Jista’ l-Ministru jgħid fl-aħħar sena, kemm kienu l-barranin li ddaħħlu jaħdmu mal-Malta Enterprise? Ta’ liema nazzjonalita huma? F’liema grad ġew ingaġġati u x’inhu l-pakkett finanzjarju li ngħataw? Dawn ġew ingaġġati wara sejħa pubblika jew b’deċiżjoni diretta ta’ xi ħadd u fil-każ, min ħa d-deċiżjoni?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi n-numru ta’ barranin li ġew impjegati mal-Malta Enterprise fl-aħħar sena kien ta’ tlieta. Dawn kienu:
-
Regional Leader
ta’ Franza - Franċiż
-
Regional Leader
ta’ l-Italja - Taljan
-
Manager, Investment and Trade Promotion
- Irlandiż.
Il-livell tar-
Regional Leaders
, huwa livell nru. 4 fl-istruttura tal-
Malta Enterprise
. L-impjegati applikaw abbażi ta’ avviż li ġie ippublikat fuq is-sit ta l-ETC u fuq il-gazzetti lokali. Il-pakkett finanzjarju jammonta għal €25,000. Il-
Manager
għandu ukoll
allowance
tat-
telephone
ta’ €279
,
filwaqt li għar-
Regional Leaders
hemm mekkaniżmu ta’ inċentiv li jista’ jammonta sa massimu ta’ €15,000 abbażi tal-proġetti attirati lejn Malta.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm fl-aħħar sentejn ingħata xogħol mill-Air Malta lil kumpaniji privati ta’ PR u liema kienu l-kumpaniji li ngħataw dan ix-xogħol?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi matul is-sena finanzjarja 2008/09, l-“Air Malta” ħadmet ma’ kumpanija tar-relazzjonijiet pubbliċi waħda. Din kienet il-“KTA Public Relations” fl-Ingilterra u tħallset is-somma ta’ GBP21,600.
Matul is-sena finanzjarja 2009/10, l-“
Air Malta
” ħadmet ma żewġ kumpaniji tar-relazzjonijiet pubbliċi. Dawn kienu il-“KTA
Public Relations
” fl-Ingilterra u id-“
Del Monte & Partner Comunicazione
S.r.l.” fl-Italja. Il-ħlasijiet lil dawn il-kumpaniji matul din is-sena kienu hekk: KTA Public Relations – GBP21,600; Del Monte & Partner – EUR23,035.
Rapport dwar il-ġenerazzjoni tal-elettriku f'Malta
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 21862, jista' l-Ministru jgħid jekk ir-rapport li kienu għamlu l-ENI dwar il-ġenerazzjoni tal-elettriku f'Malta hux mitluf jew le? Jista' jgħid x'kienu t-time frames ta' meta sar dan ir-rapport?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 21862.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 21862, jista' l-Ministru jagħti elenku tal-istudji, rapporti u strateġiji kollha li qed isiru? Min qed jagħmilhom? Meta ġew kummissjonati? X'time frames ingħataw sabiex jitlestew?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li kif spjegat fit-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 21862, mhux prudenti li d-dokumenti relatati jiġu pubblikati sakemm il-proċess jiġi finalizzat.
B'referenza għall-misotqisja parlamentari 21854, il-mistoqsija parlamentari oriġinali kienet tirreferi għall-istrutturi kontemplati, jista' l-Ministru jgħid x'kienu l-istrutturi amministattivi kontemplati fit-tender għall-proviżjoni u stallazzjoni tal-smart meterssabiex meta l-implimentazzjoni tat-tender tkun lesta u meta s-sistema tas-software tkun qed taħdem, l-istess struttura amministrattiva tkun tista' tamministra s-sistema kollha?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li ma kienx hemm strutturi amministattivi għall-proviżjoni u nstallazzjoni tas-smart meters kontemplati fit-tender. L-amministrazzjoni ta’ l-ismart meters taqa taħt ir-responsabbilta’ tal-Meter Sections taż-żewġ Korporazzjonijiet rispettivi.
Kumpanija abbażi ta' teknoloġija u apparat teknoloġiku — ċifra ta' flus
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 21853, 21380, 21145 u 20552 u jgħid kemm huwa kalkulat f'ċifra ta' flus globali l-ħlasijiet li l-Ministeru tal-Finanzi jrid jgħaddi lill-kuntratturi/kumpaniji abbażi ta' teknoloġija u apparat teknoloġiku?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 21855, 21381, 21146 u 20562 u jgħid illum kemm huwa kalkulat f'ċifra ta' flus globali l-ħlasijiet li l-Ministeru tal-Finanzi jrid jgħaddi lill-kuntratturi li jissuplixxu s-sevizzi u provvisti abbażi ta' tenders li ttieħdu mill-istess kuntratturi u kumpaniji mill-ministeri u dekasteri eċċ li jaqgħu taħthom? Jista' jagħti dan il-breakdown ukoll abbażi ta' ministeru, ministeru rispettivament?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Fir-rigward ta’ l-informazzjoni mitluba dwar Ministri oħra, nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi d-domanda lill-Ministri kkonċernati.
Jista' l-Ministru jgħid x'kien it-telf li sar fl-operations tal-Air Malta fil-perjodu li l-kumpanija kienet qed taħdem b-RJs jew Avros, bħal per eżempju telf fil-ġarr ta' merkanzija (cargo), dewmien fit-tluq tat-titjiriet minħabba bdil ta' magni, tħollija ta' bagalji tal-passiġġieiri l-art minħabba n-nuqqas ta' spazju eċċ.?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-ajruplani RJs kienu operati 15-il sena ilu, u peress li l-mistoqsija mressqa mill-Onor. Interpellant hija ipotetika, tali informazzjoni ma tezistix u ma tistax tinghata.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 21640 u 21428 li oriġinajrament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm huma s-salarji ta’ dawn il-karigi fil-Malta Air Traffic Services Limited:
a) Chief Operations Officer
b) Chief Technical Officer
ċ) Chief Financial Officer
d) Senior Head of ATC Operations
e) Senior Head of ATM Planning
f) Senior Head AIM & Training
g) Senior Head Safety, Quality & Security
ġ) Senior Head of Technical Services
h) Head of Technical Support
ħ) Head of Aerodrome Operations
għ) Assistant to Senior Head AIM & Training
i) Assistant to Chief Technical Officer
j) Assistant to Chief Operations Officer
k) Assistant to Chief Financial Officer u
l) Operational Health & Services Officer?
Jista' l-Ministru jgħid min minn dawn il-karigi jagħmel użu minn
mobile telephone
tal-kumpanija? Jista' jgħid min jagħmel użu minn karozza tal-kumpanija? Jista' jgħid min għandu l-
internet
imħallas mill-kumpanija? Jista' jgħid kemm hi t-
travel allowance
għal kull waħda minn dawn il-karigi għal kull ġurnata meta dawn ikunu msiefra fuq xogħol?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 21936 u jgħid kemm huwa n-numru ta' persuni self-employed li waqgħu lura f'dak li huwa ħlas dovut minnhom fit-taxxa tal-VAT fil-preżent? Kemm minnhom jinsabu jirrendu dawn il-pendenzi abbażi ta' ftehim mad-dipartiment konċernat? Kemm hija ċ-ċifra globali li trid titħallas bħala arretrati?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 21936.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 21937 u jgħid kemm huwa n-numru ta' kumpaniji li waqgħu lura f'dak li huwa ħlas dovut minnhom fit-taxxa tal-VAT fil-preżent? Kemm minnhom jinsabu jirrendu dawn il-pendenzi abbażi ta' ftehim mad-dipartiment konċernat? Kemm hija ċ-ċifra globali li trid titħallas bħala arretrati?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 21937.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 21784, jista' l-Ministru jagħti spjega iktar dettaljata tal-ħlasijiet li Malta għamlet lill-Unjoni Ewropea bejn l-2004 u l-2010?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-Own Resources jikkonsistu kif ġejjin:
1) Traditional Own Resources (TOR) jinkludu dazji applikabli fuq dwana, agrikoltura u zokkor. Id-dazji li jinġabru mid-Dwana iridu jitħallsu lill- Unjoni Ewropea kull xahar. Mill-ammont miġbur, id-Dwana tnaqqas 25% bħala kumpens għall-ispejjeż tagħha stess.
2) L-Own Resources dovuti lill- Unjoni Ewropea mill-VAT, mill-Gross National Income, mill-United Kingdom Rebate u minn riżervi oħra jiġu kkalkolati fuq previżjonijiet maqbula bejn l-Istat Membru u l-Kummissjoni. Dawn il-previżjonijiet jiġu rriveduti diversi drabi matul is-sena u eventwalment jiġu addottati mill-Parlament Ewropew. L-ammonti dovuti jiġu ttrasferriti lill- Unjoni Ewropea fl-ewwel ġurnata ta’ kull xahar. Finalment, meta l-ammont annwali tal- VAT miġbur u tal-Gross National Income għal sena partikolari jiġu kkalkolati u ffinalizatti, l-Unjoni Ewropea tirrevedi l-previżjonijiet magħmula u tikkomunika lil-l Istat Membru:
§ l-ammont dovut lill-EU, f’każ li l-ammont attwali ta’ VAT u Gross National Income jeċċedu l-previżjoni tas-sena kkonċernata; inkella
§ l-ammont li se jiġi rrimbursat lill- Istat Membru, f’każ li l-previżjoni teċċedi l-figuri attwali.
Enemalta — stallazzjoni ta' dwal f'pelican lights, zebra crossings u traffic lights
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' talbiet pendenti għand il-Korporazzjoni Enemalta, liema talbiet huma ġejjin minn Transport Malta biex il-Korporazzjoni Enemalta tistalla d-dwal fuq pelican lights, zebra crossings u traffic lights? F'liema lokalitajiet jinsabu l-każijiet li għalihom hemm dawn it-talbiet pendenti? F'kull każ, kemm ilhom pendenti dawn it-talbiet?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi skond ir-records li għandha l-Enemalta hemm applikazzjoni waħda biss pendenti li saret minn Transport Malta. Din hija għal lokalita ta’ Burmarrad u ġiet irreġistrata fit-30 ta’ Novembru 2010.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien l-ammont ta' dawl u ilma kkunsmat mill-clubs tal-football madwar Malta u Għawdex matul is-sena li għaddiet (2009)?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta qed tinġabar u ser tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hawn pompi tal-fuel (petrol stations) liċenzjati bħalissa f'Malta u f'Għawdex rispettivament? Jista' jagħti tagħrif dwar jekk hemmx xi pompi li minkejja li huma liċenzjati, mhux qed joperaw? Jekk iva, fejn jinsabu dawn il-pompi?
Response (FENECH, TONIO)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru reponsabbli mill-Awtorità għar-riżorsi.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 18079 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm hawn reliġjonijiet u setet li jipprattikaw it-twemmin tagħhom f'Malta u Għawdex u kemm dawn ir-reliġjonijiet differenti għandhom membri f'kull reliġjon/setta?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika ma jiġborx informazzjoni dwar it-twemmin reliġjuż jew dwar membri ta’ reliġjonijiet u setet.
Tigné Point u Manoel Island — reallocation u exportation
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 20963, 20634, 20272 u 19618 u jgħid x'inhu l-ammont totali li l-gvern ħallas għar-reallocation u l-exportation biex Tigné Point u Manoel Island jingħataw b'vacant possession lill-MIDI Consortium?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 20963.
Jista' l-Ministru jgħid meta n-noll tal-vapur t'Għawdex se jerġa' jibda jopera bin-noll tax-xitwa, jiġifieri offerti speċjali, u meta beda jopera bin-nollijiet tax-xitwa fis-snin 2007, 2008, u 2009?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-offerti speċjali tax-Xitwa tas-sena 2007 kienu bdew bejn l-1 ta’ Novembru 2007 sal-31 ta’ Mejju 2008, u dawk għas-sena 2008 kienu bdew mit-8 ta’ Novembru 2008 sat-28 ta’ Marzu 2009. Matul is-sena 2009 l-offerti speċjali tax-Xitwa kienu bdew fid-9 ta’ Diċembru 2009 sas-27 ta’ April 2010, meta kien sar it-trasferiment tat-Ticketing System miċ-Ċirkewwa għall-Imġarr, Għawdex.
Strateġija għall-Industrija ta' Malta — Rakkmandazzjoni numru 37
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 20973 u jgħid kif twettqet rakkmandazzjoni numru 37 tal-istrateġija għall-industrija ta' Malta 2007-2010? X'miżuri ttieħdu f'dawn it-tliet snin?
Response (FENECH, TONIO)
L-Onorevoli Interpellant huwa mitlub jagħmel id-domanda tiegħu lill-Ministru responsabbli mit-Trasport.