Stante li qabel Ottubru 2008 l-boat owners u l-guests tal-marina ta' Ta' Xbiex u l-marina tal-Gzira kienu jużaw ix-showers u toilets tal-yachting centre tal-Awtorità Marittima ta' Malta u stante li wara Ottubru 2008 il-Yachting Centre ngħata lill-Yachting Club u l-bini kollu nbidel drastikament u t-toilets u x-showers twaqqgħu, jista' l-Ministru jinforma lill-Parlament fejn il-boat owners u l-guests qegħdin jinqdew għall-ħtigijiet tagħhom , anke tenut kont tal-ħtieġa li tinżamm l-igjene in vista ta' mard bħal H1NI?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li x-xogħolijiet relatati max-showers u toilets ġewwa l-basement tal-bini tar-Royal Malta Yacht Club, li huma intiżi sabiex jintużaw minflok dawk li kien hemm qabel fl-uffiċċini ta’ l-Awtorità Marittima, għadhom għaddejjin. L-Awtorità hija infurmata li dawn għandhom ikunu lesti għall-aħħar ta’ Frar.
Infurmat ukoll li l-marina tipprovdi faċilitajiet alternattivi (showers u toilets) fuq in-naħa tal-Msida/Pietà.
Jista' l-Ministru jgħid meta se jinbnew jew jitranġaw it-toroq segwenti li jinsabu fi stat verament diżastruz u jgħid f'kull każ, triq triq, meta se jinbeda x-xogħol tant meħtieg:
Fgura
Triq Pawlu Micallef
Triq il-Foss
Triq Fredu Abela
Triq Merħba (parti)
Triq AM Valperga (parti)
Misraħ Ġuzeppi Gauci
Għaxaq
Triq San Ġorġ
Triq tal-Qattus
Pjazza Giovanni Scicluna
Triq l-Iklin
Triq il-Merill
Triq l-1 ta' Jannar 1626
Triq Dun Marcell Mallia
Marsaskala
Triq il-Vjola (parti)
Triq il-Quċċata
Triq Ġuzeppi Lanzon
Triq Barduniera
Żejtun
Triq Filippu Falzon?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-awtorità għandha pjani biex jitlestew it-toroq li kienu inklużi fil-program ta’ bini ta’ toroq residenzjali.
Triq Pawlu Micallef, Triq il-Foss, Triq Merħba (parti), Triq AM Valperga (parti), Misraħ Ġużeppi Gauci, Fgura; Triq San Gorg, Triq tal-Qattus Pjazza Giovanni Scicluna, Għaxaq; Triq Filippu Falzon, Żejtun, huma inklużi f’dan il-program u x-xogħlijiet ser jsiru skond il-prijoritajiet li jiriżultaw.
It-Toroq l-oħra li huma: Triq Fredu Abela, Fgura; Triq l-Iklin Triq il-Merill Triq l-1 ta' Jannar 1626 Triq Dun Marcell Mallia Għaxaq; Triq il-Vjola (parti) Triq il-Quċċata Triq Ġużeppi Lanzon Triq Barduniera, Marsascala mhumiex inklużi f’dan il-programm.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12285 u jikkonferma li kienet l-Unjoni Ewropea li waqqfet il-proġett tat-Triq tal-Għadira minħabba pre-project infringements?
Response (GATT, AUSTIN)
Mhux minnu li l-proġett li qed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant twaqqaf mill-Unjoni Ewropeja.
Ċertifikati biex persuni isuqu bastimenti ta' ċertu tul
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 12174 u 11543 u jispjega l-proċeduri ta' kif jinħarġu ċ-ċertifikati biex persuni isuqu bastimenti ikbar minn 24 metru? Persuni li għandhom ċertifikat biex isuqu bastimenti inqas minn dan il-qies xi proċeduri iridu jagħmlu biex jiksbu ċ-ċertifikat imsemmi? Jista' l-Ministru jagħti stampa ta' kif jaħdem il-metodu bejn l-Awtorità Marittima ta’ Malta u l-MCAST rigward l-eżami biex wieħed jikseb iċ-ċertifikat konċernat? Jaf il-Ministru li ftit żmien ilu sar l-eżami msemmi u min qagħad għal dan l-eżami ġie mgħarraf biss xi ġurnata u nofs qabel? Jeżisti xi ftehim bejn l-Awtorità Marittima ta’ Malta u l-kumpaniji tal-cruises li joperaw f'Malta rigward xi dokument li bih wieħed jista' jsuq bastiment inqas minn 50 metru? Veru li se tinbidel din il-proċedura?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-ebda persuna ma tista’ taħdem ta’ Kaptan, jew membru ieħor ta’ l-ekwipaġġ fuq kull bastiment kummerċjali, irrispettivament mill-kobor tal-bastiment, li jopera fil-portijiet, ibħra interni w ibħra territorjali ta’ Malta sakemm ma jkollhiex Ċertifikat ta’ Kompetenza maħruġ mill-Awtorita’ Marittima ta’ Malta skont ir-rekwiżiti rilevanti stipulati fil-Kodiċi ta’ Prattika għas-sigurtà ta’ Bastimenti Kummerċjali, jew dawk il-kwalifiki l-oħra li jistgħu jkunu rikonoxxuti mill-istess Awtorità.
Il-kwalifiki li wieħed għandu jkollu biex jottjeni dan iċ-Ċertifikat ta’ Kompetenza, kif ukoll il-formola ta’ l-applikazzjoni, wieħed jista’ jsibhom fuq is-sit elettroniku www.transport.gov.mt.
Wara li l-persuna konċernata tissodisfa r-rekwiżiti rilevanti, kif stipulati fl-istess Kodiċi ta’ Prattika, jinħareġ Avviż ta’ Eliġibilità, mill-Awtorità Marittima, li bih l-applikant ikun jista’ jmur l-MCAST biex japplika għall-kors u l-ezami.
Il-proċedura ta’ l-eżami hi li l-Awtorità Marittima tagħżel il-ġurnata ta’ l-eżami minn ġimgħat qabel u l-MCAST jinforma lill-kandidati.
Ma jeżisti l-ebda ftehim bejn l-Awtorità Marittima u l-kumpaniji tal-
cruises
rigward dokument li bih wieħed jista’ jsuq bastiment inqas minn 50 metru apparti ċ-Ċertifikati ta’ Kompetenza msemmija aktar qabel.
Awtorità dwar it-Trasport — persuni jistennew għat-test tas-sewqan
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 13889 u jgħid jekk jikkonsidrax li l-Awtorità dwar it-Trasport tipprovdi xi tip ta’ faċilitajiet fejn persuni li jkunu qegħdin jistennew il-ħin sabiex jagħmlu t-test tas-sewqan ikunu protetti mill-elementi?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li hemm kamra apposta għal dan il-għan imsemmi mill-Onor. Interpellant.
B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 13890, jista' l-Ministru jgħid min hu l-kuntrattur li ngħata x-xogħol u x'inhu l-valur tal-kuntratt?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-kuntrattur għal dawn ix-xogħlijiet huwa VRC Joint Venture u il-valur tal-kuntratt huwa ta’ €4,400,003.22.
Issa li diġà tħabbar li nqabdu xi bowsers b'diesel tal-kuntrabandu sa anke minn Ottubru li għadda, jista' l-Ministru jgħid jekk l-Koporazzjoni Enemalta għamlitx xi rapport uffiċjali li naqas il-bejgħ mill-pompi tagħha? Hemm xi ħjiel fejn qed jiġi maħżun dan id-diesel li qed jiddaħħal bil-kuntrabandu?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid meta kien il-ħsieb li issir Triq Xatbet l-Art, Ħ'Attard, (l-mappa qed tintbagħat separatament), il-parti li mhux iffurmata u li tmiss mal-bini ġdid li tlesta f'dawn l-aħħar xhur peress li l-istat ta' din it-triq hi ta' inkonvenjent kbir għar-residenti?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li għalkemm din it-triq hija responsabbiltà tal-Gvern din ma kinitx inkluża fil-lista oriġinali ta’ toroq li kellhom isiru mill-Gvern Ċentrali. Ix-xogħlijiet fuq din it-triq ikunu jistgħu jsiru skont il-fondi u l-prijoritajiet li jirriżultaw.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 13895 u jgħid x'kien l-ammont ta' ħaddiema fil-Korporazzjoni Enemalta f'Novembru 1998 maqsum skond il-gradi tal-impjegati? X'inhu l-ammont ta' impjegati illum maqsum skon il-gradi tal-impjegati? X'kien l-ammont globali ta' ħlas li sar lill-impjegati tal-Korporazzjoni Enemalta matul is-sena 1998 u matul is-sena 2009?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7864 li oriġinarjament saret lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk hux se jingħata xi kumpens għall-ħsara li sofrew il-bdiewa li tħassrulhom l-uċuħ tar-raba' minħabba kontaminazzjoni tal-ilma bid-drenaġġ fl-għelieqi ħdejn l-impjant tat-tisfija tad-drenaġġ fl-Għadira tal-Mellieħa? Jekk iva, kemm se jingħataw kumpens? X’xogħlijiet qed isiru biex titneħħa l-kontaminazzjoni?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-kumpens li jammonta għal €86,383 tħallas lil dawk il-bdiewa li sofrew kontaminazzjoni tal-ilma bid-drenaġġ fl-għelieqi ħdejn l-impjant tat-tisfija tad-drenaġġ fl-Għadira tal-Mellieħa.
Il-Korporazzjoni wetqet tindif estensiv fuq sensiela ta’ spieri li kienu aċċessibli permezz ta’ pompi u l-ħaddiema tagħha.
Dan l-ammont tnaqqas mill-ħlasijiet dovuti lill-kuntrattur li kien responsabbli għal bini ta' l-impjant għat-tisfija tad-drenaġġ u l-infrastruttura ta' magħha.
Awtorità dwar it-Trasport — petizzjoni dwar grade separated junction fil-Kappara
Question
Jista' l-Ministru jgħid x’kienet ir-reazzjoni tal-Awtorità dwar it-Trasport għall-petizzjoni li ntbagħtet lilhom mill-Kunsill Lokali ta' San Gwann f’isem ir-residenti tal-Kappara dwar il-grade separated junction f’Mikiel Anton Vassalli Road, Kappara?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li Transport Malta ħadet nota ta’ dak li tgħid il-petizzjoni u qed tieħu l-miżuri possibbli biex timmitiga l-problemi li qed jissemmew fil-petizzjoni
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu l-ammonti mħallsa, skont il-kategorija u t-tip ta’ benefiċjarji, għall-Public Service Obligation tal-Gozo Channel Co. mill-2004 sal-lum?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma — kumpanija ta' avukati - konsulenza
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 13560 u jgħid liema avukati u/jew kumpaniji ta' avukati taw konsulenza lill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma matul is-sena 2004, 2005, 2006, 2007, 2008, 2009 (kull sena separatament)?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba.
Korporazzjoni Enemalta — kumpanija ta' avukati - konsulenza
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 13559 u jgħid liema avukati u/jew kumpaniji ta' avukati taw konsulenza lill-Korporazzjoni Enemalta matul is-sena 2004, 2005, 2006, 2007, 2008, 2009 (kull sena separatament)?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 13256 u 12814 u jgħid kemm huwa stmat li se tkun l-ispiża fuq l-istallazzjoni ta' smart meters? Jista' jgħid jekk il-konsumatur hux se jintalab iħallas biex ikollu smart meter stallat u jekk se jintalab xi ħlas, dan il-ħlas se jkun l-istess għal kulħadd? Meta huwa maħsub li jibdew jitwaħħlu dawn l-ismart meters? Meta huwa maħsub li jintemm dan il-proċess?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-kuntratt kollu li jinkorpora l-ismart meter għall-elettriku u il-probe li jitqabbad mal-meter ta’ l-ilma huwa ta’ €40 miljun eskluz il-VAT. Din is-somma tinkludi ukoll software meħtieg sabiex titħaddem is-sistema.
Il-konsumatur mhux se jkun qed jintalab ħlas dirett meta jigi istallat l-i
smart meter
f’daru.
Bħalissa għaddej proġett pilota fuq numru ta’ stallazzjonijiet li saru matul l-2009. Malli jiġi ċċertifikat il-proġett pilota u jiġi żgurat li s-sistema qed taħdem kif mitlub fl-i
specifications
tat-
tender
jinbeda il-
massive roll-out.
Huwa ppjanat li l-klijenti kollha f’Malta u Għawdex ikollhom l-i
smart meter
istallat sal-aħħar tal-2012 jekk kollox imur kif ippjanat
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 13250, 12875, 12557, 12275, 11925 u 11461 u jgħid x'xogħol sar fl-aħħar 12-il xahar relatat ma'
a) Triq Valletta fiż-Żurrieq?
b) Triq il-Kunsill tal-Ewropa u Triq Garibaldi f'Ħal-Luqa?
ċ) Parti sostanzjali minn Triq il-Kosta f'Baħar iċ-Ċagħaq?
d) Underpass minn Triq Diċembru 13 sa ħdejn il-Waterfront tal-Belt?
e) Triq mill-għolja tal-Għadira saċ-Ċirkewwa?
f) It-tkomplija ta' Triq Mġarr minn ħdejn il-heliport sar-Rabat, f'Għawdex?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li fl-aħħar tnax-il xahar:
a) Ingħataw it-tenders tal-bini u s-supervizjoni tax-xogħlijiet fi Triq Valletta fiż-Żurrieq. F’dawn l-aħħar ġranet bdew ix-xogħlijiet fuq it-toroq li ser jintużaw bħala devjazzjonijiet għat-traffiku.
b) Inħarġu t-
tenders
tal-bini u s- superviżjoni tax-xogħlijiet fi Triq il-Kunsill tal-Ewropa u Triq Garibaldi f’Ħal-Luqa bħala parti minn
tenders
li jkopru xogħol fuq erba’ toroq f’daqqa, li jinkludu ukoll it-Triq mill-Gholja tal-Għadira saċ-Cirkewwa, it-tkomplija ta’ Triq l-Imġarr minn ħdejn il-Heliport sar-Rabat f’Ghawdex u l-ewwel fażi tat-triq li twassal għall-Waterfront tal-Belt. Bħalissa dawn it-
tenders
qed jiġu aġġudikati.
c) Ġew sottomessi l-pjanti il-MEPA ta’ parti sostanzjali minn Triq il-Kosta f’Baħar iċ-Ċagħaq u bħalissa qed jiġi ppreparat il-PDS – Project Description Statement.
d) Ara risposta għall- b) rigward l-ewwel fażi ta’ dan il-proġett. Bħalissa qed jiġi ppreparat it-tender tax-xogħlijiet għat-tieni fażi ta’ dan il-proġett li tkopri l-
underpass
fi Triq Diċembru 13.
e) u f) ara risposta għall-b
Jista' l-Ministru jikkonferma jekk il-Korporazzjoni Enemalta għandhiex nuqqas ta' kaxxi għall-meters 3 phase? Jekk fl-affermattiv, meta se jibdew jiġu stallati l-meters 3 phase għax din is-sitwazzjoni qiegħda tikkawża danni kbar lil ċerti negozji b'mod partikolari lill-iżviluppaturi?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li preżentament hawn nuqqas ta' 3 phase service boxes. Dawn ġew ordnati u l-ewwel kunsinja mistennija tasal sa nhar il-Ġimgħa 29 ta' Jannar 2010.
Jista' l-Ministru jivverifika r-raġuni għar-riħa tad-drenaġġ li hemm fi Triq Ħad-Dingli, Rabat għax din qiegħda toħloq inkonvenjent kbir lir-residenti ta' Triq Ħad-Dingli u Triq San Trofimu?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li għalkemm kien hemm problema fis-sistema tad-drenaġġ li kienet qed tikkawża riħa tinten fit-toroq imsemmija, il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma solviet din il-problema u r-riħa m’għadhiex hemm.