Jaf il-Ministru li r-rampa li kienet saret xi snin ilu fi Triq Miggiani, il-Ħamrun in-naħa ta’ fuq tat-triq tmermret għal kollox? Jaf li din ir-rampa kienet saret minħabba l-preżenza ta’ erba' tarġiet u sabiex tiffaċilita l-bżonnijiet ta’ nies bi bżonnijiet speċjali u nisa li jkollom jgħaddu bil-pushchairs? Jaf li minħabba dan kollu hemm min qed isofri preġudizzju kbir għax ma jistax joħrog mid-dar? Jidhirlu li għandu jintervjeni f’din il-kwistjoni?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba nqata' d-dawl f'xi lokalità minn Ġunju li għadda? Jista' jagħti d-dati, l-lokalitajiet milquta u r-raġuni ta' meta mar id-dawl f'dan il-perjodu?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Korporazzjoni Enemalta — ħlas għal ħsarat fuq appliances minħabba qtugħ ta' dawl
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru claims lill-Korporazzjoni Enemalta matul l-aħħar sena għall-ħsarat ta' appliances wara qtugħ ta' dawl u/jew power surge? Jista' jgħid meta u fejn sar kull każ? Kemm minnhom ġew riżolti u x'ammont ta' flus tħallas mill-Korporazzjoni Enemalta għal dawn il-ħsarat?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' inspections li għandha l-Awtorità dwar it-Trasport għal dawk li huma road side inspections? Jista' jagħti tagħrif dwar x'tip ta' kwalifiki/esperjenza huma meħtieġa minn dawk li jwettqu dan ix-xogħol?
Response (GATT, AUSTIN)
Dwar l-ewwel parti tal-mistoqsija nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 12854. Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija, ninsab infurmat li għalkemm m'hemmx kwalifika partikulari li hija speċifikament meħtieġa mill-liġi, Transport Malta taċċerta li minħabba n-natura teknika tax-xogħol, il-ħaddiema tagħha li jagħmlu dawn l-ispezzjonijiet ikunu mħarrġa u kkwalifikati f'dan il-qasam. Fil-fatt dawn l-uffiċjali huma mħarrġa u kkwalifikati mill-Vehicles and Operators Services Agency ta' l-Ingilterra.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema toroq fil-lokalità ta' San Pawl il-Baħar ħarġu t-tenders għalihom u għal liema toroq mistennija li joħorġu t-tenders matul l-ewwel tliet xhur tal-2010?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li nħarġu tenders biex isir kisi b'asfalt fi Triq San Pawl ġewwa San Pawl il-Baħar. Il-lista ta' toroq li se isiru fl-2010 għadha qed tiġi finalizzata.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk l-Awtorità dwar it-Trasport, dipendenti fuq il-fondi li jista' jkollha, stabbilietx lista ta' prijorità ta' b'liema ordni għandhom jiġu mogħtija t-tarmac dawk it-toroq li sal-lum għandhom ma sarux? Jekk għandha, jista' jagħti d-dettalji relattivi?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-Awtorità tat-Trasport ta' Malta għadha qed tħejji l-programm ta' xogħlijiet għal 2010 skont il-finanzi ivvotati fuq dawn il-proġetti.
Ħal Luqa — Triq ir-Rixtellu - sigurtà għat-tfal li jmorru l-mużew
Question
Jista' l-Ministru jara li jittieħdu l-azzjonijiet meħtieġa biex fi Triq ir-Rixtellu, Ħal Luqa, ħdejn il-Mużew, waqt il-ħinijiet tal-Mużew it-triq tkun safe għat-tfal li jattendu u dan peress li qed ikun hemm riskji żejda għas-saħħa u s-sigurtà tat-tfal minħabba li t-triq tibqa' miftuħa għat-traffiku matul il-ħin li t-tfal ikunu deħlin u ħerġin mill-Mużew?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li għaddejt is-suġġeriment tiegħu lill-Awtorità tat-Trasport ta' Malta.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk Triq Achille Ferris f’Ħaż-Żebbuġ Malta hijiex responsabbiltà tal-Gvern biex tingħata t-tarmac? Jekk iva, meta ser issir u jekk le min hu responsabbli?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li għalkemm din it-triq hija responsabbiltà tal-Gvern din ma kinitx inkluża fil-lista oriġinali ta' toroq li kellhom isiru mill- Gvern Ċentrali . Ix-xogħlijiet fuq din it-triq ikunu jistgħu jsiru skond il-fondi u l-prijoritajiet li jirriżultaw.
San Pawl il-Baħar — xogħlijiet fi Triq Jean de la Cassiere
Question
Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex ix-xogħol li qed isir fi Triq Jean de la Cassiere f'San Pawl il-Baħar jitkompla, għaliex din tinsab fiċ-ċentru tar-raħal u qed joħloq diversi diffikultajiet differenti kemm lir-residenti kif ukoll lil persuni oħra?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li t-triq imsemmija mill-onorevoli interpellant għadha mhiex zviluppata kollha u b'hekk ma kenitx inkluża fil-programm ta' bini ta' toroq residenzjali.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' liċenzji ta' operaturi tal-VRT stations li tneħħew matul l-2009? Kemm kien in-numru ta' stations li għalqu minn jeddhom matul l-istess perjodu? Kemm hu llum in-numru ta' applikazzjonijiet pendenti biex jinfetħu VRT stations?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li ma kien hemm l'ebda liċenzja ta' operatur tal-VRT stations li tneħħiet matul l-2009 u l-ebda VRT station ma għalaq minn jeddu matul l-istess perjodu.
Sa llum hemm 40 applikazzjoni pendenti għal ftuh ta' VRT Stations.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' karozzini liċenzjati f'Malta u f'Għawdex, rispettivament? Jista' jagħti tagħrif dwar jekk bħalissa hemmx talbiet pendenti quddiem l-Awtorità dwar it-Trasport biex jingħataw liċenzji għall-karozzini? X'inhi l-policy tal-Awtorità dwar dawn il-liċenzji?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li b'kollox hemm 111 il-karozzin licenzjati li minnhom 4 huma f'Għawdex.
Nikkonferma li l-Awtorita' għat-Trasport f'Malta għandha talbiet pendenti biex jingħataw liċenzji għall-karozzini. Sal-lum il-policy tal-Awtorità hija li ma tagħtix liċenzji ġodda għalkemm qed isiru diskussjonijiet ma' l-Assocjazzjoni tas-sidien tal-karozzini sabiex il-policies u l-bażi regolatorja f'dan is-settur ikunu riveduti.
Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għaliex il-filters tal-Power Station tal-Marsa ma kenux jaħdmu għal numru ta' xhur din is-sena kif rappurtat f'xi sezzjonijiet tal-Istampa?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li m'hemm l-ebda filters nstallati fil-Power Station tal-Marsa li ma kenux jaħdmu għal numru ta' xhur din is-sena. Madankollu jekk l-Onor. Interpellant qiegħed jirreferi għal precipitators li huma stallati fuq tliet boilers fil-Marsa Power Station, dawn ġew imwaqqfin mill-MEPA minħabba li nħarġu Stop Notice fuq il-kuntrattur li jieħu ħsieb li l-flyash titneħħa skont ir-regoli. Wara din, Enemalta ħarġet tender u ngħata kuntratt ġdid, biex il-precipitators reġgħu bdew jaħdmu.
Makkinarju tal-Power Station il-ġdida ta' Delimara
Question
Jista' l-Ministru jgħid x’kienet ir-raġuni li l-public hearing dwar il-makkinarju tal-power station il-ġdida f’Delimara sar wara l-għażla tal-makkinarju u l-għoti tal-kuntratt u mhux qabel ?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li peress li l-public hearing li qed tirreferi għalih l-Onor. Interpellant kien parti mill-proċess ta' environmental impact assessment dan ma setax isir qabel ma tkun magħżula t-teknoloġija tal-impjant. L-iskop ta' dan l-assessment kien propriju li jara l-impatt tat-teknoloġija magħżula u jirrakkomanda miżuri xierqa biex jittaffa dan l-impatt. L-għoti tal-kuntratt ma kellu x'jaqsam xejn mal-public hearing.
Jista' l-Ministru jinforma lil din il-Kamra x'inhuma l-aħħar pjanijiet li ħejja l-Gvern għall-Baċir Nru 1 f'Bormla? Jista' jgħid meta se jinbeda dan ix-xogħol?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-pjanijiet li hemm bħalissa għall-Bacir Numru 1 f'Bormla huma ta' natura ta' tiżbieħ matul ix-xatt kollu li jibda minn naħa tal-Birgu, san-naħa opposta ta' l-Isla, viċin il-maċina. Dan ix-xogħol huwa maqsum f'fażijiet, il-bidu tiegħu ikun in-naħa tax-xatt tal-Birgu, liema permess ġie approvat mill-MEPA fis-17 ta' Diċembru 2009. Il-kumplament tal-proġett jaqa' taħt applikazzjoni oħra li qegħda tiġi pproċessata mill-MEPA. Ix-xogħlijiet jibdew aktar tard din is-sena.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 13638 u 13362 u ċioe: Peress li qed isiru ilmenti minn persuni b'diżabilità għaliex fiċ-Ċirkewwa hemm parking bay wieħed biss għall-persuni b'diżabilità li ovvjament mhuwiex biżżejjed, jista' l-Ministru jara li din il-problema tiġi indirizzata?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid x'charges hemm, mill-Korporazzjoni Enemalta għal xi ħadd li jrid jivverifika l-meter tiegħu? Kemm huma dawn iċ-charges?
Qegħdin jithallsu xi imgħaxijiet mir-residenti fuq ħlasijiet b'lura? Jekk fl-affermattiv, kemm huma dawn l-imgħaxijiet?
grazzi
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk ix-xogħol fuq il-bypass ta’ Wied il-Għajn waqax lura skond il-kuntratt tax-xogħol fuq din it-triq? Jekk iva, jista' jgħid b’kemm dan ix-xogħol waqa lura? Jekk inhu l-każ, jista' jgħid x’azzjoni ħadet jew se tieħu l-Awtorità dwar it-Trasport?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-kuntratt fuq il-
bypass
ta’ Marsascala jispeċifika li x-xogħol irid jitlesta f’56 ġimgħa bl-ewwel 4 ġimgħat ikunu għax-xogħol fuq Triq San Ġużepp u Triq Wied iz-Ziju li qed iservu ta’ rotot alternattivi waqt ix-xogħol fuq il-
bypass
innifisha. Fil-Phase 2 ta’ dan il-proġett kienu nstabu raddi li setgħu kienu ta’ valur arkeoloġiku. Dan kien irriżulta għal telf ta’ 12-il ġurnata sakemm inġiebet l-approvazzjoni tas-Superintendenza tal-Wirt Storiku li x-xogħol jista’ jitkompla wara li saret id-dokumentazzjoni meħtieġa. Dan sar dejjem skont il-kuntratt tax-xogħol.
Ninsab infurmat li l-Awtorità qed taħdem sabiex ix-xogħol jitlesta fiż-żmien stipulat fil-kuntratt.
Ix-xogħol fuq dan il-kuntratt beda fit-23 ta’ Frar 2009 u għaldaqstant 56 ġimgħa wara jiġu is-27 ta’ Marzu 2010.
Ħaż-Żebbuġ — Vjal il-Ħelsien - main tal-ilma temporanju
Question
Jista' l-Ministru jgħid meta ġie stallat il-main temporanju ta' l-ilma fi Vjal il-Ħelsien, Ħaż-Żebbuġ u li jidher fir-ritratti li qed jintbagħtu separatament? Jista' jghid x’inhu l-iskop ta' dan il-main temporanju? Jista' jgħid x’inhu l-pjan tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma u kemm se jdum hemm dan il-main?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li dan il-main temporanju ġie stallat madwar sentejn ilu. L-iskop ta’ dan il-main huwa biex jibqa’ jingħata servizz tal-ilma tajjeb lil-konsumaturi li kienu qed ibatu minn pressa baxxa u ilma bis-sadid.
Il-pjan tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma huwa li jinbidel il-
main
eżistenti tal-ilma. Dan ix-xogħol qed jiġi ko-ordinat mill-Malta Transport ħalli jsir flimkien ma’ xogħlijiet li hemm bżonn isiru d’din it-triq.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14081 u jgħid jekk jeżistux regolamenti għar-roti li ġew modifikati għall-mutur jew moped tal-petrol? Kemm trid tkun l-età? Hemm xi tip ta' test? Jekk isir inċident, min hu responsabbli?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14079 u jara li jitħaffef ix-xogħol għad-dħul tas-servizz tal-ilma (new service) fir-residenza indikata separatament? Peress li din il-kopja ilha li applikat ħames xhur, jista' l-Ministru jara li jitmexxa l-każ?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li r-raġuni għalfejn għadu ma ngħatax is-servizz tal-ilma fl-indirizz in kwestjoni hu li m’hemmx mejn tal-ilma. Il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma qiegħda tagħmel il-preparamenti meħtieġa biex dan jitqiegħed. La darba joħroġ il-permess għat-tħaffir fit-triq imsemmija isir ix-xogħol u s-servizz ikun jista’ jingħata.