Ippjanar għal Master Plan mistennija li tiġi konkluża matul ix-xhur li gejjin. Matul is-sena 2022, tħallas l-ammont ta’ Euro 2,450 lill-Awtorita tal-Ippjanar għall-applikazzjoni tal-permess.