Legislature:
Category:
Reset
Active:

Kunsill Lokali Raħal Ġdid — Triq Joseph Stivala - One Way

Question

Wara li bosta ġimgħat ilu, l-Kunsill Lokali ta' Raħal Ġdid, fuq talba tar-residenti ta' Triq Joseph Stivala, kien ressaq talba quddiem l-Awtorità dwar it-Trasport biex l-imsemmija triq issir one-way, jista' l-Ministru jara li din it-talba tiġi indirizzata? Jekk dan diġà qed isir, jista' jgħid x'għamlet s'issa l-Awtorità dwar it-Trasport fuq din it-talba?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Awtorità dwar it-Trasport — zebra crossing f'Triq Palma Raħal Ġdid

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 8547 li ngħatat f'Mejju tas-sena li għaddiet rigward sistemi ta' dwal ħdejn zebra crossing li hemm f'nofs Triq Palma f'Raħal Ġdid, u peress li minkejja li l-Ministru dakinhar kien wieġeb li l-Awtorità dwar it-Trasport għaddejja bil-proċeduri neċessarji biex jiġi stallat id-dawl u s'issa għadu ma sar xejn, jista' l-Ministru jgħid x'qed iżomm lill-Awtorità dwar it-Trasport milli tistalla dan id-dawl qabel iseħħ xi inċidenti?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-Awtorità għat-Trasport f’Malta lestiet l-applikazzjonijiet meħtieġa, u se ssir applikazzjoni ma’ l-Enemalta biex tkun tista’ tinxtegħel din iż-zebra crossing.

Marsa — problema tad-drenaġġ

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10999 li ngħatat f'Ottubru li għadda, u peress li l-problema tad-drenaġġ f'din it-triq fil-Marsa kompliet tippersisti u reġa' kien hemm żbroff ieħor fl-aħħar jiem, jista' l-Ministru, mingħajr ma jwaħħal fir-residenti, jgħid fiex wasal ix-xogħol fuq il-pjan tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma biex titkabbar il-pumping station tal-Marsa li kien indikat bħala soluzzjoni għal din il-problema?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-Pumping Station tal-Marsa mistennija tkun lesta sa l-aħħar ta' Ġunju 2010.

Elettriku temporanju għall-kuntratturi tal-bini

Question

Jista' l-Ministru jara jekk hux possibbli li kuntratturi li jkunu qegħdin jagħmlu x-xogħol fuq ċertu proġetti jingħataw is-servizz ta' elettriku temporanju bħalma jingħataw kuntratturi tal-bini għat-tower cranes peress li s-servizz tal-elettriku lum hu bżonnjuż ħafna fi kwalunkwe tip ta' xogħol?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-kuntratturi li jkollhom bżonn ta’ servizz temporanju għandhom japplikaw mal-Enemalta fuq formola tal- applikazzjoni apposta u jigu kkunsidrati skond il-każ.

Ħaż-Żebbuġ — Triq Achille Ferris - tarmac

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk Triq Achille Ferris f’Ħaż-Żebbuġ Malta hijiex responsabbiltà tal-Gvern biex tingħata t-tarmac? Jekk iva, meta ser issir u jekk le min hu responsabbli?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lil-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija Parlamentari Nru. 13349.

speed camera fit-triq prinċipali mill-Imġarr għall-Mosta

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi ħsieb jew sarux xi studju biex titwaħħal speed camera fit-triq prinċipali li twasslek lejn l-Imġarr min-naħa tal-Mosta?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant illi riċentement tajt direttiva biex tiġi eżaminata mill-ġdid il-policy għat-twaħħil ta speed cameras u li jiġu sospiżi t-twaħħil ta' aktar cameras sakemm dan isir.

Tneħħija tal-capping fuq id-dawl u l-ilma

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 14152, 13381, 13147, 12912, 12759, 11498, 10607 u 11709 u ċioe: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 8511, jista' l-Ministru jibbaża l-kalkolu mitlub dwar it-tneħħija tal-capping skont l-aħħar konsum?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li skont ir-records tal-Korporazzjoni Enemalta il-capping kien jiswa lill-Korporazzjoni Eur11.2 miljun fuq il-bażi tat-tariffi ta' Ottubru 2008.

Burmarrad — xogħlijiet fuq bankina

Question

Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex il-bankina fit-triq prinċipali ta' Burmarrad (fir-raħal innifsu) tinqala' u ssir mil-ġdid b'wiċċ ġdid minħabba l-fatt li din il-bankina speċjalment in-naħa tal-għelieqi tinsab fi stat ħażin ħafna?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Dawl blu minflok abjad fil-fanali tal-vetturi

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 14106, 13885, 13569, 13080, 12871 u 12655 u ċioe: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12393, jista' l-Ministru jgħid x'azzjoni qed tittieħed in kwantu l-ħafna vetturi li għandhom fanali jitfgħu dawl blu?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Awtorità dwar it-Trasport — overtime

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il siegħa ta' overtime saret fl-Awtorità dwar it-Trasport is-sena li għaddiet? Kemm tħallas kull individwu u x'kienet il-ħtieġa ta' dan ix-xogħol u xi grad għandhom dawn l-individwi? Jista' jagħti l-informazzjoni xahar b'xahar?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Lista ta' toroq li se jiġu asfaltati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru toroq residenzjali f'dawn l-aħħar għaxar snin? Kemm saru toroq li ġew imwegħda mil-lista li kien ħabbar l-Ministru preċedenti Jesmond Mugliett? Jista' jgħid jekk hux qed tingħata preċedenza lil dawk it-toroq li jinsabu f'din l-istess lista u kemm-il triq baqa' sabiex jiġu asfaltati minn dik il-lista? Jista' jgħid ukoll kemm ġew jiswew aktar milli previst dawn it-toroq?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Manuel Dimech Bridge — budget għall-bridge

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni għala Manuel Dimech Bridge dam aktar mill-previst sabiex jitlesta? B'kemm ġie mtawwal dan il-proċess u kemm ġie jiswa aktar dan il-bridge mill-budget previst sabiex tlesta?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Ċertifikat skadut għall-materjal splussiv

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn persuni kwalifikati li jġorru materjal splussiv? Kemm minn dawn għad għandhom iċ-ċertifikat skadut? Jista' jgħid kemm ilu ma jsir refresher kors fuq dan is-suġġett sabiex jiġi mġedded dan iċ-ċertifikat?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Reġistru Pubbliku — Searches Unit

Question

Wara li dan l-aħħar ħarġet ċirkulari MPO No. 118/09 dwar expression of interest minn ħaddiema fis-Servizz Pubbliku biex dawk li jintagħżlu jiġu assenjati fuq xogħol tas-Searches Unit fid-diviżjoni tar-Reġistru Pubbliku u peress li numru ta' ħaddiema Għawdxin applikaw għal din is-sejħa, jista' l-Ministru, issa li ġie ppubblikat ir-riżultat tal-intervisti li saru, jikkonsidra li x-xogħol tas-searches, li jirrigwardjaw lill-Għawdex jibda jsir mis-sezzjoni tar-Reġistru Pubbliku ta' Għawdex stess kif fil-fatt kien isir qabel ma bdiet tagħmel dan ix-xogħol il-kumpanija Eureka?

Response (GATT, AUSTIN)

Il-Gvern qiegħed fil-proċess li jieħu f’idejh ix-xogħol Ii bħalissa qed isir mill-Eureka Services Limited u qed jaħdem biex isir it-trasferiment tas-sistemi kollha għal għandu. F’dan l-istadju ix-xogħol huwa kkonċentrat fuq dan it-trasferiment in toto u għalissa l-ħsieb hu li ma jsir l-ebda tibdil. Madanakollu, kif ġa mħabbar, il-Gvern huwa kommess li jizviluppa sistema ġdida li se tkopri wkoll il-ħtiġijiet li joħorġu mill-Att dwar ir-Registru Ċentrali. Meta din tkun fis-seħħ, kull possiblità, inkluża dik imsemmija mill-Onorevoli Interpellant tiġi kkunsidrata.

Belt Valletta — bus terminus ġdid

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta hu mistenni li jibda x-xogħol fuq il-bus terminus ġdid fil-Belt Valletta? Kemm hu mistenni li jiġi jiswa? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjanti tal-proġett?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li bħalissa qed isiru l-pjanti u preparamenti oħrajn marbutin ma’ dan il-proġett. Bħal kull progett ieħor, ix-xogħol jibda meta l-awtorità kompetenti jkollha l-permessi meħtieġa.

Skema dwar l-ipparkjar ikkontrollat

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12020 u jgħid liema huma l-kunsilli lokali li applikaw biex jimplimentaw l-iskema dwar l-ipparkjar ikkontrollat?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-Kunsilli Lokali li applikaw biex jimplementaw l-iskema dwar l-pparkjar ikkontrollat huma: 1. Attard 2. Birgu 3. B’Kara 4. Floriana 5. Iklin 6. Luqa 7. Marsa 8. Msida 9. San Gwann 10. San Giljan 11. San Pawl il-Bahar 12. Swieqi 13. Rabat, Malta 14. Safi 15. Paola 16. Tarxien

Vot Kapitali IV — Gozo Public Transport Reform

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus din is-sena s’issa mill-Vot Kapitali IV item 7243 – Gozo Public Transport Reform? Fuqiex intnefqu? Jista’ jgħid għaliex għas-sena 2010 dan l-item ofexpenditure m'għadux jidher għalih separatament? Taħt liema item of expenditure ġew inklużi l-fondi għar-riforma tat-trasport pubbliku f’Għawdex? Kemm hu mistenni li tkun in-nefqa għal din ir-riforma matul l-2010?

Response (GATT, AUSTIN)

Fil-waqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari Nru. 13551, jien infurmat li n-nefqa li saret matul l-2009 kienet primarjament tikkonsisti f'servizzi professjonali u xogħol ta' design.

Gozo Ferries Co Ltd — Kiri tal-Vapuri

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-kiri tal-vapuri tal-Gozo Ferries Co Ltd hux se jkun obbligatorju għat-tħaddim tas-servizz tal-baħar bejn Malta u Għawdex taħt is-sejħa għall-offerti li għandha toħroġ għat-tħaddim tal-istess servizz?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor interpellant jirreferi il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Awtorità Marittima ta' Malta — Ħsara fuq proprjetà

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew rappurtati każi ma' xi għassa tal-pulizija fuq allegat (1) ta' serq (2) ħsara fuq proprjetà tal-Awtorità Marittima ta' Malta (3) ħsara fuq proprjetà ta' boat owners fil-yachting marinas li qegħdin taħt ir-responsabbilità ta' l-Awtorità Marittima ta' Malta sena b'sena bejn l-1 ta' Jannar, 2003 sal-aħħar ta' Jannar, 2009, marina b'marina? Jista' l-Ministru jgħid ukoll kemm-il każ ġie solvut u kemm tressqu nies il-Qorti in konnessjoni ma' dan?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.