Programm ta' xogħol — Tlestija ta' toroq residenzjali
Question
Jista' l-Ministru jgħid, lokalità b'lokalità, liema toroq residenzjali tlestew sa tmiem l-2008 mill-programm ta' xogħol li kien thabbar f'Awwissu 2006 ?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista' ta' toroq li tlestew sa tmiem 2009.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm fadal toroq li huma magħrufa mill-Awtorità dwar it-Trasport, bħala li għadhom qatt ma saru, u li allura huma responsabbiltà ta' l-istess awtorità biex jiġu mogħtija wiċċ bit-tarmac?
X'tip ta' informazzjoni nġabret mingħand il-korporazzjonijiet l-oħra biex jiġi assigurat li dawk li huma servizzi meħtieġa jkunu diġà tqiegħdu f'posthom qabel jibda x-xogħol ta' l-asfaltar ta' dawn it-toroq?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li għad fadal madwar 250 triq li għadhom qatt ma saru u iridu jinbnew mill-ġdid.
Jien infurmat ukoll li ix-xogħlijiet kollha ta' toroq ġodda jitħejjew b'konsultazzjoni sħiħa ma' l-entitajiet kollha biex is-servizzi meħtieġa jiġu mqiegħda qabel isir il-bini mil-ġdid ta' dawn it-toroq.
Irċevejt ilmenti mingħand persuni b'diżabilità li għandhom reserved parking u li qed jilmentaw minħabba l-fatt li llum il-ġurnata dan ir-reserved parking m'għadux ikun bin-numru tal-vettura ta' min ikun applika, u allura kulmin għandu l-blue sticker jista' jipparkja f'dan il-parkeġġ, u b'dan allura min ikun applika u ottjena l-parkeġġ riservat ma jkollux fejn jipparkja għaliex ikun okkupat minn vettura oħra bil-blue sticker. Peress li din is-sitwazzjoni qed toħloq inkonvenjent kbir lil dawk il-persuni b'diżabilità li wara tant taħbit ikunu ottjenew dan il-parkeġġ, jista' l-Ministru jara jekk dan l-inkonvenjent jistax jiġi ndirizzat?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant tirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 4856.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar f'kemm-il lokalità l-Korporazzjoni Enemalta qatgħet il-provvista tal-elettriku f'postijiet pubbliċi u dan minħabba nuqqas ta' qbil bejn il-kunsilli lokali u l-istess Korporazzjoni Enemalta? Liema kienu l-lokalitajiet li ntlaqtu u f'kull każ, x'kienet ir-raġuni għal dak il-qtugħ?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li mis-sena 2008 sa Settembru 2009 kien hemm sitt lokalitajiet fejn il-Korporazzjoni Enemalta qatgħet il-provista ta' l-elettriku u dawn huma San Pawl il-Baħar, Pembroke, Mtarfa, Mellieħa, Żurrieq u Qrendi. F'kull kaz ir-raġuni kienet li ma tħallsux il-kontijiet tad-dawl u l-ilma.
Salina — Roundabout li tagħti għall-Iklin/Naxxar - dawl fit-triq
Question
Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex it-triq li mis-Salina twassal sar-roundabout tal-Iklin/Naxxar, tiġi mdawla kollha peress li qed ikun hemm numru ta' inċidenti li jseħħu minħabba nuqqas ta' dawl f'din it-triq?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-Awtorità tat-Trasport ta' Malta qed tipprepara tender sabiex tattrezza din it-triq b'aktar mezzi ta' "passive illuminaires" bħal "reflectors, road markings, chevrons u cats eyes".
B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 5710 u 7737, jista' l-Ministru jgħid każ b’każ (mingħajr ma jidħol fid-dettalji tal-individwi) l-24 persuna li qed jistennew sabiex jiksbu liċenzja ta' driving instructor kemm ilhom li ssottomettew l-applikazzjoni tagħhom? Jista' jgħid jekk hux minnu li bħalissa hemm dewmien sabiex dawn l-individwi jpoġġu għall-eżami? Jista' jassigura li jiġi eliminat kull dewmien li jista' jkun hemm?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija Nru. 8497.
roads, licencing u public transport — emails pendenti
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm emails pendenti dwar roads, licensing u public transport? Jista' jgħid kemm hemm settled fl-imsemmija direttorati (tar-roads, tal-licencing u tal-public transport)? Jekk hu possibbli, jista' jagħti breakdown dettaljata tal-complaints skont id-direttorati msemmija? Jista' jistipula t-time frame biex jiġi settled complaint minn kull direttorat separatament? Jista jgħid kemm minn dawn l-emails ġew imwieġba jew għadhom pendenti mill-customer care system?
Response (GATT, AUSTIN)
Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari numru 11204 jien infurmat li l-informazzjoni dettaljata kif mitluba ma tinżammx mill-Awtorità tat-Trasport ta' Malta.
Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex il-bankina fit-triq prinċipali bejn Burmarrad u r-roundabout ta' erba' mwieżeb, fil-fatt tinqala' u ssir mill-ġdid għax tinsab fi stat ħażin ħafna, matul it-tul kollu tagħha?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li fil-ġimgħat li ġejjien ser tinħareġ sejħa għall-offerti biex isir ix-xogħol meħtieġ.
Jista' l-Ministrun jwieġeb mistoqsija parlamentari 11818 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sports u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid x'sar mill-wegħda tal-Partit Nazzjonalista li ma titħallasx iktar il-liċenzja tal-Public Broadcasting Services miċ-ċittadini? X'inhu l-parir legali li rċieva l-Gvern dwar il-validità ta' tali ħlas ta' liċenzja tal-Public Broadcasting Services vis-a-vis ir-regoli komunitarji?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' water taxis li ġew liċenzjati biex joperaw fil-portijiet tagħna? Minn liema portijet ġew liċenzjati biex joperaw? Kemm hu mistenni li joħorġu liċenzji għal dan it-tip ta' trasport matul iż-żmien li ġej? Jista' jagħti tagħrif jekk ġewx, jew hux ser jiġu stabbiliti xi rotot partikolari għal dan it-tip ta' servizz?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li sal-lum kienu liċenzjati żewġ water taxis. Dawn il-liċenzji mhumiex marbuta ma' rotot fissi u jistgħu joperaw f'kull port. L-Awtorità tat-Trasport ta' Malta tikkunsidra kwalunkwe talba li tista' ssirilha għal din it-tip ta' liċenzja.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' opri tal-baħar li huma liċenzjati biex iġorru l-passiġġieri fl-ibħra territorjali Maltin? Minn liema portijiet huma liċenzjati li joperaw dawn l-opri tal-baħar?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li n-numru ta' opri tal-baħar li huma liċenzjati biex iġorru l-passiġġieri fl-ibħra territjorali Maltin huwa 230. Hemm min jopera f'postijiet speċifiċi skont it-tip ta' bastiment u skont kundizzjoniijiet marbuta maċ-Certifikat ta' Bastiment Kummerċcjali maħruġ skont ir-Regolamenti dwar il-Bastimenti Kummerċjali. Hemm imbagħad kategoriji ta' dgħajjes li l-operat tagħhom huwa limitat, bħal dawk li joperaw Wied iż-Żurrieq, id-Dwejra u tal-Barklora li normalment joperaw fil-Por il-Kbir. Oħrajn jistgħu joperaw mid-diversi portijiet u positijiet ta' żbark li jinstabu mal-gżejjer Maltin.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kif ser jiġi assigurat li l-korporazzjonijiet li għandhom servizzi għaddejjin mit-toroq tagħna ma jaqbdux u jaqtgħu dawn is-servizzi bi ħsara għall-uċuħ tat-toroq? Kif jista' jiggarantixxi li fejn isiru toroq ġodda, dawn l-istess toroq ikollhom is-servizzi mqegħdin fil-bankini biex jiġu evitati ħsarat fit-toroq?
Response (GATT, AUSTIN)
Infakkar lill-Onor. Interpellant fid-dokument li kien varat fi Frar 2009 imsejjaħ 'Policy Framework Regulating Intervention Works on the Road Network', u li jirroegola x-xogħlijiet u interventi li jkun hemm bżonn li jsiru fit-toroq. Dan id-dokument, li kien tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra bħala parti mit-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 10488, jagħti bażi tajba sabiex dak li qed jibża minnu l-Onor. Interpellant ma jseħħx. Infakkar ukoll li kull intervent fit-toroq jeħtieġ il-permess tal-Awtorità għat-Trasport f'Malta. Dwar l-aħħar mistoqsija, jien infurmat li sa fejn hu teknikament possibbli, fil-kaz ta' toroq ġodda, is-servizzi jingħaddew minn taħt il-bankini.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema huma l-portijiet li fihom sar dredging matul l-2008 u l-2009 rispettivament? F'liema portijiet hu mistenni li jsir il-dredging matul l-2010? Kemm sewa f'kull każ, d-dredging li sar matul l-2008 u l-2009 rispettivament?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li mill-entitajiet li jaqgħu taħt id-deskasteru tiegħi, matul l-2008 sar dredging mill-Freeport ġewwa il-port ta' Marsaxlokk.
Dan ix-xogħol tlesta fl-2009 u sewa Eur42,660. Fl-2009, l-Awtorità Marittima ġħamlet ukoll xi xogħol ta' dredging ġewwa l-Magħluq f'Marsaxlokk u li sewa Eur12,369. Fl-2009 inbeda xi xogħol ieħor ta' dredging biex jitfannad il-baħar fil-Freeport ta' Marsaxlokk iżda dan ix-xogħol għadu mhux lest. Barra minnhekk matul l-2009 sar xogħol ta'
dredging
mill-VISET fil-Port il-Kbir, kif ukoll mill-Armata f'Hay Wharf fil-Port ta' Marsamxett. Dwar l-ispiza li saret mill-Armata nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat. Dwar l-ispiża mill-VISET din hija kumpanija privata u għalhekk ma jkollniex l-informazzjoni mitluba.
Matul l-2010 huwa mistenni li jsir iktar xogħol ta' dredging fil-Magħluq u fil-Freeport ġewwa Marsaxlokk u possibilment fil-Port il-Kbir u fiċ-Ċirkewwa.
Jista' l-Ministru jgħid x’inhi l-kompożizzjoni tal-fly ash iġġenerata mill-power stations? Jista' jagħti chemical breakdown? Fejn qed jispiċċa dan il-fly ash?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li, mill-analizi tal-kampjuni tal-Flyash li jsiru, il-kompożizzjoni tal-elementi hija kif ġej:
mg/kg
Cadmium 0.5
Chromium 11
Copper 20
Lead 64
Magnesium 4000
Nickel 3900
Vandium 4300
Zinc 170
Hexavalent Chromium 8.4
M ssir l-ebda analizi għal breakdown kimiku. Il-Flyash jiġi esportat lejn il-Ġermanja skont kuntratt.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' minibuses bojod li għandna liċenzjati bħalissa? X'tip ta' bidliet fir-regolamenti saru jew hu mistenni li jsiru matul ix-xhur li ġejjin fejn jidħlu dawn it-tip ta' vetturi?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat illi d-distinzjoni bejn il-minibuses bojod u ħomor tneħħiet mal-introduzzjoni tar-regolamenti l-ġodda u llum lanqas ma għad hemm bżonn li minibus tkun b'xi kulur partikolari.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' roadside inspections li saru minn personnel tal-Awtorità dwar it-Trasport matul l-aħħar 12-il xahar? Fejn saru dawn l-inspections u kemm-il darba saru inspections fl-istess lokalitajiet? Kif jintgħażlu l-postijiet li fihom isiru dawn l-inspections?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li n-numru ta' spezzjonijiet li saru matul it-tnax-il xahar sa Novembru 2009 kienu ta' 2839. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella, li turi l-ammont ta' spezzjonijiet skont il-lokalitajiet ta' fejn saru. Il-postijiet fejn isiru l-ispezzjonijiet jintagħżlu mill-Awtorità għat-Trasport f' Malta b'mod li dawn ikunu kemm jista' jkun effettivi u kemm jista' jkun isiru f'postijiet fejn ma jinħoloqx ostaklu u periklu kemm għat-traffiku kif ukoll għall-persuni involuti.
Awtorità dwar it-Trasprot — numru ta' vetturi maqbuda
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' vetturi li nqabdu mill-Awtorità dwar it-Trasport matul l-aħħar 12-il xahar? Minn fejn inqabdu dawn il-vetturi? Kemm mill-vetturi ingħataw lura lil sidhom u kemm fil-fatt inbiegħu?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li minn Marzu 2008 sa Ottubru 2009 n-numru ta' vetturi li ġew clamped jew towed mill-Awtorità tat-Trasport ta' Malta u kemm minnhom ingħataw lura lil sidhom, huwa kif muri fuq it-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Infurmat ukoll li l-Awtorità tat-Trasport ta' Malta ma biegħat ebda vettura.