Talba għal kumpens lil bidwi mill-Awtorità dwar it-Trasport
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk bidwi jistax jitlob kumpens lill-Awtorità dwar it-Trasport wara li l-istesss Awtorità tkun għamlet gandott fir-raba' tiegħu mill-bypass tal-Imtarfa sa Wied Għeriexem li f'parti minnu għaddew il-katusi u f'parti oħra għamlu gandott wiesa' imsaqqaf bil-konkos, imbagħad telqu u ħallew kollox mikxuf u l-bidwi kellu jagħmel l-ispejjeż biex iwitti u jgħatti dawn il-gandotti bil-ħamrija?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li x-xogħolijiet li qed jirreferi għalihom l-Onor Interpellant kollha saru wara qbil bejn il-bidwi, il-kuntrattur u l-uffiċjal tal-Malta Transport. Jien infurmat ukoll li fil-fatt wara li tlesta x-xogħol tat-trinek, il-ħamrija ġiet imwittija kif kienet oriġinali.
Il-Malta Transport ma rċeviet l-ebda complaint dwar dan il-każ.
Kappara — petition dwar kostruzzjoni ta' grade separated junction
Question
In vista tal-petition mir-residenti tal-Kappara dwar kostruzzjoni ta' grade separated junction, jista' l-Ministru jinforma lili u lir-residenti bil-pjanti ta' dan il-proġett, il-ħsieb li hemm warajh u jiltaqa' mar-residenti konċernati?
Response (GATT, AUSTIN)
Il-grade separated junction fil-Kappara ilha s-snin fuq il-lista ta’ proġetti li jridu jsiru bil-fondi tal-Unjoni Ewropea u nġabet il-quddiem wara li ġie deċiż li l-proġett tat-triq tal-Għadira jiġi funded minn fondi lokali.
L-għan bażiku tal-proġett tal-Kappara hu li r-
roundabout
preżenti tinbidel b’toroq f’livelli differenti li jippermettu l-
flow
tal-karozzi mingħajr il-geġwiġija li hemm llum u li tnaqqas il-ħin biex sewwieq jgħaddi minn naħa għall-oħra. Il-
grade separated junction
li hemm ħdejn l-Università hi eżempju ta’ dan.
Il-pjanti aġġornati għadhom ma tlestewx għaliex hemm xi tibdil li jrid isir mill-pjanti li oriġinarjament kienu żviluppati iżda qiegħed inpoġġi skizz tal-kunċett fuq il-Mejda tal-Kamra.
Nassigura lill-Onor Interpellant li fil-kuntest tal-proċess tal-MEPA jkun hemm konsultazzjoni sħiħa mar-residenti
Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma — problema ta' drenaġġ fit-Triq il-Wied l-Msida
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma tistax issib soluzzjoni dejjiema għall-problema tad-drenaġġ li spiss ifur fi Triq il-Wied, l-Msida minkejja diversi rapporti li rriżultaw li saru lill awtoritajiet? Għalkemm il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma ġiet rrapurtata li qalet li kienet konxja mill-problema u li l-pompi blukkati li kien hemm fi Triq il-Wied ġew msewwija, ma jaħsibx li hemm bżonn approach aktar intensiv u ħolistiku meta fi kliem l-istess korporazzjoni s-sistema tad-drenaġġ ma tkunx tista' tlaħħaq mal-ilmijiet kbar li jaqgħu meta tagħmel xita qawwija tant li b’konsegwenza ta' dan spiss jinqalgħu bosta manhole covers li jirriżulta f’ħafna drenaġġ ifur fit-triq msemmija? Jekk iva, x’inhuma il pjani li għandha f’moħħha l-istess Korporazzjoni?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11638 u jara li jittieħdu l-passi kollha meħtieġa biex il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma tħallas id-danni dovuti lill-bidwi, li dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, li jaħdem madwar tlett itmiem raba fil-Qammieħ ħdejn l-impjant tat-tisfija tad-drenaġġ fl-Għadira, limiti tal-Mellieħa minħabba li kwazi sena ilu, l-ispiera li l-bidwi juża biex isaqqi r-raba' tiegħu ġiet imniġġsa minn ħruġ ta' drenaġġ mis-sistema tal-impjant u l-katusi tiegħu? Għaliex dan id-dewmien kollu wara li l-awtoritajiet tas-sanità ttestjaw il-ħaxix tal-bidwi u sabu li kif kien imniġġeż ma kienx tajjeb għall-konsum u ddikjarawh li mhux tajjeb biex jieħdu l-Pitkalija u kellu jaħrat u jeqred kollox? X’qed iżomm lill-korporazzjoni milli tħallas id-danni dovuti kif ġew stmati mid-Dipartiment tal-Biedja permezz tal-uffiċjali tiegħu, li bagħtu l-karti kollha li kellhom jibagħtu biex il-Korporazzjoni tħallas id-danni dovuti lill-bidwi?
Jista' l-Ministru jara li jittieħdu passi biex is-servizz tat-trasport pubbliku jaqdi għadd ta' anzjani li jgħixu f'Buġibba li għandhom servizz (nru 58) li jwassalhom sal-Isptar Mater Dei iżda m'għandhomx servizz li jeħodhom lura lejn id-dar u dan qed jikkaġunalhom tbatija u inkonvenjent li żgur m'għandhomx bżonn?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-passiġġieri li jkunu jridu jmorru lura lejn Buġibba mill-Isptar Mater Dei jistgħu jużaw ir-Rotta 580 li titlaq mill-Università lejn Buġibba.
Il-passiġġieri għandhom ukoll il-faċilità li minn fuq il-
bus stop
ta’ quddiem l-isptar, jirkbu tal-linja li tkun dieħla lejn l-Università mingħajr ma jħallsu xejn u minn hemm imbagħad jaqbdu ir-rotta 580.
Tenut kont li l-Gvern għandu 10% tal-ishma tal-Malta International Airport (li jinkludu 5 single C-shares to protect the interest of the Republic), jista' l-Ministru jispjega x'għandu xi jgħid lill-Parlament dwar ir-riżenja tal-inġinier, li dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, minn general manager tal-Isky Parks Developments Ltd. (sussidjarja tal-Malta International Airport), propju ftit jiem wara li tħabbar li l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tat il-green light għall-Business Centre b'investiment ta' €16-il miljun li għandu jservi bħala l-qofol tal-Isky Parks? Għaliex l-inġinier bħala general manager lanqas biss attenda għall-press conference li saret biex jiġi spjegat dan l-investiment ta' €16-il miljun? Għaliex d-deputy general manager, li dettalji tiegħu qed jinbagħtu separatament, ma tpoġġiex ad interim bħala acting general manager u minflok tpoġġa xi ħadd, li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament li huwa junior deputy general manager u m'għandux x'jaqsam aml-Isky Park Development Ltd.? X'għamel il-Gvern biex jipproteġi l-interessi tar-Repubblika f'dan kollu, anke tenut kont li l-Business Centre se jinbena fuq art li l-Gvern huwa nudo proprietario tagħha u li ġiet mogħtija b'ċens temporanju lill-Malta International Airport?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċesarji biex il-pelican lights għall-inħawi ta' Burmarrad/San Pawl il-Baħar (tlieta jew erbgħa) li ilhom approvati snin sħaħ, fil-fatt jiġu stallati fejn suppost?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex il-ħsieb tal-Gvern li jniżżel l-età tal-liċenzja tal-mutur għal dik ta' 16-il sena fuq muturi sa 50cc kif jeżisti digà f'xi pajjiżi oħra tal-Ewropa?
Triq il-Paroċċa u Triq il-Lunzjata fil-Mosta — Permess ta' pparkjar għar-residenti
Question
Jista’ l-Ministru jitlob lill-Awtorità dwar it-Trasport issa li għalqet Triq il-Paroċċa u Triq il-Lunzjata ġewwa l-Mosta għat-traffiku ġenerali, sabiex jingħata permess lir-residenti li jgħixu f'dawn it-toroq biex ikunu jistgħu jidħlu bil-vetturi wara l-bieb tagħhom mingħajr ma jiġu mħarrka mill-warden? Peress li l-permess li jingħata huwa li r-residenti jistgħu jidħlu f’dawn it-toroq biex jgħabbu u jħottu, jista’ jgħid kemm huwa l-ħin allokat li jistgħu idumu biex iħottu u jgħabbu ? Huwa possibbli li x-xewqa tar-residenti sseħħ u dawn ikunu jistgħu jidħlu u jipparkjaw wara il-bieb tagħhom? Jekk le, hemm xi awtorità li se ssibilhom post alteranttiv fejn jipparkjaw?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-aċċess għat-toroq in kwistjoni għandu jintalab lill-Kunsill Lokali.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 12059 u 10579 u jgħid kemm hawn postijiet fejn tipparkja l-vettura fit-toroq ta' Malta u Għawdex li ġew approvati mill-Awtorità dwar it-Trasport bħala bażi ta' parking wara talba minn kull kunsill lokali? Kemm minn dawn il-parking bays huma riservati? Jista' jagħti d-dettalji lokal b'lokal u kategorija b'kategorija?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Kamra fil-Bajja San Tumas, Wied il-Għajn — provista ta' dawl
Question
Stante li l-familja, li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament għandhom kamra fil-Bajja San Tumas, Wied il-Għajn;
Stante li din qiegħda f'idejhom b'titlu lokatizju;
Stante li din il-kamra m'għandhiex provista ta' l-elettriku;
Stante li b'effett mis-sena 1999 bdiet tingħata l-provista tal-elettriku lid-diversi kmamar prattikament at random
Stante li llum il-kmamar li huma bla dawl huma waħdiet;
Stante li qed jingħata ukoll id-dawl lill-kmamar li qed jiġu mibnija mill-ġdid;
Jista' l-Ministru jara l-każ de quo u jara li din il-kamra tiġi mogħtija l-provista tad-dawl?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Korporazzjoni Enemalta — Principal technical Officer
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 13792 u jgħid x'inhi l-pożizzjoni tiegħu dwar il-każ fejn l-Uffiċċju tal-Ombudsman sab li impjegat tal-Enemalta li ma kienx aċċettat għal kariga ta' Principal Technical Officer mill-Human Resources Department spiċċa xorta ngħata dan l-impjieg wara li intervjena għan-nom tiegħu c-Chairman tal-Korporazzjoni Enemalta, li dettalji tiegħu qed jintbagħat separatament? Qed ikunu kkunsidrati li jittieħdu passi dwar dan il-kaz?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jgħid għal liema impjegat qed jirreferi.
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — informazzjoni dwar bordijiet
Question
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra tar-Rappreżentanti kif ġej:
a. Liema Bordijiet jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħu?
b. In-numru ta’ diretturi fuq dawn il-bordijiet?
ċ. Kemm minnhom huma nisa u kemm huma rġiel?
d. Kemm hemm
chairpersons
nisa fuq il-bordijiet tal-Ministeru konċernat?
e. Kemm inħatru diretturi u
chairpersons
wara li saret sejħa għall-applikazzjonijiet?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jerġa' jara li jitmexxa l-każ tal-famlija, li dettalji tagħha qed jinbagħtu separatament, li għadha tinsab bla dawl anke wara li diġà żaruha uffiċjali mill-Awtorità tad-Djar?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11791 li ilha li saret tliet xhur u jgħid x'policy għandha l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma biex twieġeb lil dawk li jikkuntattjawha permezz tal-website tagħha, peress li ilni ġimgħa li bagħat email u lanqas biss kelma li rċevewha ma ħadt mill-korporazzjoni? X'jiswa li għandha website li tistieden lill-persuni jikkuntattjawha meta mbagħad ma jwieġbux?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-policy tal-WSC hija li l-e-mails tirrispondihom b’email oħra fl-iqsar żmien possibli. Ovvjament dan ma jeskludix il-possibiltà ta’dewmien minħabba raġunijiet tekniċi. Sadattant jien infurmat li l-każ imqajjem mill-Onor Interpellant fl-email tiegħu għandu jkun riżolt fil-ġimgħat li ġejjin.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk Triq Porzjunkola, Triq il-Konventwali, Triq Ġdida fi Triq il-Konventwali, Triq Jean de la Cassiere (parti minnha) u Triq l-Insolja (Burmarrad), liema toroq illum huma kollha mimlija residenti, hux se jsiru matul l-2010?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk kienx hemm rispons għas-sejħa ta' interess biex jiġu mqegħda pontoons temporanji madwar Malta u Għawdex? Kemm kienu proposti u f'liema stadju wasal il-proċess tal-aġġudikazzjoni ta' dawn il-proposti?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — Proġetti finanzjati mill-Unjoni Ewropea
Question
Jista' l-Ministu jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tat-tender documents sottomessi rigward proġetti finanzjati jew ko-finanzjati mill-Unjoni Ewropea f'din l-aħħar sena?
Response (GATT, AUSTIN)
L-Onor Interpellant hu infurmat li d-dokumenti li qed jitlob jikkontjenu informazzjoni ta' natura kummerċjali u għalhekk mhux indikat li 'tender documents' jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14177 u ċioe: Issa li diġà tħabbar li nqabdu xi bowsers b'diesel tal-kuntrabandu sa anke minn Ottubru li għadda, jista' l-Ministru jgħid jekk l-Koporazzjoni Enemalta għamlitx xi rapport uffiċjali li naqas il-bejgħ mill-pompi tagħha? Hemm xi ħjiel fejn qed jiġi maħżun dan id-diesel li qed jiddaħħal bil-kuntrabandu?
Response (GATT, AUSTIN)
Infakkar lill-Onor. Interpellant li s-suq tal-bejgħ tal-fuel illum huwa liberalizzat u allura, f’tali kuntest, ċaqliq fil-bejgħ ta’ xi operatur, bħalma hija l-Enemalta, ma jkunx bil-fors ifisser li hemm xi abbuż b’forma ta’ kuntrabandu jew mod ieħor. Madankollu jien infurmat li fil-fatt l-Enemalta kull xahar tagħmel rapport lill-Awtorità ta’ Malta dwar r-Riżorsi ta’ kemm tkun impurtat u biegħat fuel.
Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi it-talba tiegħu lill-Ministru kkonċernat.