Legislature:
Category:
Reset
Active:

Strateġija għall-Industrija ta' Malta — Rakkmandazzjoni nru 40

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 20976 u jgħid kif twettqet rakkmandazzjoni numru 40 tal-istrateġija għall-industrija ta' Malta 2007-2010? X'miżuri ttieħdu f'dawn it-tliet snin?

Response (FENECH, TONIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fir-rigward ta’ din ir-rakkomandazzjoni, il-gvern qiegħed jiffoka fuq is-setturi tal-industrija, kemm dawk vertikali kif ukoll dawk orizzontali; apparti li jiġi attirat l-investiment u tingħata assistenza lil negozji lokali, il-Gvern qed jaħdem biex jiġu krejati ċentri ta’ eċċellenza f’setturi identifikati. Dan l-għan jintlaħaq bl-għajnuna tal-industrija stess kif ukoll tal-Korpi Kostitwiti. Uħud minn dawn is-setturi huma l-ICT, l-avjazzjoni, is-saħħa, u aktar reċenti is-settur tad- digital gaming . Il-Malta Enterprise tikkordina u tikkolabora kostantentement ma istituzzjonijiet bħal Kamra tal-Kummerċ, l-Intrapriża u l-Industrija, l-Universita, l-MCAST, l-ETC u stakeholders privati. L-għan ta’ din il-kollaborazzjoni huwa li tiġi krejata assistenza dinamika għall-industrija. Is-servizzi offruti jinkludu id-disponibilita’ f’waqtha ta’ persuni kwalifikati, persuni bl-abilitajiet neċessarji rikjesti mill-industrija, streamlining tar-regolamenti tan-negozju, inċentivi, tisħiħ tal-infrastrutturi relevanti, disponibilta’ ta’ art u fabbriki u koordinazzjoni ma service providers privati (bħal ippakkjar, loġistika u transport, assikurazzjoni eċċ.). Permezz ta’ dan il-moviment dinamiku, Malta irnexxielha issostni l-industrija tal-manifattura u tibdel xi attivitajiet ta’ valur miżjud baxx b’attivitajiet ta’ valur miżjud għoli, speċjalment fis-settur tas-servizzi.

Strateġija għall-Industrija ta' Malta — Rakkmandazzjoni numru 38

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 20974 u jgħid kif twettqet rakkmandazzjoni numru 38 tal-istrateġija għall-industrija ta' Malta 2007-2010? X'miżuri ttieħdu f'dawn it-tliet snin?

Response (FENECH, TONIO)

L-Onorevoli Interpellant huwa mitlub jagħmel id-domanda tiegħu lill-Ministru responsabbli mir-Riċerka u Żvilupp.

Strateġija għall-industrija ta' Malta — Rakkmandazzjoni nru 41

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 20977 u jgħid kif twettqet rakkmandazzjoni numru 41 tal-istrateġija għall-industrija ta' Malta 2007-2010? X'miżuri ttieħdu f'dawn it-tliet snin?

Response (FENECH, TONIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-proġett Life Sciences Centre fi ħdan il-Malta Enterprise huwa l-inizjattiva li l-Korporazzjoni ħadet bħala miżura għal din ir-rakkmandazzjoni. Il- Malta Enterprise għandha ukoll 3 skemi li jinkoraġġixxu il-kunċett Clusters . Dawn huma: Business Networks Development Networks Innovative Clusters and Collaborations

Strateġija għall-Industrija ta' Malta — Rakkmandazzjoni numru 39

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 20975 u jgħid kif twettqet rakkmandazzjoni numru 39 tal-istrateġija għall-industrija ta' Malta 2007-2010? X'miżuri ttieħdu f'dawn it-tliet snin?

Response (FENECH, TONIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li dan il-proċess għaddej kontinwament kif diġà rrapurtajna f’PQs 17625, 17786, 17811, 19907, 19903, 20494, u 20841.

Strateġija għall-Industrija ta' Malta — Rakkmandazzjoni numru 42

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 20978 u jgħid kif twettqet rakkmandazzjoni numru 42 tal-istrateġija għall-industrija ta' Malta 2007-2010? X'miżuri ttieħdu f'dawn it-tliet snin?

Response (FENECH, TONIO)

L-Onorevoli Interpellant huwa mitlub jagħmel id-domanda tiegħu lill-Ministru responsabbli mill-IT.

Intrapriżi f'Malta u Għawdex

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm intrapriżi f’Malta u f'Għawdex separatament fl-aħħar ta’ kull sena mis-sena 2000 sal-2009 u fl-aħħar ta’ Settembru ta' din is-sena, li kienu jħaddmu minn 250 ħaddiem ‘il fuq?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Kummisarju tal-Artijiet — talba għad-devoluzzjoni ta' Couvre Porte

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-Kunsill Lokali tal-Birgu għadu ma rċieva l-ebda risposta dwar it-talba għad-devoluzzjoni tas-sular ta’ fuq ta’ Couvre Porte mill-Kummisarju tal-Artijiet?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-proċess ta’ evalwazzjoni għad-devoluzzjoni tal-ewwel sular ta’ “Couvre Porte” lill-Kunsill Lokali tal-Birgu għadu għaddej. Dan il-proċess qed isir flimkien maas-Segretarjat Parlamentari tal-Kunsilli Lokali.

MGI u MIMCOL — ministerial consent

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 21250 u jgħid kemm hemm każijiet fejn l-MGI u l-MIMCOL talbu ministerial consent meta ġew biex jagħżlu jekk jaddottawx restricted jew negotiatied procurement procedures? Dan l-arranġament kemm ilu fis-seħħ? Sal-lum, kien hemm każijiet fejn dawn bagħtu r-rapport annwali ta' kull kuntratt pubbliku mogħti lid-direttur tal-kuntratti? Min-naħa l-oħra kien hemm każijiet fejn id-direttur tal-kuntratti nnifsu talab rapport simili, u jekk iva meta? Billi dan l-aħħar, il-Ministru għarraf lill-Kamra li saru arranġamenti biex dawn it-tender documents ikunu skrutinizzati mid-Dipartiment tal-Kuntratti qabel jiġu ppubblikati, jista' jgħid jekk dan l-arranġament sarx mill-bidu jew fi stadji ulterjuri? Jekk fi stadju ulterjuri, meta?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpelant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

Ta' Qali — Crafts Village - progress

Question

Peress li ilna ħafna snin nisimgħu dwar il-proġett tal-Crafts Village Ta' Qali, jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi progress fuq dan il-proġett? Jista' jgħid jekk kienx hemm deċiżjoni li dan il-proġett jitwarrab?

Response (FENECH, TONIO)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant lid-diskussjonijiet għadhom għaddejjin sabiex tinstab soluzzjoni għall-problemi tekniċi li ssemmew fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari 19182.

informazzjoni rigward ħweient tal-laħam

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' ħwienet tal-laħam (butchers) liċenzjati f'Malta u f'Għawdex rispettivament, raħal raħal? Minbarra dawn il-ħwienet, jista' l-Minsitru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' supermarkets li jistgħu jbiegħu prodotti tal-laħam li normalment jinbiegħu minn butcher shops?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi fil-Business Register 2009, hemm 345 reġistrazzjoni tal-VAT rigward l-attività ekonomika b’referenza 52.22 fil-klassifikazzjoni tan-NACE; din tirreferi għall-bejjiegħa tal-laħam f’Malta biss. F’Għawdex hemm 32 reġistrazzjoni tal-VAT għall-istess referenza. L-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika m’għandux informazzjoni fir-rigward tat-tieni parti tal-mistoqsija.

importazzjoni ta' karozzi

Question

B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 21507, jista' l-Ministru jindika jekk barranin li jiġu joqogħdu f'Malta bil-vettura tagħhom, fil-fatt jiġux reġistrati bħala li impurtaw il-vettura tagħhom f'pajjiżna?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpelant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

Air Traffic Services Ltd — Radar Surveillance

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 21021 u ċioe: Peress li f'Marzu 2009 ġie ffirmat kuntratt biex tiġi stallata sistema ta' Radar Surveillance għall-Malta Air Traffic Services Ltd biex jibdew jintużaw minflok dawk preżenti li issa wara 15-il sena għamlu żmienhom, jista' l-Ministru jgħid: a) skont il-kuntratt, x'tip ta' radars inxtraw u meta suppost li kellhom jiġu delivered ; b) jekk dawn ir-radars għadhom ma ġewx delivered skont it-termini tal-kuntratt, x'kienet ir-raġuni għal dan id-dewmien; ċ) jekk is-sit fejn suppost għandhom jiġu stallati dawn ir-radars hux diġà ġie identifikat biex ladarba jaslu jkunu jistgħu jiġu stallati; d) dan id-dewmien fl-istallazzjoni ta' dawn ir-radars ġodda jista' joħloq xi tip ta' periklu għat-traffiku tal-ajru fl-approach tal-ajruport; u e) bis-sistema antika li għandna bħalissa qegħdin konformi mar-regoli tal-Eurocontrol?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta qed tinġabar u se tingħata f’seduta oħra.

Kont tad-dawl u ilma — cheque tal-enerġija

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ ta' koppja anzjana li ilhom ma jirċievu l-kont tad-dawl u l-ilma minn Novembru tas-sena 2009 u lanqas ħadu ċ-cheque tal-enerġija?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li b’referenza għall-kontijiet; dawn intbgħatu lill-konsumatur il-ġimgħa li għaddiet. L- energy allowance nħadmu fuq żewġ persuni.

Tigne Point u Manuel Island — reallocation u exportation

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 20272 u 19618 u jgħid x'inhu l-ammont totali li l-gvern ħallas għar-reallocation u l-exportation biex Tigne Point u Manuel Island jingħataw b'vacant possession lill-MIDI Consortium?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 20963.

Strateġija għall-Industrija ta' Malta — Rakkmandazzjoni numru 32

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 20901 u jgħid kif twettqet rakkmandazzjoni numru 32 tal-istrateġija għall-industrija ta' Malta 2007-2010? X'miżuri ttieħdu f'dawn it-tliet snin?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-Community Guidelines on State Aid to Promote Risk Capital Investments in Small and Medium-Sized Enterprises jibqgħu validi sal-31 ta’ Diċembru, 2013. Hija konswetudni li l-konsultazzjoni mal-istati Membru fuq dawn il-Community Guidelines tinfetaħ madwar sena qabel, u ċioè, fl-2012, u mhux qabel. Din tkun opportunità tajba għal Malta biex tinfluwenza id-dibattitu dwar ir-regoli tal-iState Aid. Tajjeb li jingħad li l-uniku strument ta’ Risk Capital eżistenti fil-pajjiż huwa l- Venture Capital Fund .

Strateġija għall-Industrija ta' Malta — Rakkmandazzjoni numru 33

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 20902 u jgħid kif twettqet rakkmandazzjoni numru 33 tal-istrateġija għall-industrija ta' Malta 2007-2010? X'miżuri ttieħdu f'dawn it-tliet snin?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi kif imħabbar fil-budget tas-sena li għaddiet, aktar kmieni din is-sena ġie ppubblikat rapport dwar l-Inflazzjoni f’Malta. Dan ir-rapport se jiġi diskuss mill-Imsieħba Soċjali fl-MCESD.

Strateġija għall-Industrija ta' Malta — rakkmandazzjoni numru 34

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 20903 u jgħid kif twettqet rakkmandazzjoni numru 34 tal-istrateġija għall-industrija ta' Malta 2007-2010? X'miżuri ttieħdu f'dawn it-tliet snin?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 21317.

Strateġija għall-Industrija ta' Malta — Rakkmandazzjoni numru 35

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 20904 u jgħid kif twettqet rakkmandazzjoni numru 35 tal-istrateġija għall-industrija ta' Malta 2007-2010? X'miżuri ttieħdu f'dawn it-tliet snin?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-analiżi tal-Kompetittività li hemm fid-dokument ta’ qabel il-Baġit li ġie ppubblikat din is-sena. Konsegwentement qed jiġi mfassal Rapport Nazzjonali dwar il-Kompetittività kif imħabbar fil-baġit tas-sena li għaddiet.

Fabbriki ġodda — xogħlijiet infrastrutturali - somma allokata

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 20967, 20702 u 20488 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm kienet is-somma allokata għal xogħlijiet infrastrutturali għall-bini ta' fabbriki ġodda jew fuq fabbriki eżistenti separatament? Kemm intnefqu fuq bini ta' fabbriki godda u dawk eżistenti sal-lum separatament?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 20702.

Strateġija għall-Industrija ta' Malta — Rakkmandazzjoni numru 36

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 20972 u jgħid kif twettqet rakkmandazzjoni numru 36 tal-istrateġija għall-industrija ta' Malta 2007-2010? X'miżuri ttieħdu f'dawn it-tliet snin?

Response (FENECH, TONIO)

L-Onorevoli Interpellant huwa mitlub jagħmel id-domanda tiegħu lill-Ministru responsabbli mit-Trasport.