Strateġija għall-Industrija ta' Malta — Rakkmandazzjoni numru 45
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 20981 u jgħid kif twettqet rakkmandazzjoni numru 45 tal-istrateġija għall-industrija ta' Malta 2007-2010? X'miżuri ttieħdu f'dawn it-tliet snin?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi kif imħabbar fil-baġit tas-sena li għaddiet, twaqqaf Kulleġġ ta’ Regolaturi biex jindirizza din ir-rakkomandazzjoni, fost l-oħrajn. Nirreferi lill-Onoroveli Interpellant għad-dokument li jidher fuq is-sit elettroniku tal-Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment, fejn il-link hija kif ġej:
http://www.finance.gov.mt/image.aspx?site=MFIN&ref=Small Business Act
Strateġija għall-Industrija ta' Malta — Rakkmandazzjoni numru 46
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 20982 u jgħid kif twettqet rakkmandazzjoni numru 46 tal-istrateġija għall-industrija ta' Malta 2007-2010? X'miżuri ttieħdu f'dawn it-tliet snin?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi li r-regolamentazzjoni mid-diversi awtoritajiet u entitajiet għandha impatt fuq l-ambjent li fih joperaw in-negozji. Għalhekk, dawn ir-regolaturi jeħtieġ li jaslu fejn iridu jaslu bl-inqas piż fuq dan is-settur, b’leġislazzjoni ċara u li tinftiehem, u billi dawk li jintlaqtu minnha jiġu megħjuna biex jimxu mal-liġijiet relevanti. Dan l-aspett tal-ambjent regolatorju ser ikun indirizzat minn proviżjonijiet mfassla fl-abbozz ta’ l-iSmall Business Act li se tindirizza proċessi fejn il-liġijiet imissu direttament man-negozji. Din ser iddaħħal il-ħtieġa li, flimkien mal-liġijiet jew Avviżi Legali, tiġi ppublikata fil-Gazzetta tal-Gvern spjegazzjoni tal-liġi b’termini li jifhimhom kulħadd, kif ukoll “User Guidelines” li jgħinu lil min jintlaqat mill-liġi.
Miżura oħra fl-i
Small Business Act
ser tkun intiża biex iddaħħal il-ħtieġa ta’ perjodu ta’ xahrejn minn meta tiġi ppublikata liġi għal meta tiġi fis-seħħ. Dan ser isir biex dawk li jkunu ser jintlaqtu minn xi proviżjonijiet tal-liġi jkollhom żmien biex jippjanaw u jagħmlu t-tibdil meħtieġ fl-operat tagħhom li jkun hemm bżonn.
Strateġija għall-Industrija ta' Malta — Rakkmandazzjoni numru 47
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 20983 u jgħid kif twettqet rakkmandazzjoni numru 47 tal-istrateġija għall-industrija ta' Malta 2007-2010? X'miżuri ttieħdu f'dawn it-tliet snin?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-Kulleġġ tar-Regulaturi se jindirizza d-diffikultajiet li jista’ jkun hemm bejn in-negozji u r-regolaturi jew awtoritajiet oħra. Dan il-Kulleġġ se jaħdem biex itejjeb il-koordinazzjoni bejn l-entitajiet, filwaqt li jassigura konsistenza fil-livell ta’ servizz li dawn jagħtu.
Hemm il-ħsieb li jsiru wkoll laqgħat konġunti bejn il-Kulleġġ tar-Regolaturi u l-Kunsill Konsultattiv ta’ l-Intrapriża sabiex tissaħħaħ l-interazzjoni bejn ir-Regolaturi u r-Rappreżentanti tan-Negozji fl-aħjar interess tar-regolamentazzjoni imtejba.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 19658 u jgħid kemm kien hemm negozji ġodda li fetħu f'Malta u Għawdex matul l-ewwel 6 xhur tas-sena 2010? Jista' jgħid kemm kien hemm min dawn in-negozji li għalqu l-bibien għaliex sabux li ma kienx jaqblilhom ikomplu bin-negozji tagħhom?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid meta hu mistenni li l-Gżira FC li sa ftit ta' żmien ilu kienu jużaw ground fil-Manoel Island u minħabba proġett tal-MIDI sar ftehim bejn il-Gvern ta' Malta u l-istess MIDI, jingħataw ground ieħor fil-Manoel Island?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Gżira FC għadhom jistgħu jużaw il-ground preżenti fil-Manoel Island. Skont il-ftehim li sar mal-Gvern, il-MIDI huma marbuta li jħallu l-Gżira FC jagħmlu użu minn dan il-ground sakemm jitlesta l-ground il-ġdid.
B'referenza għall-€557 miljun dejn tal-Korporazzjoni Enemalta msemmi fit-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 21109, jista' l-Ministru jgħid f'liema snin sar, sena b'sena? Kif ġie akkumulat id-dejn sena b'sena? Jista' jagħti t-tweġiba bank b'bank? Jista' jgħid x'inhi r-rata ta' imgħaxx ma' kull bank individwali li biha qed jitħallas id-dejn? X'inhuma l-imgħaxxijiet akkumulattivi ta' dan id-dejn bank b'bank?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma — breakdown tal-costs u revenues
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 21400 u jgħid jekk il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma tistax tipprovdi breakdown tal-costs u revenues tagħha minn kull settur? B’liema rata l-korporazzjoni tħallas għall-elettriku f’euro/units? Kemm ġie kkunsmat elettriku mill-korporazzjoni fil-production plants tagħha mill-groundwater production sources u anki permezz tad-distribuzzjoni?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 21400.
Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma — informazzjoni dwar l-ilma tas-sewage section
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 21399 u jgħid is-sewage section kemm qed tiswa lill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma fis-sena? Ir-Reverse Osmosis System kemm tiswa lill-Kaxxa ta’ Malta biex tiġġenera l-ilma li tiġġenera? X’kien it-total cost ta’ potable water production is-sena li għaddiet f’mod distint bejn ir-reverse osmosis u ground water? Kemm ġie prodott ilma miż-żewġ sorsi s-sena li għaddiet? Kemm minn dan l-ilma ġie billed? X’persentaġġ tal-ilma prodott ġie mitluf minħabba real u apparent losses?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 21399.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 21272 u 21053 u ċioe: B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 20214, jaf il-Ministru li hemm każijiet fejn il-proprjetarji għandhom bżonn ibiegħu l-proprjetà tagħhom (u fil-fatt sabu xerrej) u minħabba din is-sitwazzjoni ma jistgħux ibiegħu, liema sitwazzjoni qed toħolqilhom problemi kbar? Jista' jsib soluzzjoni, fis-sens li l-gvern f’każijiet bħal dawn jidħol garanti fil-kuntratt, favur ix-xerrej, biex almenu dawn l-individwi jkunu jistgħu jbiegħu l-proprjetà tagħhom?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 21053.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 21235 u jgħid jekk il-Malta Enterprise hijiex se timxi għal xi premises ġodda temporanji fil-ġejjieni qarib qabel ma tkun located fil-Corporate Village? Jekk iva, fejn u b'liema kirja? Jista' jagħti din l-istess informazzjoni għall-MIMCOL?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lil Onorevoli Interpellant li kif ġie ppublikat fi stqarrija uffiċjali f’Awwisu ta’ din is-sena, il-Malta Enterprise ser tirreloka l-uffiċċju tagħha fil-binja ta’ l-ex Institute of Health Care ta l-isptar San Luqa. Dan ser isir biex ikun jista’ jinbeda ix-xogħol fuq il-Life Sciences Centre. Din hija art pubblika u l-kirja għadha trid tiġi kkalkulata flimkien mad-dipartiment tal-artijiet.
Il- MIMCOL se timxi għal Block Tower Area, The Point, Tigne. Il-kera għadha qed tiġi negozjata mal-Lands Dept.
Korporazzjoni Enemalta u d-Dipartiment tal-Kuntratti — screening dwar każijiet ta’ korruzzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 21284, 20631, 19706, 18818, 18525, 18188, 17942 u 17579 u jgħid xi screening u verifiki saru mill-Korporazzjoni Enemalta u d-Dipartiment tal-Kuntratti dwar każijiet ta’ korruzzjoni u professional misconduct li kienu involuti fihom is-sub-contractors Warstila, ABB u Siemens li se jipprovdu partijiet mill-impjant li l-BWSC ingħatat il-kuntratt biex tipprovdi bħala estensjoni tal-power station f’Delimara?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 21362 u 21102 u jgħid kemm ġiet tiswa l-Power Station eżistenti f'Delimara u kemm tħallsu s'issa minn kemm ġiet tiswa?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 21102.
uffiċjali li jagħmlu użu mill-credit card tal-Korporazzjoni Enemalta
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 21363, 21064 u 20094 u jindika min huma l-uffiċjali tal-Korporazzjoni Enemalta li jagħmlu użu tal-credit card tal-Korporazzjoni Enemalta li tiġi maħruġa miċ-chairman? Jekk hemm iżjed minn credit card waħda li tintuża, jista' jagħti breakdown sħiħ tal-ispejjeż tal-credit cards tal-Korporazzoni Enemalta għal dawn l-aħħar tliet snin?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-uffiċjali tal-Korporazzjoni Enemalta li jagħmlu użu mill-credit card huma Chief Executive Officer, Chief Technical Officer, Chief Human Resources Officer, Chief Financial Officer, Chief Commercial Officer, Chief Corporate Services, Chief Information Officer u Chief Project Officer. Dettalji ta’ kull credit card qed jiġu annessi ma’ din ir-risposta.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 21365 u ċioe: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 21110, jista' l-Ministru jgħid minn kemm ilu li beda l-proġett ta' smart meters x'inhu l-ammont ta' flus li s'issa ntnefqu jew se jintnefqu fuq xogħol ta' konsulenza? Fiex kien jikkonsisti dan ix-xogħol ta' konsulenza f'dak li għandu x'jaqsam xogħol ta' kumpaniji bħall-KPMG u PWC?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar u se tingħata f'seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' persuni self-employed li waqgħu lura f'dak li huwa ħlas dovut minnhom fit-taxxa tal-VAT fil-preżent? Kemm minnhom jinsabu jirrendu dawn il-pendenzi abbażi ta' ftehim mad-dipartiment konċernat? Kemm hija ċ-ċifra globali li trid titħallas bħala arretrati?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta' persuni self employed li sa issa waqgħu lura f'dak li huwa ħlas dovut minnhom f’taxxa tal-VAT li huma iddikjaraw huwa ta’ 1,237. Minn dawn hemm 21 li għamlu commitment biex iħallsu l-pendenzi.
Iċ-ċifra globali ta’ taxxa tal-VAT li għandha titħallas minn dawn il-persuni hija ta’ €3,715,168. Dan l-ammont ma jinkludix penali, interessi u kazijiet fejn saret stima.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' kumpaniji li waqgħu lura f'dak li huwa ħlas dovut minnhom fit-taxxa tal-VAT fil-preżent? Kemm minnhom jinsabu jirrendu dawn il-pendenzi abbażi ta' ftehim mad-dipartiment konċernat? Kemm hija ċ-ċifra globali li trid titħallas bħala arretrati?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta' kumpaniji li sa issa waqgħu lura f'dak li huwa ħlas dovut minnhom f’taxxa tal-VAT li huma iddikjaraw huwa ta’ 760. Minn dawn hemm 123 li għamlu commitment biex iħallsu l-pendenzi.
Iċ-ċifra globali ta’ taxxa tal-VAT li għandha titħallas minn dawn il-kumpaniji hija ta’ €16,483,239. Dan l-ammont ma jinkludix penali, interessi u każijiet fejn saret stima.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus fuq l-industrija f’Għawdex din is-sena s’issa taħt il-Vot Kapitali Nru VIII Items 7211(i) (ii),(iii),(iv), 7280, 7101, 7096 u 7274 rispettivament? Jista’ jgħid għal liema skop intnefqu f’kull każ?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed tinġabar u ser tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm flus maħsuba għall-industrija f’Għawdex għall-2011 taħt il-Vot Kapitali Nru VII Items 7211(i) u (ii) 7210, 7101 u 7096 rispettivament? Jista’ jgħid għal liema skop huma maħsuba f’kull każ?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Vot Kapitali Nru VII ser jiġi wżat kif muri fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-awdituri interni kif ukoll esterni li jiċċekkjaw l-accounts tal-Air Malta kull sena għamlux rapporti dwar il-qagħda finanzjarja tal-Air Malta mis-sena 2000 'l hawn? Jekk iva, għal liema snin u x'kienu r-rakkmandazzjonijiet? X'sar minn dawn ir-rakkmandazzjonijiet?
Response (FENECH, TONIO)
Ngharraf lill-Onor. Interpellant illi l-awdituri interni u esterni tal-Airmalta jirrappurtaw liċ-Chairman u l-Bord tad-Diretturi, kif isir f’kull kumpanija oħra. Dawn ir-rapporti huma indirizzati direttament lill-Bord, u huma ta’ natura kummerċjalment sensittiva.