Legislature:
Category:
Reset
Active:

Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma — breakdown tal-costs u revenues

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma tistax tipprovdi breakdown tal-costs u revenues tagħha minn kull settur? B’liema rata l-korporazzjoni tħallas għall-elettriku f’euro/units? Kemm ġie kkunsmat elettriku mill-korporazzjoni fil-production plants tagħha mill-groundwater production sources u anki permezz tad-distribuzzjoni?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-Rapport Annwali tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma fis-sit elettroniku tagħha fejn jinsab aċċess għall-accounts awditjati sal-perijodu jagħlaq fil-31 ta’ Diċembru 2008. L-accounts tal-2009 għadhom qed jiġu awditjati. Il-Korporazzjoni tħallas għall-elettriku b’rata non-residential. Il-konsum ta’ l-elettriku fl-2009 kien kif qed jidher fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

San Pawl il-Baħar — Għajn Stas

Question

Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex il-mains tal-ilma li huma fl-inħawi ta' Għajn Stas San Pawl il-Baħar u li spiss jispiċċa bl-ilma ħiereġ minħabba l-ħsarat tiegħu, jiġi mibdul ma' wieħed ġdid biex jispiċċaw dawn il-ħsarat?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma diġà ħadet ħsieb li tlesti proposti biex jinbidlu dawn il-mains. Fil-fatt dawn huma ppjanati biex jinbidlu fl-ewwel ftit xhur tal-2011.

Unjoni Ewropea — fondi

Question

Jista' l-Ministru jgħid sena b'sena mid-dħul ta' Malta fl-Unjoni Ewropea kemm pajjiżna ħa flus mill-istess Unjoni Ewropea? Bl-istess mod kemm ħareġ flus pajjiżna bħala ħlas lill-Unjoni Ewropea sena b'sena?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.

Lighthouse Communication Ltd — kuntratt

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista ta' kuntratti mogħtija bejn is-sena 2008 u llum, sena b'sena, lill-kumpanija Lighthouse Communications Ltd? Jista' jgħid fiex kien jikkonsisti kull kuntratt, minn min ingħata u jekk ingħatax wara sejħa għall-offerti jew b'direct order? Jista' jgħid x'kien il-ħlas mogħti għal kull kuntratt?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni qed tinġabar u se tingħata f'seduta oħra.

Enemalta — service cable

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex l-Korporazzjoni Enemalta meta bdiet tibdel l-arloġġi tad-dawl, ma bidlitx ukoll is-service cable taċ-ċomb magħruf bħala LCC ma’ cable tal-plastic? Għaliex ma bidlitx is-service boxes tal-ħadid bil-fuse tat-tip rewireable ma' service boxes tal-plastic?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-Enemalta tibdel biss is-service cable u/jew is-service box meta jkun hemm il-bżonn li jinbidlu. Fi kliem ieħor jekk jinsabu f’kundizzjoni ħażina jew is-servizz ikollu bżonn jiċċaqlaq. Jekk ikunu għadhom f’kundizzjoni tajba ma jinbidlux.

Taxxa doppja mar-Russja — trattati

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju wasal it-trattat dwar it-taxxa doppja mar-Russja?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi kien ġie iffirmat trattat dwar it-taxxa doppja mar-Russja f’Diċembru tas-sena 2000. Dan it-trattat qatt ma kien ġie rratifikat minn naħa tar-Russja w għalhekk, qatt ma daħal fis-seħħ. Kienu saru diversi sforzi minn naħa ta’ Malta sabiex ir-Russja tirratifika dan it-trattat iżda bla suċċess. Ir-Russja issa tixtieq li jerggħu jinfetħu diskussjonijiet f’livel tekniku. Dawn id-diskussjonijiet se jinbdew Diċembru li ġej.

Self-employed — ħlas tal-bolla tan-NI

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' persuni self-employed li waqgħu lura f'dak li huwa ħlas dovut minnhom tal-Bolla tan-National Insurance fil-preżent? Kemm minnhom jinsabu jirrendu dawn il-pendenzi abbażi ta' ftehim mad-dipartiment konċernat? Kemm hija ċ-ċifra globali li trid titħallas bħala arretrati?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi n-numru ta' persuni self employed li waqgħu lura f'xi sena fil-ħlas dovut minnhom tal-bolla tan-National Insurance huwa 18,131. Minn dawn hemm 468 li għandhom ftehim mad-Dipartiment tat-Taxxi Interni dwar ħlas bin-nifs. Iċ-ċifra globali li trid titħallas bħala arretrati hi €34,547,171.

Kumpaniji — ħlas tal-bolla tan-NI

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' kumpaniji li waqgħu lura f'dak li huwa ħlas dovut minnhom tal-Bolla tan-National Insurance fil-preżent? Kemm minnhom jinsabu jirrendu dawn il-pendenzi abbażi ta' ftehim mad-dipartiment konċernat? Kemm hija ċ-ċifra globali li trid titħallas bħala arretrati?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant n-numru ta' kumpanniji li waqgħu lura fil-ħlas dovut minnhom tal-Bolla tan-National Insurance tal-impjegati tagħhom huwa 6,608. Minn dan l-ammont ta’ kumpaniji hemm 518 li għandhom ftehim mad-Dipartiment tat-Taxxi Interni. Iċ-ċifra globali li trid titħallas bħala arretrati hi €75,342,549. Ta’ min wieħed jgħid ukoll li l-Iskema ta’ Tnaqqis fil-Multi trid tittieħed in konsiderazzjoni u din tista’ tbiddel sostanzjalment is-sitwazzjoni kurrenti.

self-employed — Taxxa tal-Income

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' persuni self-employed li waqgħu lura f'dak li huwa ħlas dovut minnhom tat-Taxxa tal-Income fil-preżent? Kemm minnhom jinsabu jirrendu dawn il-pendenzi abbażi ta' ftehim mad-dipartiment konċernat? Kemm hija ċ-ċifra globali li trid titħallas bħala arretrati?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi n-numru ta’ persuni self employed li waqgħu lura f’xi sena fil-ħlas dovut minnhom tat-Taxxa tal-Income huwa 5,524. Minn dawn, hemm 292 li għandhom ftehim mad-Dipartiment tat-Taxxi Interni dwar ħlas bin-nifs. Iċ-ċifra globali li trid titħallas bħala arretrati hi €21,216,830. Ta’ min wieħed jgħid ukoll li l-Iskema ta’ Tnaqqis fil-Multi trid tittieħed in konsiderazzjoni u din tista’ tbiddel sostanzjalment is-sitwazzjoni kurrenti.

Kumpaniji — taxxa tal-income

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' kumpaniji li waqgħu lura f'dak li huwa ħlas dovut minnhom tat-Taxxa tal-Income fil-preżent? Kemm minnhom jinsabu jirrendu dawn il-pendenzi abbażi ta' ftehim mad-dipartiment konċernat? Kemm hija ċ-ċifra globali li trid titħallas bħala arretrati?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi n-numru ta’ kumpaniji li f’xi sena mis-sena ta’ stima 1999 ‘il hawn waqgħu lura f’dak li huwa ħlas dovut minnhom tat-Taxxa tal-Income huwa 3,725. Minn dawn, hemm 89 li għandhom ftehim mad-Dipartiment tat-Taxxi Interni dwar ħlas bin-nifs. Iċ-ċifra globali li trid titħallas bħala arretrati hi €57,730,379. Ta’ min wieħed jgħid ukoll li l-Iskema ta’ Tnaqqis fil-Multi trid tittieħed in konsiderazzjoni u din tista’ tbiddel sostanzjalment is-sitwazzjoni kurrenti.

self-employed — ħlas tat-Taxxa tal-VAT

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' persuni self-employed li waqgħu lura f'dak li huwa ħlas dovut minnhom fit-taxxa tal-VAT fil-preżent? Kemm minnhom jinsabu jirrendu dawn il-pendenzi abbażi ta' ftehim mad-dipartiment konċernat? Kemm hija ċ-ċifra globali li trid titħallas bħala arretrati?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta qed tinġabar u se tingħata f’seduta oħra.

Kumpaniji — ħlas tat-taxxa tal-vat

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' kumpaniji li waqgħu lura f'dak li huwa ħlas dovut minnhom fit-taxxa tal-VAT fil-preżent? Kemm minnhom jinsabu jirrendu dawn il-pendenzi abbażi ta' ftehim mad-dipartiment konċernat? Kemm hija ċ-ċifra globali li trid titħallas bħala arretrati?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar u għaldaqstant se tingħata f'seduta oħra.

Kummissarju tat-Taxxi Interni — ittra mhux imwieġba

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex l-ittra bid-data tas-7 ta' Ottubru 2010 mibgħuta lill-Kummissarju tat-Taxxi Interni għan-nom tal-persuna, li d-dettalji tagħha qed jidhru separatament, għadha ma ġietx imwieġba u dan wara li ġiet injorata wkoll l-ewwel ittra bid-data tat-2 ta' Dicembru 2009?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-ittra msemmija, mibgħuta għan-nom tal-persuna li d-dettalji tagħha qed jidhru separatament issa ġiet imwieġba. Ma setgħetx tiġi mwieġba qabel minħabba li kien qed isir xi checking fil-kuntest tal-iskema li għaddejja bħalissa dwar Tnaqqis fil-Multi u l-Imgħaxijiet.

Air Malta — titjiriet imħassra

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Air Malta ħassritx xi titjiriet tagħha bl-iskeda jew chartered matul ix-xahar ta’ Novembru jew Diċembru li ġej? Jekk fl-affermattiv kemm-il titjira tħassret, għal liema destinazzjoni kienu u x’kienet ir-raġuni?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

Tigne Point u Manuel Island — reallocation u exportation

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 19618 u jgħid x'inhu l-ammont totali li l-gvern ħallas għar-reallocation u l-exportation biex Tigne Point u Manuel Island jingħataw b'vacant possession lill-MIDI Consortium?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 20963.

Dar Malta fi Brussell — kiri ta' spazju

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 19288, jista' l-Ministru jgħid kemm qed idaħħal il-gvern komplessivament (mhux separatament) mill-kiri ta' spazju f'Dar Malta fi Brussell mit-tliet kumpaniji li semma' hu stess fit-tweġiba? Min hi u kif ġiet magħżula l-aġenzija li aġixxiet bħala go-between bejn il-Gvern Malti u dawn il-kumpaniji fin-negozjati għall-kiri ta' spazju f'Dar Malta?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi kif għidt fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 19288. L-aġenzija mqabbda hija Trevi & Lloyd, u ntgħażlet għaliex kellha l-aħjar offerta.

raħħala u bdiewa — ħlas ta' dawl u ilma

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm qed tiġbor flus il-Korporazzjoni Enemalta u l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma permezz tal-ARMS Ltd bħala ħlasijiet tad-dawl u ilma mir-raħħala u l-bdiewa ?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 20568.

Enemalta — WSC - sussidju

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien is-sussidju mogħti mill-Gvern lill-Korporazzjoni Enemalta u lill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma kull sena mill-2006 ‘il hawn għall-elettriku, l-ilma u l-gass?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il Mejda tal-Kamra.

Kummissjoni Ewropea — EU economic governance

Question

Jista' l-Ministru jgħid x’inhi r-reazzjoni preliminari tal-Gvern Malti dwar il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea għall-EU economic governance?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 21277.

White Rocks — area għall-għaqdiet, organizzazzjonijiet u kumpaniji

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm għaqdiet, organizzazzjonijiet, kumpaniji u entitajiet oħra (privati u mhux) li għandhom xi lok fl-area tal-White Rocks fejn hu proġettat li jsir il-proġett?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-għaqdiet, organizzazzjonijiet, kumpaniji u entitajiet oħra li skont l-informazzjoni li għandu d-Dipartiment tal-Proprjetà tal-Gvern, għandhom lok fl-area tal-“White Rocks” fejn hu proġettat li jsir il-proġett.